Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Frangisk xtaqt inghanni ghanja


ta' Fr Thomas Calleja OFMConv.


Frangisk xtaqt inghanni ghanja

 

Frangisk, xtaqt nghanni ghanja,

minn qalbi nsib il-kliem;

xtqat ‘l Alla nfahhar  mieghek,

u nfittex biss is-sliem.

 

Xtqat nimxi pass pass mieghek

u fuqek harsti nzomm

ninseg u nghanni ghanja

minn qalbi l-versi ndomm.

 

Fi knisja ckejkna mwarrba

‘il boghod mill-ghagha tan-nies

kont spiss tingabar wahdek

quddiem il-Kurcifiss.

 

Bid-dmugh f'ghajnejk kont tfittex

x’ried minnek il-Mulej,

sakemm jum wiehed gharrfek

x’ ried minnek ghalli gej.

 

“Frangisk" - sejjahlek b'ismek,

b’mod li hu biss jaf kif -

“Mur sewwi l-knisja tieghi,

li qeghda fit-tigrif”.

 

Dlonk tlaqt u hallejt kollox

biex thaddan is-salib

biex twettaq din ir-rieda

u s-sliem fil-qlub iggib.

 

Inzajt l-ilbies ta' lussu,

xiddejt l-ilbies tal-fqar,

ta' Kristu sirt dixxiplu,

ta’ Sultan Kbir habbâr.

 

Ohrajn minn kliemek thajru

u dlonk ghal warajk grew,

u b’Regula l-Vangelu

minn issa jghixu bdew.

 

Fil-faqar, fl-ubbidjenza,

fis-safa  w karitŕ,

fi spirtu t'ahwa veru

ghetxu l-fraternitŕ.

 

Il-jum tghadduh fil-hidma,

fil-gabra u fit-talb,

kull patri mehdi, biezel

bil-ferh hiereg mill-qalb.

 

Lill-foqra u lill-batuti;

l-imgiddma, l-imwarrbin

bil-qalb il-bxara thabbru

kemm Alla hu hanin.

 

Fost l-ghonja, nies tat-tajjeb,

mexxejja, irjus kbar

gibt l-ghaqda, gibt il-paci

flok firda, ghelt, imrar.

 

Tal-Fidwa l-kbir misteru

fi Greccio ghetx mill-qrib.

Fuq l-gholja ta' La Verna

l-pjagi tas-Salib.

 

Lix-xemx gharaftha b’“Ohtok”,

il-qamar qiestu b'“Huk”

l-art sejjahtilha; “Ommna”:

sebh il-Mulej juruk.

 

Mal-hlejjaq fahhart 'l Alla

mal-kwiekeb, u man-nar

mal-frott ta' l-art u l-hxejjex,

ma' l-ilma pur u car.

 

Ftaht qalbek ghal kull bniedem,

fih rajt lil Kristu fqir,

bil-guh, bil-ghatx u gheri

fil-habs, marid u ilsir.

 

Hekk sirt strument tal-paci

flok niket gibt il-ferh,

flok firda gibt il-ghaqda,

flok l-gheja gibt is-serh!

 

Hekk int, fqajjar Frangisku,

‘il Kristu gibtu qrib,

urejt b'hajtek u kliemek

li tieghu kont habib.

 

Tifhir, kull gieh minn qalbi

il-lum naghtik nixtieq,

ninghaqad dlonk f’mixjitek  

u mieghek nimxi t-triq.

 

Nixtieq nghix il-Vangelu

inkun habbâr tas-sliem,

bhalek ‘il Kristu nxandar

u nwasslu kullimkien.

 

Xtaqt biss nghannilek ghanja,

mieghek inkun l-Ghannej.

u rrid nissokta nghanni,

il-lum u ghalli gej.

 

Fr Thomas Calleja

Tagaytay City - Filippini 1997

 


 

Poezija

ta'

Fr Thomas Calleja OFMConv