|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Ghanja t'Ohtna x-Xemx ta' Rahbi l-Gharib. Il-Ghanja t'Ohtna x-Xemx
- Int l-oghla, Mulej twajjeb, setghetek kollox tahkem; lilek it-tifhir kollu; is-sebh lilek, mal-gieh u ma' kull barka.
- Dawn lilek biss jixirqu, l-iktar Gholi; mela hawn, minna l-bnedmin, min ghandu hila u jlissen l-isem tieghek!
- Ghalik, Mulej, it-tifhir kollu taghna, ghal kulma beda minnek fil-holqien; l-iktar ghal ohtna x-xemx li b'dawlha tahji l-jum u bi shanitha lilna.
- Ghax hija sbejha wisq, merzieqa u tiddi gmielha; hi x-xbieha tieghek, Gholi fuq l-gholjin.
- Halli nfahhruk, Mulej, s'ansitra f'huna l-gamar u fil-kwiekeb; int hlaqthom mifruxin b'wens is-smewwiet; lelliexa, ghammiexa u sbieh.
- Ha jilhqek dat-tifhir, Mulejja, b'zieda! Ahna nfahhruk fir-rih, huna, u fil-fewga; ahna nfahhruk fis-shab, fid-difa u f'kull hin iehor ghax kollox b'hekk izzomm.
- Mulejja, it-tifhir kollu f'huna l-ilma; ilkoll kemm ahna nehtiguh, jiswielna; siefel mill-iktar, safi bhall-indafa.
- Mulejja, infahhruk sa f'huna, n-nar; dawlu tal-lejl id-dalma itaffilna; sbejjah, fuq tieghu gmielu, shah u qawwi.
- Mulejja, kun imfahhar f'ommna l-art; hi tiehu hsiebna, hi zzommna u tmexxina; hi tghallel il-ghajxien hi tnibbet il-haxix u l-fjuri tlewwen.
- Mulej, ilqa' tifhirna la nsibu 'l min il-mahfra jgib b'imhabbtek, la nsibu 'l min jistabar u jilqa' l-mard u l-ghali.
- Imberkin dawk illi bil-qalb it-tajba jiehdu l-kedda u l-ghafis; minghandek jiehdu l-klila tas-sebh sielem.
- Mulej, inberkuk f'ohtna l-mewt tal-gisem; m'hawn hadd li jaharbilha mill-hajjin,
- Hazin ghal dawk li jmutu bi dnubiethom; imberkin dawk li l-mewt issib f'dirghajk, bir-rieda tieghek taghhom; it-tieni mewt ma ggibilhomx il-hsara.
- Fahhra u bierku l-Mulej; ruddulu hajr il-qalb; aqduh fic-cokon taghkom.
Rahbi l-Gharib Valletta: 6 ta' Settembru 1956
Mehud minn Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), ir-Raba' Gabra (1), V.& G Sammut, Birkirkara, 1975, Assisi 14.4.2003 |
Poezija ta' Rahbi l-Gharib
|
|