|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Mewt ta' San Frangisk ta' Anastasju Cuschieri O.Carm. Il-Mewt ta' San Frangisk F'Jum l-4 ta' Ottubru 1226
Isa, ghal mieghi: qal l-Anglu lill-Fqajjar hekk kif messlu spallejh bi kbira hlewwa: isa, ghal mieghi, fis-saltna tas-sewwa lili bagh't Alla biex ruhek intajjar.
U dak, li minn zghozitu qatt ma thajjar jorbot qalbu mad-dinja, kollha dnewwa, fetah ghajnejh u tbissem, u ghal gewwa l-oghla smewwiet fl-imkien ma' l-Anglu ttajjar.
Infetah bieb il-genna u beda l-ghana ma' kullimkien jixxerred, u b'tant hlewwa, li l-hlewwa tieghu jifhem biss minn garrab.
"Frangisk fqajjar, xejn imkabbar, maghna, "fil-ferh ta' Sidek, idhol fis hawn gewwa "il-ferh ghal dejjem, kull deni mwarrab."
Anastasju Cuschieri O.Carm.
Dehret fil-Habbâr ta’ Sant’Antnin, Sena XXIII nru 10, Ottubru 1933,p.223 u dehret mill-gdid f'dak nru 4 - Ottubru, 2001 Assisi 15.4.2003 |
Poezija ta' Anastasju Cuschieri O.Carm.
|
|