Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Lil San Frangisk ta' Assisi


ta' Francesco Pio Attard.


 

Lil San Frangisk ta’ Assisi

 

Kemm qaddisin fis-Sema jfahhru ’l Alla,

hafna d-dutturi, l-arkangli li jdawruh -

joholqu festa lil dak illi halaqhom

u wara mewthom hemm hadhom igawduh.

 

Fosthom jinsabu tant martri kbar tal-Knisja

li anki waslu ’l ghalih ixerrdu demmhom,

hemm santi padri, papiet, appostli, vergni,

nies li l-hazen zgur qatt ma seta’ jtemmhom.

 

Qrib tal-Missier, li jahkem fuq il-hajja

il-Patrijarki jkantawlu ghalenija

flimkien ma’ Ibnu, il-mahbub li baghat fid-dinja

u ma’ l-imqaddsa ommu vergni Marija.

 

Proprju hemmhekk, qrib l-Iben bniedem Alla

li gie fid-dinja u ssallab fuq salib

jinsab qaddis li f’kollox kien bhal Kristu,

ta’ l-annimali maghruf bl-akbar habib.

 

Jekk gewwa Kristu hemm paci tassew kbira,

minn qalb Frangisku din zgur li ma naqsitx;

jekk Gesù garrab passjoni hekk qalila,

ruh San Frangisk, mad-dnub zgur ma messitx.

 

Habbu ’l-Imghallem, u ghozzu daqsu nnifsu

bhalu ghex f’kollox, fil-gisem u fir-ruh -

twieled f’ghar fqir u miet bil-pjagi mqaddsa

ihaddan xkora, mhux ftit batut, mugugh.

 

* * *

 

Ftit kien ghad baqa’ ghal tmiem it-tnax-il seklu,

li go familja bil-wisq nobbli w sinjura

twieled Frangisku, il-wild ta’ Donna Pica,

tfajjel ferhan, mizmum b’imhabba w kura.

 

Ghammditu Gwanni lill-iben mahbub taghha

ghax fih rat Pica, qalbieni kavallier

biss meta Pietru, minn Franza, ferhan wasal

semmieh “Francesco”, dan tieghu l-missier.

 

Kiber f’Assisi, il-belt tas-skiet u l-paci,

tghallem ihobbha ’l din l-art tant ixxurtjata

ghozzha, w b’kull mezz ried hu jiddefendiha;

kontra Perugia sa ssieheb ma’ l-armata.

 

Biss Alla zammu u riedu gellied tieghu,

“Aqdi lis-Sid”, wissieh, “mhux lill-qaddej”;

Frangisku fehem x’triq kellu jiehu f’hajtu:

jsir Kavallier ta’ Kristu l-Mulej.

 

Kien f’San Damjan, li Kristu msallab kellmu,

ikkmandah jibni l-Knisja mgarrfa tieghu;

Frangisku fehem bil-gebel kollu mfarrak,

ha hsieb dal-maqdes, u bosta ohra mieghu.

 

Wara ’mma fehem x’ried minnu l-Iben t’Alla

ghazel ghalhekk li jsir predikatur

ta’ l-Evangelju, ta’ kelmet Alla tieghu

li kienet tqajjem go qalbu kbir fervur.

 

Maz-zaghzugh fqajjar fis kont tara xi ohra,

uhud sinjuri u anki fqar mhux ftit

li qabel mieghu ghaddew snin jiddevertu

u minn fuq daru, min jaf x’iddubaw gid!

 

Biss bhalu gharfu x’inhija l-vera hena --

li tkun sinjur fil-paci, fl-umiltà;

tala’ ghal hdax in-numru tad-dixxipli

li ma’ Frangisku bdew jghixu l-karità.

 

Ghal dawn in-nies bhal donnu giet miktuba

dik is-sentenza, “Henjin fl-ispirtu l-fqar”;

kollha flimkien kont donnu tisthajjilhom

Kristu w l-Appostli, daqs l-icken fost iz-zghar.

