Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Frangisk ta' Assisi

Poezija f'hames episodji


ta' Patri Edmund Teuma OFMConv.


Frangisk ta' Assisi

1  ll-Gharfa

 

Ganni ta' Pietru ta' Bernardone

maghruf mill-hbieb ta' gewwa u minn kulhadd

bhala "Frangisk",

miqjum minn hbiebu kollha ghax kien dhuli,

u kien minn dawk

li jekk il-Mulej tah bil-bosta,

ma kien jiddardar xejn li jaqsam gidu

mad-dghajjef, ma' l-imsejken, mal-batut.

'Mma fost il-hbieb

kien hemm min kien ihobbu biss ghal wiċċu,

u minn warajh kien dlonk jiddiehak bih

u jqisu zaghzugh iblah u bla hjiena,

balalu li ma jafx idabbar rasu.

 

Pietru, merkant ta' l-aqwa drappijiet,

kien mohhu jrawwem 'l ibnu fin-negozju;

Frangisk, ghalkemm imhajjar sew ghall-flus,

u jhaddem rasu sew ghall-qligh fejjiedi,

kien qalbu tajba wisq u generuz

biex bhal missieru jsir merkant hawtiel.

Kien mohhu fix-xalar, fil-kant ferriehi,

festin ma kienx ibiddlu f'mitqlu deheb.

Kien jilbes ilbies fin, mirqum u mżejjen,

kien jaghti r-ruh lill-ghorsijiet ghaxjin.

U nhatar kien "sultan" minn shabu kollha:

fin-nofs kienu jqeghduh, ilkoll mghaxxgin.

 

'Mma mohh Frangisk, mitluf f’taghmix id-dinja,

ma kienx fis-sliem, u le ma kien mistrieh:

Frangisk beda jintebah illi l-binja

ta' qalbu u ruhu kien garrafha r-rih.

 

2. Il-Ghazla

 

- Frangisk, ghallimna nghixu!

 

- Tghixu ma nghallimkomx,

ghax ghadni lura minn gharfien il-hajja.

Il-hajja nhossha fiergha - nhossni wahdi!

Jigu fuqi waqtiet li b'qalb imtaqqla,

noqghod nithaseb ftit

fuq il-halltejn li bejnhom jien sibt ruhi:

min-naha nara fqir...

nigri qatigh biex nghinu,

iżd'hekk kif naghtih idi ghall-ghajnuna,

dlonk nisma' jidwi car canfir missieri,

jurini l-genn ta' mohhi...

jghajjarni li jien hali...

jghidli li ghad inkun rovina kbira...

u fis nigbed lil idi,

u nhalli l-fqir bil-guh aktar minn gabel.

 

Imm'Alla l-Gholi jghinna! Mel'isimghu:

taraw kif Kristu rebah u rbaht jien!

Dawn l-ahhar jiem xhin kont f hanut missieri,

gie fqir batut, li f’isem Gesù Kristu

talabni l-karità.

Biex nohrog tal-gustuz quddiem in-nies,

ghollejt lehni kemmxejn u bghattu 'l barra

bla ma taffejtlu guhu.

Imma x'noqghod bi kwieti!

Il-harsa ta' " Gesù " li gie jitlobni

u c-cahda li sab mieghi,

ma hallewlix is-sahha nqieghed f'posthom

ix-xaqaq bellusin li hrigt biex nuri.

Haffift mort sibt il-fqir, ghannaqtu mieghi,

xarrablu gbinu d-dmugh ta' fuq haddejja,

tmajtu, libbistu, sqejtu...

u tajtu flus kemm jghix ghal gimgha shiha.

 

Raddejt salib ghal wicci u qtajt li f’hajti,

kulmeta jien niltaqa' ma' batut

jahsibha kif irid missieri Pietru –

jien nghinu xorta wahda!

Hbieb tieghi, Kristu rebah!

Ha nghannu l-ghanja, mela, taz-zghozija!

Ha nghannu ghala dejjem ferhanin...

u nferrhu l-foqra maghna!

 

3. l-Indiema   

 

Frangisk irteha jterraq qalb ir-raba',

sabiex filwagt li man-natura twarrad

jissieheb u jitwahhad,

joghla lejn il-Hallieq f'ghaxwa ta' mhabba,

u jghanni maghha l-ghanja tal-holqien.

Il-hdura tal-widien, l-izraq tas-sema,

l-isfar misjur tal-qamh, l-abjad fiddien,

imxierka mat-tpespis tat-tjur imlewna,

u msiehba mat-tgelgil ta' l-ilmijiet,

inghagdu lkoll flimkien f'ghanja ta' mhabba,

u tan-natura wrewh l-ghegubijiet.

