|
Poezija Frangiskana |
|
|
Bejn Missier u Iben ta' Rahbi l-Gharib. Bejn Missier u Iben - fuq il-qabar tal-Patrijarka San Frangisk Missieri
- Missier, Missier, x'inhu li qed inhoss? X'ikun dal-hbit go sidri? Ghax l-gharaq xaqq ghalija? Tahbit, tahbit bla heda, mghaggel; donnha, biex tohrog, ruhi qed tithabat! X'ikun, Missier? Ma nhossni nibza' xejn; izda dal-hbit x'ifisser? Tghid waslet qribi l-mewt? Tghid, mistohbija, trid idoqqli waqti qabel ma tidhol fija u tghidli: "S'hawn ghamilt?!" Thewdin? Kif gie dal-hsieb tal-mewt? Ma nafx; ma nhossnix nibza': Madwari hemda u skiet.
- Ismaghha! B'idi fuq sidri nhossha! Thabbat bla tehda! Jewwilla, tabilhaqq waslet biex tieqaf? Ma tismaghhiex, Missier? Hsiebi m'ghandux mistrieh, irid jifhem tifsir dal-hbit ta' qalb. Missier, 'k ma tfeh'mnix int min tridu jfeh'mni? Ghidli, Missier! Fissirli! Hajti waslet fit-tmiem, jew ghad bagghalha z-zejt x'tahraq fl-imnara? Mahkum minn dat-thewdin kif nista' nsib it-tarf ta' hsebijieti?
- Missier, minn dak il-qabar kiesah, li jhares fih il-fdal li xeh'd x'emmint, wegibni u ghidli b'fommok li staqsejtek. Jien naf li gismek tmermer, u lsienek m'ghadux ahmar, haj, bid-demm, izda ghandek b'hiex titkellem. Is-snin ghaddew... fuq seba' mija ilek maghluq go qabrek, izda min resaq ghandek ma sabx il-blat tas-samm li ma jwegibx; sab fik habib li jghin lil min jehtiequ. Missier, tismaghni nkellmek? Kellem, nitolbok, lill-icken fost uliedek. Quddiem qabrek, f' dil-hemda, irrid nisimghek tghidli x'ikun dal-hbit ta' qalb
- In-nezgha, li tlibbes bl-oghna faqar il-qabar fejn tistrieh, ixxieghel hsebijieti u nhossni noghla 'l fuq. Id-dinja kollha frugha; it-tlellix taghha nasba. Missier, Missier, kemm ghandi ghax nithenna li nghodd ma’ l-ghadd ta' wliedek! Missier, Int l-ifqar fqir! Hbit qalbi ghadu mghaggel, izda nhossni nitghawwem f'bahar ta' hena u sliem. X'inhi dil-hajja tieghi? Ma bdejtx nghix hajja gdida?! Il-Faqar tieghek, Missier, inazza' l-mohh mill-hsieb; isaffi l-qalb mir-rbit; isahhah it-tamiet u t-twemmin fik. U dan, Int taf ghaliex. Il-fqar xortihom tajba! L-ghasfur u l-fjur tal-ghalqa huma x-xhieda! Da' l-faqar li jissarraf; da' l-faqar li hu ghana!
- Blata mhaffra fin-nofs; imharsa b'qafas tal-hadid mad-dawra; go fiha qed tistrieh. Mistrieh titkellem; tghallem. Wensek ilsien inewnem; mieghu xi fjura tfewwah minsuba fuq l-artal minn xi qalb twajba. Fi kliemek m'intix xhih; minn jersaq lejk jitfarrag b'dak li tghidlu. Ma thalli 'l hadd jitbieghed minghajr ma twiegeb ghal dak li jkun staqsiek.
- Fil-kripta xhud il-faqar! hitanha mnezzgha mit-tizwiq tar-rham. Li jlellex mal-hajt gebli hu l-gharaq niedi u gawhri li jgelben hiemed sa ma jizzerzaq fl-art. Inhoss il-kesha tielgha ma' rkobbtejja, izda, ma rridx b'daqshekk inqum bil-wieqfa. Hdejn l-artal tieghek, jekk thares, tara lil… l-ahhar wiehed minn uliedek b'ghajnejh mitlufa fik. Missier, qalbi ghadha li kienet, Minnek zgur hadd ma gemgem; zgur hadd ma qal l'int trux. Jekk twiegeb lil kulhadd ghax ma tghidx, lili, dak li rrid naf minghandek? Nistenna sakemm trid, izda kellimni! Int thoss ghall-ulied tieghek. Ghaliex nokrob ghalxejn?
