il-pont - no 43 Assisi - Italja |
|
|
Jannar 2002 no 43
Assisi:
il-Belt Kapitali tal-Paci
Fi spazju ta’ tletin jum hawn f’Assisi ser ikunu ccelebrajna zewg zjarat kbar. Il-messagg taghhom huwa wiehed – dak tal-PACI.
Fil-25 ta’ Dicembru kellna fostna lil Emmanuel – il-Verb ta’ Alla, li ghal darb’ohra sar bniedem u ghammar fostna. Hawn f’Assisi il-Milied iccelebrajnieh bl-akbar solennita‘ imma fl-istess waqt bl-akbar semplicita‘ - dik tal-Fqajjar ta’ Assisi li kien iqis il-Milied bhala il-“Festa tal-festi”. Il-Messagg taz-zjara ta’ Gesu‘ jinsab migbur fl-ghanja li kantaw il-qtajja ta’ Angli : “PACI fl-art lil bnedmin ta’ rieda tajba”.
Iz-zjara ta’ Gesu` kienet zjara ta’ PACI. Gie jhabbeb il-bniedem ma’ Alla, il-bniedem mieghu nniffsu u ma’ hutu l-bnedmin …u mal-bqija tal-holqien. Il-PACI hija t-tema centrali tal-misteru ta’ Kristu. Fl-Iskrittura l-PACI (Shalom – Sliem) mhijiex semplicement tislima, imma hija program li ggib l-armonija, l-ordni, l-ftehim u l-ghaqda bejn is-sema u l-art kif mahsub fil-pjan ta’ Alla l-Hallieq.
Fl-24 ta’ Jannar hawn f’Assisi ser ikollna zjara ohra. Il-Papa gej mill-gdid f’Assisi ghall-irdoss tal-Qabar ta’ San Frangisk biex jitlob ghal PACI. “Stedint lir-rappresentanti tar-religjonijiet tad-dinja – qal il-Papa – biex jigu Assisi nhar l-24 ta’ Jannar li gej biex nitolbu flimkien ghal PACI.
Ghalfejn Assisi? Ghaliex ghand Frangisku? It-twegiba jaghtiha l-Papa stess “Ghazilt Assisi bhala post ghal din il-laqgha ta’ talb minhabba t-tifsir partikulari ta; dan l-Bniedem Qaddis – San Frangisk – maghruf u meqjum minn hafna madwar id-dinja bhala simbolu ta’ PACI, rikonciljazzjoni u fraternita`” San Frangisk kien il-Bniedem ta’ PACI. Assisi bis-sahha ta’ dan il-bnedem ta’ Alla saret maghrufa bhala il Belt Kapitali Dinjija tal-PACI.
Messagg ta’ Paci Il-Messagg ta’din iz-zjara bhal dik ta’ qabel huwa wiehed – dak tal-PACI. It-Talba minkejja li ser issir b’ghadd ta’ ilsna hija talba wahda. Ser tkun bla dubbju talba kollettiva merfugha ‘l fuq lejn Dak li minnu tibda u lejh terga` twassal il-PACI. Il-PACI li mhix semplicement waqfien mill-gwerra u lanqas is-skiet mill-hsejjes ta’ l-armamenti qerrieda. Il-PACI hija frott ta’ l-ordni mibni minn Alla nniffsu, Hija l-PACI li titlob sforz kontinwu biex issehh il-gustizzja fid-dinja. Il-PACI vera hija l-“hidma tal-gustizzja (Is 32,17).
Thejjijiet Specjali It-thejjija ghal din il-laqgha specjali ilhom sejrin minn dak in-nhar li thabbar il-Jum ta’ Talb. Bhala thejjija ghal din il-laqgha nzamm diga` jum ta’ talb u sawm nhar l-14 ta’ Dicembru. F’dawn l-ahhar gimghat fis-Sacro Convento kellna diversi zjarat u laqghat mill-Prefettura della Casa Pontificia u mill-kummissjonijiet partikulari f’oqsma diversi. Fil-Pjazza tal-Basilika inferjuri,quddiem il-Kunvent taghna qed tinbena tinda enormi, biex tilqa fiha il-partecipanti u mistiednin. Il-lista ta’ dawk li ser jiehdu sehem barra l-patri kattolika tinkludi dawk mill-knejjes Ortodossi, il-knejjes antiki ta’ l-Orjient; il-knejjes u il-komunitajiet ekklesjali nsara tal-Punent; rappresentanti mill-Ebrajizmu, Buddizmu, Xintojizmu, Islam, Gjansenizmu, Sikhizmu, Induwizmu, Zoroastrijanizmu u r-Religjonijiet Tradizjonali Afrikani. Il-lista tinkludi ghadd ta’ kardinali u isqfijiet, Awtoritajiet civili, dinjitarji u ghadd ta’ mistiedna ohra. Il-Komunita’ taghna tas-Sacro Convento ghall-okkazjoni hadet hsieb thejji web-site www.sanfrancescoassisi.org.