 

Izda fid-difa ta' ghid in-natura,

il-karba minn tal-mewt kienet mistura;

Frangisk bhal stenbah hekkda kif quddiemu

ra jfegg bniedem-serpent - hareġ u liemu:

gildu magdur, mizghud gismu bl-infafet,

ghajnejh hamrana jnixxu serbut dmugh,

kien liebes biss perpur mahmug u mcarrat,

kien bniedem minsi u qed inin bil-guh.

 

L-imgiddem kien mitluq, min-nies imwarrab,

kien jinghi wahdu, wahdu mal-wegghat,

wegghat imqita bl-imrar tal-kefrija,

u meta gieh li jghajjat,

hadd ma semaghha tidwi dik il-ghajta –

hu biss u l-bahh madwaru...

u dak li darba miet fuq is-salib.

Frangisk ukoll kien wahdu bhall-imgiddem,

it-tnejn wahedhom f'din id-dinja ghariba.

 

Frangisk kien wahdu u fl-istess hin imdawwar

bil-kotra ta' bla ghadd ta' hbieb u qraba,

tal-fsied ta' ommu Pica u holm missieru.

It-tnejn wahedhom sfaw, Cikku u l-imgiddem,

bla hadd jurihom ghala din id-dinja

l-imrar biss qed tisqihom.

 

Kif rah Frangisk inhasad,

inqata' gewwa fih,

ilsienu hassu niexef,

u rasu daret bih,

u t-tgham misjur fl-istonku

kemm tqalleb dak il-hin!

U hassu tiela' u niezel

ghad-dehra tal-miskin!

 

U kien digà ta dahru lill-imgiddem,

biex jahrab darb'ghal dejjem dik il-harsa,

harsa neffieda ta' bniedem mistmerr,

li kif tarah kont dlonk thares band'ohra.

Kien ghoddu cahad li lil Kristu jnizzel

minn fuq il-forka fl-ahhar agunija,

minn dik il-ghuda, ghelm t'ghajb u misthija!

Kien iben l-ghonja l-kbar tal-belt t'Assisi,

iben merkant imsemmi tal-harir...

kif seta' kieku xejn itabba' giehu,

u jaghti kas ta' harset dan il-fqir?

 

-Jien kont bil guh, u intom le tmajtnuni;

jien kont bil ghatx, u intom le sgejtuni;

jien kont barrani, u intom le lgajtuni...

Ghax dak li m'ghamiltux ma' dawn iz-zghar,

m’ghamiltuhx mieghi!

 

U nidem Frangisku, u beka,

u talab lil Alla jahfirlu,

u dar fuq l-Imgiddem u biesu...

u haslu bid-dmugh ta’ l-indiema...

u tah flusu kollha u refghu,

u tahj rega’ s-sura ta’ bniedem –

ta’ bniedem li fdieh il-Mulej.

 

U wieghed 'l Alla issa darb'ghal dejjem,

li jghin lil min ihati l-ghaks u l-guh;

ghax min jidhol ha jgorr toqol il-foqra,

xebh Kristu jsir u mill-Missier milqugh.

 

 

4. Is-sebh  

- Min jien, Mulej, u int min int ghalija?

 

Harget tnehida u kisret skiet l-Alvernja;

kien tela' hemm fuq ghas-sawm ta' San Mikiel.

U hekk kif qorob ghid is-salib imqaddes,

ix-xenqa wahdanija ta' Frangisk

- hekk qal fit-talb li talab -

dik kienet li jixxierek fit-tbatija

ta' Kristu, li ghax habbna miet imsallab.

 

- Nixtieq inhoss id-diqa ta' l-Imghallem

xhin wahdu kien mitluq fuq il-Qorriegha,

nixtieq induq il-hruq ta' dawk il-griehi

u nghix l-ahhar waqtiet ta' dik is-siegha

 

U deher mill-boghod dawl niezel kollu dija

- kien niezel mis-smewwiet -

dawl jarmi x-xrar u riesaq lejn il-gholja,

bhal kewkba-fegga, li fid-dlam tal-lejl,

tiftah triqitha fid-daghbien tas-sema.

 

U rah Franġisk id-dawl u qalbu ferhet,

u hass hlewwiet tar-ruh ma jitfissrux,

u ntelaq ghaxi fl-art.

U hekk kif qorob dak id-dawl tas-sema,

intlemah f’nofsu l-gisem ta' l-Imsallab,

minxur fuq is-salib bil-griehi mdemma,

izda rebbieha fuq il-mewt ghal dejjem.