 

Hallew lid-dinja, il-gid u l-ingann taghha

biex haga wahda nghaqdu mal-Mulej,

daru t-triqat u xandru l-Bxara t-Tajba

u l-umli fosthom hatruh taghhom mexxej.

 

O kbir Frangisku, ghaliex tbaxxejt hekk ’l isfel,

int li kont l-ghani fost kollha l-kbarat?

Int sibt il-ghana fil-mard, fil-gdiem, fil-faqar;

iv’issa nifhem f’min rajt t’Alla x-xbihat.

 

Tela’ Frangisku ma’ wliedu l-mahbuba

f’ta’ Ruma l-belt, ghand Papa Innocenzu

li approvalu d-digriet ta’ l-Ordni tieghu --

Ordni li d-dinja, b’ghemilha, qatt m’ghamietu.

 

Kompla Frangisku jirbah tant qlub ghatxana

li sabu l-ferh go l-Ordni Frangiskan,

f’mijiet w eluf sa kibru dawn uliedu

f’tant artijiet, kemm kiesha u kemm shan.

 

Minn gewwa Assisi nghaqdet ukoll Kjara

li waqqfet Ordni ghal dawk in-nisa w bniet

li xtaqu jidhlu fit-Tieni Ordni mwaqqaf

fi hdan Frangisku, biex jilqa’ s-sorijiet.

 

Il-mizzewgin ukoll riedu ’l Frangisku

iwaqqaf Ordni ghal min fosthom ghatxan

ghall-Evangelu; b’hekk wasal sabiex twaqqaf

dak l’hu maghruf b’Terz Ordni Frangiskan.

 

Kien f’dan iz-zmien li l-papa Onorju Tlieta

kompla ddefenda lil dan l-Ordni l-gdid

li serva ghall-Knisja t’ghajnuna necessarja

ghax iffurmat minn min herqan mhux ftit.

 

Sentejn biss qabel ma kellu jara ’l Alla

Frangisku tela’ fuq l-gholja ta’ La Verna

fejn sofra tant u talab minghajr waqaf

sabiex jakkwista l-unur tal-glorja eterna.

 

Kien f’ta’ Settembru l-ghodwa minn tax-xitwa

meta Frangisku rcieva l-pjagi mqaddsa,

f’idejh, f’saqajh u f’genbu d-demm carcar -

dehra bhal dik, tal-vini d-demm tingazza.

 

Bhal serafin deher jixghel quddiem wiccu,

Kristu mislub nifidlu l-istigmata -

tah dak li talab, li xtaq u bl-ikbar hrara;

li ried Frangisku minn Alla issa nghata.

 

U le ma stmerr dak l’Alla ghamel mieghu,

Frangisku l-umli accetta s-sofferenzi,

bhal Gesù msallab hu kompla b’hekk jitghakkes,

m’hediex iwettaq bil-ferh tant penitenzi.

 

Xeghel wicc Frangisku x’hin ra lill-Iben t’Alla

lilu jafdalu l-marki tas-salib,

fih Alla ra l-mera t’Ibnu l-bniedem

fih il-Hallieq il-ghaxqa seta’ jsib.

 

Id-dinja kollha x’hin rat lil dan il-fqajjar,

Frangisk t’Assisi, sinjur l’ghex aghar mill-fqar,

sthajlitha tghix fi zmien l-ewwel appostli,

hasbitu Kristu li mill-gdid bniedem sar.

 

Rat w ghadha tara, id-dinja, f’dan Frangisku

xbieha perfetta ta’ Kristu inkarnat,

li hajtu kollha ghex skond il-Evangelju --

umli u fqajjar; biss hu bhal Gesù rat.

 

Wara li bata ta’ l-gholja s-sofferenzi

Frangisku ftahar?  Le, zgur li xejn minn dan,

anzi l-marki hu zamm sewwa mistura

bl-umiltà kollha, ghal aktar mrar xewqan.

 

Sentejn biss wara, hu sellem l-ahhar darba

lill-belt t’Assisi, li b’qalbu kollha habb;

mar biex jiltaqa’ ma’ ohtu l-mewt dahkana --

ruhu ttajret u gismu fis sar trab.