Il-programm Fit-8.30am Gwanni Pawlu II flimkien mar-rappresentanti kollha jitilqghu bit-tren mill-Istazzjon tal-Ferrovia tal-Vatikan. Ghall-10.00am wara d-diskorsi ta’ merhba d-delegati kollha jaslu hawn quddiem il-Basilika ta’ San Frangisk. Fil-11.00am tibda l-ewwel parti tal-laqgha taht it-tinda u mbaghad f’nofs in-nhar jsir talb fil-gruppi. Dan it-talb ser isir fid-diversi swali tas-Sacro Convento. Il-Papa ser jmexxi t-talb ta’ l-insara fil-Basilika Inferjuri ta’ San Frangisk. Fis-1.30pm ser jkun hemm agape fraterna fir-refettorju tas-Sacro Convento. Ikun hemm waqfa qasira. Matul din il-waqfa l-Papa ghandu jiltaqa‘ mal-komunita‘ taghna tal-patrijiet. Fit-3.30pm issir it-Tieni parti tal-Laqgha taht it-tinda. Kif tintemm il-laqgha il-Papa ser izur privatament lis-Sorijiet klawstrali ta’ Santa Klara u fil-5.45pm jerga‘ jitlaq bit-tren ghal-Vatican.
It-talba taghna It-talba u x-xewqa taghna l-patrijiet hija biex dawk kollha li gejjin Assisi minn kull poplu, razza, lewn, ilsien u kredu igibu maghhom hafna “rieda tajba” biex issehh tassew il-PACI fost il-bnedmin ta’ rieda tajba kif habbru l-Angli. Jalla ikunu fost l-Imberkin, tal-Vangelu: “Imberkin dawk li jgibu l-PACI”. Jalla wkoll dawk li gejjin hawn f’Assisi nhar l-24 ta’ Jannar ikun tassew Strumenti tal-PACI kif talab u xtaq San Frangisk.
Fl-ahharnett, jalla din il-Laqgha ta’ Talb ghal PACI ma tkunx sempliciment pagna ohra fil-ktieb ta’ l-istorja u daqshekk, Ix-xewqa taghna hija li din iz-Zjara tal-Papa f’Assisi tbiddel ir-rotta ta’ l-istorja u tkisser il-hitan tal-mibgheda, firda, glied, gwerrer, terrorismu, tensjoni, biza‘… u kull forma ta’ hazen u tiftah il-bieb ghall-Imhabba, l-Gustizzja u l-PACI DEJJIEMA.
Fr Thomas
Wasalt Assisi bid-Daqq tal-Qniepen Kien it-Tlieta 23 ta’ Ottubru fl-erba’ u nofs ta’ wara nofs in-nhar x’hin wasalt Assisi. Kif kont diehel mill-bieb tas-Sacro Convento ma’ Patri Giuseppe Di Stefano li gie Ruma ghalija bil-van bdew id-doqqu il-Qniepen mill-Kampnar tal-Basilika Cert li ma daqqewx ghalija imma hadt gost nisma id-daqq tal-qniepen. Sthajjilthom bhalikieku qed jaghtini “merhba” f’isem ic-cittadini ta’ Assisi f’din il-Belt Qaddisa u Mbierka bil-prezenza ta’ San Frangislk. Merhba bil-merhba li tawni il-qniepen.
Ghad-dell tal-kampnar Malli wasalt sibt li Padre Vincenzo Coli, l-Kustodju tal-Kunvent jaghtini merhba. Tlajt fuq u tawni l-kamra faccata ta’ dik tal-Kustodju. Fiha kamra indaqsha b’kamra ckejka tal-banju maghha. Kif ittawwalt mit-tieqa nbaht li l-kamra li ghandi hija ghad-dell tal-kampnar tal-Basilka. Meta taraw stampa tal-Basilka ta’ Assisi bil-kampnar imponenti taghha tistghu tifhmu fejn hi il-kamra tieghi - ezatt tahtu. Nismghahom sew idoqqu l-qniepen fl-erba u nofs ta’ wara nofs in-nhar.
Inhossni “at home” Ma hadtx wisq zmien biex ftaht il-kaxxi li gibt mieghi u poggejt kollox f’postu. Gabuli armarju zghir biex inkompli npoggi l-hwejjeg bl-ordni posthom. Wara jumejn kont qed inhossni diga` “at home”.
