Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Frangisk t'Assisi


ta' Rahbi l-Gharib.


San Frangisk t'Assisi

 

1.

Min xeh'd, iktar miz-zmien; is-sahriet tieghek

tul id-dlam iswed tal-lejliet xitwin?

Tinwih ir-rih, donnu miftiehem mieghek,

siehbek fit-talb, fl-imkejjen mirzuhin (1).

 

2.

Somt ix-xhur twal, ma gghadtx tfissed 'il gismek.

B'habel imghaqqad issawwatt bla hniena.

Infnejt bil-hsieb li bosta jahqru Mhabbtek (2).

Hassejt tittertaq galbek tibki l-hziena.

 

3.

Ghoddejt lilek innifsek dghajjef bosta,

ma tiswa ghalxejn. Stqarrejt li bid-dnubiet

ruhek xekkilt. Sthaqqejt u ridt tizzeblah:

tinsaq, marbut minn ghonqok, ma' l-ibliet (3).

 

4.

Inhqart, Missier, u sibt fl-ghakkis il-hena (4).

Fuq l-gholja (5) il-Feddej ghogbu jidhirlek.

Ghannejt il-hlejjaq, bdejt mix-xemx sa mewtna.

 Qabel ma mitt lil gismek tlabt jahfirlek.

 

(1) San Frangisk kien ihobb jitlob fil-berah, fuq il-gnieb ta' l-gholjiet jew fi-eghrien.

(2) Hekk kien ihobb isejjah iil Sidu Gesù: "Amor meus".

(3) Wahda mill-grajjiet li naqraw fil-hajja tal-Qaddis. Kien ighodd ruhu b'midneb u ried li jigi mkasbar fid-deher ghal dnubietu.

(4) Ta' min jiftakar x'qal u kif fisser San Frangisk: il-hena tal-frangiskan, "Laetitia franciscana".

(5) Il-gholja ta' l-Alvernja fit-Toskana (Italja).

 

Rahbi l-Gharib

Valletta: 26 ta' Awissu 1953

 


Mehud minn Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), it-tieni Gabra, A.C. Aquilina & Co, 58d, Triq l-Irjala.il-Belt, p.58

Assisi 14.4.2003


 

Poezija

ta'

Rahbi

l-Gharib