U hekk kif qorob izjed dawl is-sema,

l-Imsallab deher itir b'heffa glorjuza

bi gwienah jixbhu lil ta' Serafin.

 

Frangisk, mixhut ma' l-art, hassu jintlaqat

mix-xrar li fuqu tar b'sahha tal-ghageb,

u hass idejh minfuda...

u hass riglejh minfuda...

u hass il-genb minfud b'daqqa ta' lanza,

u hass l-ugigh tal-griehi,

u hass tidlik id-demm.

 

Franġisk sar xbieha hajja ta' l-Imsallab,

u fuq l-Alvernja ssieheb fil-Passjoni,

u f’gismu dghajjef idda s-sebh ta' Kristu

bhal dakinhar tat-Trasfigurazzjoni.

 

5. It-Tluq

- Ha tkun imfahhar f'ohtna l-mewt tal-gisem

li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem...

 

Xhin hass li l-hin qed joqrob - hin it-tluq,

ried minghand l-Isgof jinzel sal-Porzjunkla,

u f’nofs it-triq dawruh lejn il-Belt tieghu,

li ghad li ma rahiex, berikha u qal:

-Ibierkek il-Mulej, ja Belt qaddisa,

hu ghazlek tkun l-ghamara ta' min jaghrfu,

ta' min jghollih u jsebbhu!

 

Xhin waslu qrib il-maqdes

dahhluh f'gharix fil-qrib,

u talab 'l Alla jfarrgu

bin-nies li dejjem habb,

u wara li berikhom

talabhom li jagrawlu l-Evangelju:

- Qabel il-Ghid, billi kien jaf Gesù...

talabhom imidduh ma' l-art, imnazza',

sabiex jistenna l-mewt ta' fqir li hu,

u beda jghid is-Salm b'nifsu lehgien:

 

- B'lehen qawwi jien lill Mulej insejjah,

u b'lehen qawwi lill Mulej jien nitlob...

Ix-xemx ilha li ghabet mis-smewwiet,

is-Sibt wasal fi tmiemu,

id-dlam ha post id-dawl...

- Mulej, lilek insejjah, inti kenni,

int sehmi, 'tini widen,

ghax, ara, jien ninsab mitluq gball-ahhar...

 

Frangisk wasal fix-xifer,

in-nifs beda jitharhar,

il-lehen sar bla hoss...

- Minn dan il-habs ohrogni,

biex inrodd hajr lil ismek. ..

U hemm hediet il-qalb tal-bniedem t'Alla,

il-gisem issa ltaqa' m'ohtu l-mewt,

u dahal fih ghal dejjem is-sliem t'Alla,

u l-angli mis-smewwiet nizlu fuq l-art,

hadu 'l ruh Frangisk hdejn it-tron t'Alla

biex ilibbsuh il-libsa tal-henjin.

 


Antifoni


Franciscus Pauperu

Frangisk, fqir u umil,

Jidhol ghani fis-smewwiet,

B’ghana tas-sema mweggah,

Bil-kant sabij ta’ l-ohla innijiet!

 

Salve, Sancte Pater

Is-Sliem. Qaddis missierna,

Int dawl ta’ art twelidek,

Mudell tal-patrijiet,

Int mera tal-qdusija,

Int triq li taqta’ ghad-dritt,

Riegla tal-hajja;

Minn dat-turufnament fittex ehlisna,

Fis-saltna tal-Missier bis-sebh libbisna.

 

◄◄|werrej|►►


Dehret fil-Habbâr ta’ Sant’Antnin, nru 8/2002

Assisi 15.3.2003


F'din

il-poezija

l-poeta

Patri

Edmund

Teuma OFMConv. jiddeskrivi hames episodji ewlenin

tal-hajja

ta' San Frangisk:  

 

(1) il-gharfa

- l-gharfien tal-htieġa

tal-konverżjoni;

 

(2) il-ghazla

- is-sejha ta' Alla li hatar

lil Frangisk ghall-missjoni specjali;

 

(3) l-indiema - it­tewgiba ta' Frangisk wara

l-laggha ma'

l-imgiddem;

 

(4) is­sebh

- Frangisk jircievi l-pjagi tal-passjoni sentejn gabel mewtu;  

 

(5) it-tluq

- il-mewt qaddisa ta' San Frangisk.

 

Il­poezija taghlaq b'zewg antifoni:

 

wahda maghrufa bhala Franciscus Pauper u

l-ohra hija tislima

lill-Qaddis - Salve,

Sancte Pater