|
Poezija Frangiskana |
|
|
X'naghmlu, Missier, minghajrek? ta' Rahbi l-Gharib. X'naghmlu, Missier, minghajrek?
Ghaddew is-snin, Missier, u l-mewt gabritek. Fuq qieghet l-art narak, go knisja fqajra (1). Hajtek, mghoddija fl-ghaks u l-gies, ghallbitek u ruhek ghas-smewwiet taret bhal tajra.
Id il-Hallieq bil-genna dlonk hallsitek ghax qalbek sfat min-nar qaddis imsajra. Xehdet qdusitek ruh (2) illi lemhitek fuq l-gholja (3), biex issofri kollok hajra.
Thallina qatt, nitolbok, ieqaf maghna. Ghax x'naghmlu whedna, minghajr id-driegh tieghek, sakemm jibqa' jhabbatna l-ghadu taghna?
Missier, mis-sema, bhalma tghasses b'gismek, minfuq dik l-gholja (4), 'l dawk li jghixu mieghek u tahtek (5), ghinna biex nisthoqqu ismek.
_______ 1. Il-knisja tal-Porzjunkla, imsejha Santa Marija ta' l-Angli f' Assisi. 2. Fra Lew minn Assisi. 3. Il-gholja ta' l-Alvernja fejn il-qaddis ha l-pjagi. 4. Il-gholja "tal-Genna" li fuqha nbniet il-bazilka f'giehu u fejn jinsab midfun. 5. Dawk li jghixu fuq il-gholja u l-ohrajn tal-Porzjunkla.
Rahbi l-Gharib Valletta: 8 ta' Gunju 1952
Mehud minn Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), L-Ewwel Gabra, "A.C. Aquilina & Co", 58d,Triq Irjala, il-Belt, p 49 Assisi 15.4.2003 |
Poezija ta' Rahbi l-Gharib
|
|