- Is-skiet, ghad-dell tal-qabar tieghek, jikxef mohbet il-faqar u jnissel f'qalbi s-sliem u ntegh'm il-farag. Missier, inhossni nghix hajja okra. Dil-hajja rridek tghidli x'iggib maghha. Hajti ghalik, Missier; irrid nghix it-tifsila tal-Vangelu kif fhimtha u ghextha int. Nisthajjel, taf min jien; gharaftni b'ismi? Mhux int ghaziltni b'ibnek? Mhux int hajjartni nigi nimxi wrajk? Missier! Ismaghni!
- Taht l-art, nisthajjel il-hitan ma' qabrek ilissnu kelma hiemda u din tindewa; id-diwi jghidli: FAQAR! U f'mohhi lehh bhal dawl... Dil-kelma kellha tfisser x'kien dak il-hbit ta' sidri? Nezgha minn kollox... b'hekk qalbna tholl l-irbat li jistghu ixekkluha. Hassejtu helu l-FAQAR, u fhimt li l-hajja tieghi, jekk iben Missier fqir irrid inkun, jehtieg tkun hajja fqira. Sthajjilt mimn gol-hitan jittawwal fqir il-FAQAR. Hajjarni nghozzu bosta u ma nibdlux mal-gid.
- Bla hedu qalbi thabbat. Ma nhossha naqqset xejn mill-ghagla taghha. Nistqarr, fqajjar Missier, dan li hassejt fuq qabrek ma nafx li hassejt bhalu drabi ohra. Ghandi l-imrietel f'sidri? Jekk qalbi, kif izzomm?! Waqqaft il-harsa tieghi fuq dawk il-vireg tal-hadid li qaffsu il-qabar li straht fih u skitt... nistenna nisma' kelmtek. U kelmtek ma naqsitx...!
- Ibni l-ghaziz, isma' dan li ser nghidlek. Minnu tifhem li trid, kulma tinhtieg tkun taf... Missierek ghex fil-faqar; missierek ghadda hajtu fit-tichid; missierek warrab l-ghana u hazen gid li ma jmissux sadid. Missierek feh'm il-frugha u sab fin-nezgha l-ferh. Il-mewt sabitu fqir mimdud fuq l-art; u hekk gabritu maghha.
- Staqsejtni bosta drabi x'ikun dat-tahbit f’qalbek. Tennejt il-mistoqsija ghax bzajt li ma nwigbekx? Qabel ridtek tiltaqa' mal-FAQAR li ghazzejt u ghannaqt mieghi. X'inhu dak li qed thoss? Dak li qed thoss hu Mhabba; u jien irrid li theggeg iktar fik. Qaluli: "Serafin", f'qawwet Imhabbti; hajti hekk fhimt x'inhi, u hekk ghext sa l-ahhar waqt. Qawwet l-Imhabba. iktar ma tinza' mill-frughat li jlellxu, iktar ma twarrab ix-xenqat ghall-gid, issib fik x'tahdem issaffi fik l-inqaqar u l-gibdiet. L-Imhabba zzid nirienha.
- Hawnhekk ma tisma' xejn hlief l-ilhna siekta jlissnu: Il-Faqar fqir hu l-FAQAR! Dal-faqar thoss ihajrek u jixeghlek biex int ukoll taghzel li tkun, u mhux tissejjah, fqir! Ghalhekk qed thoss il-qalb thabbat dan kollu! Tbieghed mid-dinja u tersaq lejn l-Imhabba. IL-FAQAR u l-Imhabba mill-istess triq jghadduk u jhaf'fu l-mixi biex tilhaq il-quccata tal-qdusija. Id-dghajjef ma jsibx f'hiex ixerred hsiebu. Id-dell ta' min jghix fqir ilehh bhad-dawl. Tghallem u ghix fil-faqar. Torbotx qalbek bi hsusha ma' dak li ma jiswix ghax surtu holma, Ifhem id-dinja; la tithallix tintrabat fejn ma tridx biex tiekol deh'b u gawhar; b'dat-toqol kif ittir?