Komunita' mhallta Il-komunita` tas-Sacro Convento hija kbira fin-numru u mhallta mhux hazin. Qeghdin xi erba` tuzzani bejn sacerdoti u fratelli. Cert l-akbar numru huwa dak tal-patrijiet taljani li huma gejjin minn diversi provincji ta’ l-Italja. Imbaghad hawn patrijiet gejjin mill-Ewropa: Germanja, Polonja, Spagna, Romania, Bulgaria; ohrajn mill-Amerika u l-Brazil; mill-Asja ghandna mill-Gappun, Korea, Indonesia u l-Filippini. Ma’ dawn kollha qeghdin tlett Maltin - P. Baskal, P. Massimiljan u jien. Jghixu maghna hawn madwar ghoxrin zaghzugh li qed jithejjew biex jibdew in-novizzjat. Hawn xi ohrajn lajci li qed jaghmlu xoghol volantarju. Hawn wkoll komunita` ta’ hames sorijiet li jiehdu hsieb it-tidif tal-hwejjeg taghna. Hawn xi hames nisa li jiehdu hsieb it-tisjir. Dawn ma jghixux fil-kunvent. Ghandna xi impjegati biex jaghmlu xoghol fil-baslika bhala gwardjani, fil-book-shop ghandna handyman u ohrajn ghat-tindif. Niltaqghu mhux hazin. Barra dawn ghadd ta’ patrijiet u nies ohra li kontinwament gejjin u sejrin.
Hinjiet tal-komunita’ Fis-Sacro Convento ma jdoqqux qniepen la biex inqumu u lanqas ghall-atti komunitarji. Kulhadd jahseb biex joghqod attent ghal hin hu. L-ewwel darba li niltaqghu matul li jum huwa fis-6.30 ta’ filghodu hdejn il-Qabar ta’ San Frangisk biex nghidu l-Ufficcju tal-Qari u l-Lawdi. Dritt wara niccelebraw il-Quddiesa Konventwali dejjem fuq il-Qabar ta’ San Frangisk. Filghaxija imbaghad nergghu nigu lkoll flimkien fis-7.15 biex nghidu l-Ghasar u jkollna il-meditazzjoni. Nhar ta’ Erbgha jkollna l-Lectio Divina. Il-Breakfast ikun bejn is-7.30 u t-8.30 ta’ filghodu, kulhadd imur x’hin ikun lest mill-quddies jew impennji li jkollu. Fis-siegha nieqas kwart niltaqghu lkoll ghal pranzu u fit-tmienja ta’ filghaxija jkollna ic-cena. Min matul il-gurnata jkun irid xi ftit kafe, drink jew xi snack ghanda kamra tal-kafe fornuta, wiehed jista` jmur hemm.
Ix-xoghol tieghi Jien gajt hawn biex inkun nista naghti servizz lil pellegrini ta’ l-ilsien ingliz: quddies, qrar u gwida tal-Basilika. Bhalissa mhux il-peak season tat-turisti u pellegrini ftit li xejn hawn. Madanakollu qieghed fl-orarju tal-Qrar kemm fost il-gimgha u kemm is-Sibt u l-Hadd. Nghaddi hafna mill-hin fil-konfessjunarju. Aktar mhu qed jghaddi z-zmien aktar qed niskopri kemm huwa sabih dan il-ministeru. Huwa mod qawwi ta’ kif twassal l-Imhabba u l-Mahfra ta’ Alla b’mod personali u dirett. Jien dejjem kont imsejjah biex jippriedka lil massa. F’dan is-Sagrament qed nintebah li l-Mulej iridni nwassal il-Kelma tieghU b’mod individwali. Aktar mhu qed nipprova nwassal l-Imhabba ta’ Alla lil ohrajn aktar qed inhoss lil Alla qrib tieghi u aktar qed inhossni seren u kalm. Meta jkun hemm xi hadd li jixtieq iqerr bl-ingliz icempluli fil-kamra u ninzel inqarru.
Gwida tal-Bazilka Parti mix-xoghol tieghi huwa li naghti merhba lill-pellegrini ta’ lingwa ingliza u naghtihom taghrif dwar il-Bazilika, l-Kunvent u x-xogholijiet artistici li ghandna. Cert biex nista’ naghmel dawn l-ispjegazzjonijiet irid inhejji ruhi. Ghaldaqstant minndu wasalt ma waqaft naqra kotba u nistudja dwar il-Basilika meta nbiet u meta saru l-affreski u minn ghamilthom. Qed niehu gost nistudja dawn l-affarijiet. Cert huwa aktar interessanti nistudja dawn l-affarijiet milli nistudja t-Tork.
