|
Poezija Frangiskana |
|
|
Gieh lil Missierna San Frangisk ta' Rahbi l-Gharib. Gieh lil Missierna San Frangisk 1. Glorja, glorja,, nghannulu minn qalbna, lil Frangisk kollu, ghana tal-Faqar. Nafu f'hajtu kemm garrab u nhaqar ghal min habbu u miet fuq salib.
Int, Missierna, id-dehwa ta' l-Angli. Kewkba, tlellex bhad-deh'b, kollok dija. Ej' saffina tal-griehi fid-dmija li nagaxlek fuq gismek Habib.
2. Glorja, glorja, inghajtu ghalenija, lil min radd 'l ohtna l-mewt sebhha u giehha. Hi ghannqitu; hu ntelaq f'mistriehha Hi x-xebh kixfet tal-gisem mislub.
Missier hlejju, hallina fuq gismek harsna nwahhlu, u nahsbu go fina. Inti bass stajt ix-xebh shih taghtina ta' Min fdiena u helisna mid-dnub.
3. Glorja, glorja, bla heda nghannulek, fuq din l-Art, tat-Twemmin blata shiha. Insehbuha tal-warda mal-fwieha li titbissem ta' Malta fil-gnien.
Ha jasallek, Missier, dan il-lehen: Hares lejna; isma' t-talb fqajjar taghna. Qatt titbieghed jew titlaq minn mohhna. Kun it-tarka u s-sejf sal-helsien.
Rahbi l-Gharib Valletta: 2 ta' Ottubru 1957
Mehuda mill-ktieb ta' Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), ir-Raba' Gabra (1), V.& G Sammut, Birkirkara, 1975, Assisi 14.4.2003 |
Poezija ta' Rahbi l-Gharib
|
|