- Tghallem iccahhad; tghallem stkerrah il-gid; ahrab dak it-tidlik li jwahhal, jghallek, 'k ma tridx tinqabad f'nasba. Tinsix li hawn ix-xbiek bil-hjut tad-deheb; min jaqa' fihom ma jahsibx li x-xorti kienet mieghu hanina; ix-xibka, xibka; id-deh'b bhall-qanneb jixbek! Aghzel ghalik il-faqar; fil-faqar il-helsien! Id-dinja ratni fqir u dahket bija. II-faqar xeh'd ghalija u ghall-hena li hassejt. Infridt mid-dinja; irbatt ghoqda qawwija, sehmi kien il-Mulej.
- Is-skiet! X'hawn utaq minnu? Kif nistghu nghidu qalbna xi tkun trid, jekk ma nisimghux hsusha? Is-skiet jaqbel mal-faqar. Fis-skiet kont nilmah lil kulhadd madwari; kont nilmah il-holqien u nfahhar qawwet Alla. F'kollox kont nara drieghu, u l-izghar dudu, bhal warda lewn in-nar, kien ihallimni bih. Fis-sikta l-gabra; fil-gabra l-lehen t'Alla. Ibni, tahrabx is-skiet; taghzilx il-hamba u l-ghagha! Mohhok jinza' minn Alla! Is-skiet mistrieh ghar-ruh. Is-skiet hu nifs l-erwieh li harbu d-dinja u ngabru jghixu f'maghlaq fejn l-arja ma tniggsitx. Ibni l-ghaziz, fis-sikta tifhem sewwa lilek innifsek. Tara xi tnaqqi fik; twarrab mill-qamha l-karfa.
- Inza' minnek innifsek, u ilbes l-gharfa tal-Missier tas-sema. Fis-sikta tifhem li t-tkabbir hu fieragh, Fis-skiet ikellmek Alla; tara jlehh id-dawl gdid u ssib fil-fehma qawwa u hila riefda; tiflah tahbat ghall-ghadu. Tghallem mill-grajja tieghi! Il-hajja kemm garrbitni? Kemm kienet iebsa l-glieda kontra l-"jien"? Mis-sikta qatt ma bzajt; sehbitni kulfejn kont.
- Madwar il-qabar tieghi, is-sikta tixhed l-ghozza li jien kelli ghaliha. Il-fqar ma jaghmlux ghorsijiet jew jizfnu ghad-daqq imghaggel u taht tirxix ir-ross. Jekk inti trid tghix bhali, jekk trid jisthoqqlok ismi, ghix fqir; ghix sieket, hobb il-hemda. Aghzel l-ghera u c-cahda, biex ruhek ma ssibx toqol f'titjirha lejn is-sema. Ghix nieqes; ghax in-nuqqas hu ghana. Ghix mohbi; ghax dan il-habi jwasslek fis-smewwiet. Inheba w ghix; issib l-hena ta' qalbek.
- Mifrud minn kollox, il-htiega taghfas fuqek; issib mistriehek fil-hsieb li Alla jaf fejn int u jaf x'tinhtieg. Hekk ghix, u s-sliema tieghek! Ibni l-ghaziz...
- Missier, nitolbok, ibqa' tkellem mieghi! Tiqafx issamma' lehnek! Qalbi titghaxxaq bik!
- Ibni l-ghaziz, ghad baqa' x'irrid nghidlek, Dak li ntennilek, nghidulek biex infehmek li mehtieg. Ghozz sewwa c-cahda; fic-cahda l-faqar jghallel. Dak in-nuqqas li jagh'fsek issib hlewwiet is-sema li jisbquh. La tirtabatx, ifhimni sewwa, mal-frugha ta' din l-art!
- Inhossni hieni xhin nara fost uliedi min ma jibzax ihaddan chid il-faqar. Hekk ghandu jkun! Ibni, ghozz sew il-faqar!
- Ibni, fhimt x'kien il-hbit ta' qalbek. Fissirtlek dak li jien xtaqtek tkun taf, u dak li jiswa lilek. Issa rrid inzid nghidlek kelmtejn ta' l-ahhar. Nixtieqek dawn twassalhom lil dawk li ssejjah hutek... Kunu ckejknin; fittxu li tkunu bhali: harraba mill-kburija. Ibni, iharsu fejn iridu; hawnhekk kulhadd jaf x'kien. Kien midfen ghal dawk li tilfu giehhom; ghal dawk li hallsu b'mewthom il-fahx u l-ghajb t'eghmilhom. Jiena, Missierek, ghazilt nindifen f'nofshom, fuq l-Gholja ta' 1-Infern. Agh'rfu lilkom infuskom; araw fikomx xihaga li ssibu fiha gieh, u fih il-jedd ghall-fahar! Mit-tajn tnissilna lkoll; id-dnub niggsilna ruhna. Ghiduli, gheziez tieghi, ghandniex jedd ghall-ftahir!