 

Kien dan f’Ottubru, ix-xahar minn tar-Ruzarju;

l-umli gie mkabbar, gie mgholli, ittrijunfat,

Alla ghollieh, fahhruh kemm kbar dutturi

gos-sema jdawwru ’l tal-Genna l-kbarat.

 

* * *

 

Iva Frangisku, x’sewa li qabel mewtek

inti ccekint u umli ghext fuq l-art

jekk hekk kif ruhek ittajret lejn is-sema

minn Alla l-Gholi, li habbek, int tkabbart?

 

Kabbruk ukoll uliedek f’din id-dinja,

nisgulek kliem li bhalu qatt ma deher,

bnewlek it-tempji, u kabbru l-kult tieghek;

il-karta sthat x’hin ismek fuqha xeghel!

 

Kbir Patrijarka, int xtaqt illi tmut martri

biss Gesù ried li tghix biex ismu tfahhar

imma jien nghidlek li ’l gew mill-bieb tal-Genna

oghla mill-martri meqjum, lill-gnus issahhar.

 

Ftit snin biss wara li l-art beghlet dak fdalek

kont ga maghruf fost l-akbar qaddisin --

qaddis mhux biss ta’ min ghex devot tieghek,

qaddis ukoll tal-kbar u tac-ckejknin.

 

F’hajtek m’ghamiltx hlief thobb lil Alla tieghek

u huwa wkoll lilek habbek bis-shih,

ghazlek ghalih minn fost uliedu kollha,

ried li kulhadd, fil-genna, jaghtik gieh.

 

Mill-Ordni tieghek le naqsu li johorgu

qaddisin kbar, papiet u isqfijiet,

martri w dutturi, kittieba w sacerdoti,

kemm nies terzjarji u anke sorijiet.

 

Kemm kont int umli, Frangisku, biex bqajt djaknu

ghax hsibt li sthaqqlek le tilhaq sacerdot?

Kemm kbira kienet qdusitek fuq did-dinja

biex kont tant umli w f’ghemilek, f’kliemek sod?

 

Tassew Frangisku li minna lkoll uliedek

jixraqlek int kull gieh, glorja w unur

int li fi Greccio ghamilt l-ewwel presepju

w ta’ l-akbar Ordni ’nt Missier u Fundatur.

 

O Missier tieghi, inhobbok b’qalbi kollha;

kif nista’ le, x’hin ismek jiena ndomm?

Kbir Patrijarka, Frangisku ta’ Assisi

b’qaddis ghaziz, mahbub, lilek inzomm.

 

O kbir qaddis, patrun, protettur tieghi,

zgur f’din il-hajja mhabba akbar m’hemmx

minn dik lejn ismek, Frangisku, qaddis tieghi,

ismek hu dawl li jiddi daqs ix-xemx.

 

O mahbub tieghi, x’ferh kbir jitnissel f’qalbi

x’hin ismek hlejju nlissen bla misthija,

bhal donni nhossok qed tghammar gol-qalb tieghi, 

qed tistennieni sakemm hemm fit-tgawdija...

 

...ngawdik ghal dejjem u nkompli ngholli ismek,

nistqarr lid-dinja l-imhabba tieghi lejk,

int issa sirt bhal parti minn din hajti,

go l-idejn tieghi, bhal donni nhoss idejk.

 

Kompli mis-sema Frangisku pprotegina

hares ’l uliedek habrieka fuq din l-art,

fis-sema fejn int tinsab fil-glorja

bil-grazzji tieghek lilna dejjem fawwat.

 

O san Frangisk, gawhra tiddi fis-sema,

habib tal-fqar, taz-zghar, tal-midinbin:

kompli wennisna, mexxina f’triq il-paci,

fi triq is-sewwa, ghal dejjem bik henjin.

 

Francesco Pio Attard

Victoria -Ghawdex, 19 ta' Ottubru 1999


Din il-Poezija inbghatet via email mill-awtur innifsu f'April 2003


Poezija

ta'

Francesco

Pio

Attard