Ghadd ta’ zjarat Ma nafx infisser kemm niehu gost meta jigu xi hadd izurni. L-ewwel zjara li kelli kienet dik ta’ Fr Joe Cilia, li kien fi triqtu lura lejn l-Indja u gie jarani. Gew jarawni zewg familji. Il-Familja Viviani minn Siena li gew ghallarrieda proprju biex jaghtuni sorpriza. Niehu gost b’dawn it-tip ta’ sorprizi. Giet ukoll il-Familja Coletto minn Anzio.Gie jzurni s-sur Anthony Attard is-Sindku tax-Xaghra Ghawdex. Gew zewg persuni li hdimna flimkien b’risq l-immigrati u r-refugjati minn Istanbul. Gie Fr Eilers missjunarju Germaniz li hdimna flimkien fil-Filippini. Maltin gew Fr. Jesmond Micallef, Kappuccin, Id-deputat Paralamentari Jason Azzopardi u l-mara tieghu, Manwel Schembri bil-familja, Joe Quattromani bil-mara u t-tifla. Il-Mulej minn zmien ghal zmien jibghatli dawn “l-angli”. Jalla jibghatli aktar minn dawn “l-Angli”.
Li johrog il-kunvent Jien dejjem kont u ghadni tal-fehma li fil-Genna t-Taljani ser jkunu fost dawk li jhejju l-ikel. Mhu ser nghid l-ebda skoperta gdid il-kcina taljan hija bla dubbju fost l-ahjar fid-dinja. U l-kcina taghna fis-Sacro Convento mhux l-eccezzjoni. L-ikel “li johrog il-kunvent” hawn huwa ikel tajjeb tassew. Huwa differenti hafna minn dak Indjan, Filippin jew Tork. L-ikel taljan huwa taljan. Il-problema tieghi hija li mhux kull ikel tajjeb huwa tajjeb ghalija. Ghalhekk irid noqghod attent. Irid inzomm il-breakijiet u nara li npoggi inqas affarijiet fil-platt. L-ghorrief jghidu li il-qies huwa mportanti f’kull haga... u cert li huwa mehtieg f’ikel ukoll.
Festi sbieh Il-Festi tal-Milied marru tajjeb hafna. Kellna liturgija preparata u partecipata tajjeb hafna - tassew kif inhobbhom jien. Gie hafna nies minn diversi partijiet ta’ l-Italja. It-temp kien xitwi u kiesah. Xi drabi b’hafna rih ukoll. Ghal naqra ma kellix ix-xorti li jkolli “White Christmas”. Jumejn wara l-Milied Assisi kienet miksija bis-snow. Tridu taraw kemm kienet sabiha!
Presepju il-Presepju fil-bazilka ta’ San Frangisk ma setghax jonqos. Anzi ghal wiehed kellna tlieta. Wiehed fil-bazilika ta’ fuq, iehor f’dik ta’ Isfel u iehor artistiku barra fil-pjazza quddiem il-bazilika ta’ fuq. Fil-Kripta ezatt taht il-qabar ta’ san Frangisk kienet ftit tiben u Bambin mindud. Kien semplici imma sabih.
Bidu tas-sena 2002 Fit-tmiem is-sena saru laqghat ghal koppji zghazagh u mizzewgin friski. Kien hawn madwar xi 500. U fl-ahhar tas-Sena ghaddew l-ahhar sieghat fil-bazilika jitolbu flimkien. Kien hawn atmosfera tassew ta’ gabra u talb. F’nofs il-lejl, ezatt kif qalbet is-Sena l-Gdida harget il-Quddiesa. Jien ikkoncelebrajt ukoll. Bdejt is-Sena 2002 bis-smiegh tal-Kelma ta’ Alla u bic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. F’dak il-mument ma setghax jonqos tlabt ghall-gheziez kollha tieghi - fosthom intom ghalikom wkoll. Hassejt li ma stajtx nibda s-Sena l-Gdida ahjar mill-bdejtha. |
|
Il-PACI hija t-tema centrali tal-misteru ta’ Kristu. Fl-Iskrittura l-PACI (Shalom – Sliem) mhijiex semplicement tislima, imma hija program li ggib l-armonija, l-ordni, l-ftehim u l-ghaqda bejn is-sema u l-art kif mahsub fil-pjan ta’ Alla l-Hallieq.
Fl-24 ta’ Jannar hawn f’Assisi ser ikollna zjara ohra. Il-Papa gej mill-gdid f’Assisi ghall-irdoss tal-Qabar ta’ San Frangisk biex jitlob ghal PACI.
l-istedina tal-Papa:
“Stedint lir-rappresentanti tar-religjonijiet tad-dinja biex jigu Assisi nhar l-24 ta’ Jannar li gej biex nitolbu flimkien ghal PACI."
|