- Frugha; fittxu dejjem ic-cokon. Ghalfejn tithajru tikbru? Mill-kbir isir il-haqq! Ibqghu bhat-tfal ckejknin! Mhux kollox jinhafrilhom?! Jidinbu ghax dghajfin, izda jitolbu mahfra. Nixtieq tassew tifhmuni kemm ghandkom tghozzu c-cokon! It-tfal ma jintefhux, jafu x'inhuma! Jien dan insejjah gherf!
- Gherf ! Li nagh'rfu Iilna nfusna! X'niswew? L-ghagna mhix dghajfa? L-ghajnuna t'Alla biss trid tkun ghalina. Ma nistghu naghmlu xejn jekk mhux imwiezna minnha!
- Missier, issokta tkellem! Inhossni hieni bosta taht l-art, fil-kripta, hdejk nissamma' lehnek jghallem...
- Ibni l-ghaziz, jien ghext fil-habi, fil-gharfa tax-xejn tieghi. Hekk irrid jien li taghmlu; ilkoll ghixu mohbija! Il-habi jkun il-faqar! -
Skiet! U f'dik il-hemda qed nahseb jien fuq dak li qal missieri. Dik l-ghera niedja flimkien mal-giegha kiesha tghinni nixtarr xi smajt. U qalbi ma waqfitx. Kienet thabbat bil-qawwi u ghadha bla ma tehda; xewqana, issa li fehmet, tghaddi hajjitha fqira kif ghexha l-ifqar Fqir.
* * *
- Ghad li tbighedt minn qabrek, Missier, ghaziz Frangisk, u rgajt ingbart go dari, kliemek ma ninsih qatt! Kliemek, id-dawl ta' hajti! Fi kliemek sibt il-farag; fi kliemek sibt in-nifs li sidri htieg! Fraht, talli b'xorti tajba messni nigi Assisi. Fraht, Missier tieghi, meta middejt riglejja u mxejt hosbien u hielem mit-toroq tal-belt tieghek. It-toroq jafuk sewwa! Min jaf kemm rawk tiggerra u thabbar: Sliem u Gid! Fraht, meta sibt il-knisja u minnha nzilt hdejn qabrek. Fraht, meta bist il-hajt li dawwar dik il-hofra ta' mistriehek. Fraht tabilhaqq! Hassejtni nfur bis-sliem.
- Aghmel, Missier hanin, li kulma jien tghallimt mill-kliem ta' fommok, ma jhalli qatt il-fakar, Jien irrid nghix il-faqar kif fhimtu f'dik is-sikta.
- Ghadda bhal holma l-hin, u jien, l-ahhar u l-icken wiehed fost uliedek kotrana, hallejt il-belt t'Assisi. X'tifkira helwa, Missier, inqaxtli f'qalbi! Sejjahtli ghal warajk, ma webbistx rasi; gejt nimxi t-triq li wrejtni. Ma jisthoqqlix, Missier, nissejjah iben tieghek. Hajti taf kif inhi! Il-Fagar biss jifdini: Mulejja jhenn ghalija; nieqes, ma jinsinix!
- Bhat-tfal irrid nghix ckejken! Irrid inhobb il-habi! Irrid fil-faqar nghix sakemm immut! Ruhek, fin-nezgha taghha, sthaqqet tikber fl-Imhabba. Habbejt daqs Serafin! Hekk jien irrid fil-faqar nisthoqq, nikber fl-Imhabba. Minghajr l-Imhabba nibred; fil-bruda jien immut! Fil-ghana jien ninsahaq; jibred id-demm ta' qalbi; b'hekk tmiemi jkun mahzuz. Il-Faqar jiswa l-genna; fll-genna ma jmur hadd jekk mhux bl-Imhabba. Missier, jekk tridni hdejk, wezinni ta' kull hin, biex nghix inhobb, fil-Faqar. Nitlob il-Barka tieghek. -
Rahbi l-Gharib Ruma: 7 ta' Gunju 1954 Mehud minn Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), it-Tielet Gabra (1), Provincja tal-Frangiskani O.F.M.Conv. Malta, p.82-94 Assisi 15.4.2003 |
Poezija ta' Rahbi l-Gharib
|
|