il-pont - no 42 Assisi - Italja |
|
|
Milied 2001 no 42 Milied b’differenza
Il-Milied tas-sena li ghaddiet kien Milied specjali. Kellu jkun esperjenza ta’ Milied Tork. Infatti f’il-pont li hejjejt ghal Milied is-sena l-ohra kont esprimejt li kont qed nistenna bil-herqa biex nara kif kien ser ikun dak il-Milied bil-Bambin Tork. Izda l-Bambin Tork bqajt ma rajtux. U lanqas tal-Milied Tork ma kelli l-esperjenza. Ftit gimghat qabel il-Milied, kont inzilt Malta ghax kienet ghalqitli l-visa. Proprju lejliet li kelli l-flight lesta biex nirritorna t-Turkija nircievi telefonata li kienu tajru lid-Daddy waqt li kien qed jaqsam it-triq quddiem il-Polyclinic ta’ Rahal Gdid. Kelli nhassar il-vjagg u kelli nibqa Malta ndur bid-Daddy fl-isptar. Il-Quddiesa f’nhar il-Milied ccelebrajta fis-sala fejn kien hemm id-Daddy fl-Isptar San Luqa.
Kien Milied specjali li dwaru kont ktibt fuq il-pont ta’ Jannar ta’ din is-sena. Hekku dak li ktibt:
‘Mill-Milied Tork ma doqt xejn. Il-Milied u l-Ewwel tas-Sena qattajthom qrib is-sodda tad-Daddy fl-isptar. Kienu Milied u Bidu tas-Sena b’differenza u specjali. Mhux tant ghax kont qrib nies li kienu qed jifirhu daqskemm ghax kont qrib nies li kienu qed ibaghtu. Il-Quddies li ccelebrajt fis-sala ta’ l-isptar specjalment dak in-nhar tal-Milied hassejt lil Alla eqreb mis-soltu. Alla li sar Bniedem bhalna kien tassew qrib ta’ dawk li jsofru. Gesu‘ Bambin li twieled ghalina proprju kien hemm fostna biex jitghabba bil-mard ta’ l-gheziez tieghU. Kienet celebrazzjoni specjali! F’dak il-mument sthajjiltu qed nholoq Presepju uniku. Presepju fejn Gesu‘ ma kienx imdawwar bir-rghajja jew bil-magi bhas-soltu. Izda kien imdawwar bil-morda, li bil-kemm kienu jifilhu jicaqalqu u bl-infermiera li jiehdu hsiebhom. Ma kellhomx hrief, lanqas deheb jew incens x’joffru. Il-pazjenti kellhom il-mirra tal-mard u l-ugigh taghhom x’joffru u l-infermiera min-naha taghhom offrew s-servizz, d-dedikazzjoni u l-kura taghhom. Kien l-aktar presepju haj u b’tifsira li qatt rajt u li ghext! Kien prespju li ma kienx ghal wiri bhal ghadd ta’ ohrajn. Ma rebah l-ebda premju. Hadd ma nduna bih. Imma Gesu‘ kien tassew presenti, mhux tax-xemgha jew tal-gibs, imma veru u haj. ‘
Dan ser ikun l-ewwel Milied tieghi f’Assisi - f’din il-Belt tal-Paci. Nixtieq li jkun Milied fejn mhux jien biss imma ikoll inhossu lil Alla eqreb mis-soltu. Id-dinja li qed nghixu fiha hija marida. Il-gwerer, il-glied, il-vjolenza, t-terrorizmu, l-mibgheda qed imarrdu d-dinja. Id-Dinja ghandha bzonn tal-fejqan. Ghandha bzonn tal-PACI li gieb Kristu bit-twelid tieghu. It-Talba tieghi f’dan il-Milied hija li ssaltan il-Paci ta’ Gesu` Bambin u li kantaw l-Angli fil-Qlub tal-Bnedmin kollha mhux biss ta’ rieda tajba, imma wkoll fil-qalb tal-bnedmin li ghadhom ghomja u fid-dlam ta’ l-injornanza taghna. Jalla il-Dawl ta’ Gesu` jiddi f’qalb dawn il-bnedmin. Deheb, incens u mirra m’ghandniex. Noffru l-ftit li ghandna u nippruvaw bhal San Frangisk ta’ Assisi ikunu Strumenti tal-Paci ta’ Kristu. Nippruvaw nibdew ahna u fejn hemm id-dlam inkebbsu d-Dawl, fejn hemm il-mibgheda nheggu l-Imhabba, fejn hemm in-niket inxerrdu l-Ferh.
Dan il-Millied ukoll jista` jkun MILIED B’DIFFERENZA U SPECJALI bhalma kien dak tas-sena li ghaddiet. Nixtieq li l-Milied tieghek ukoll ikun Milied b’differenza u thoss lil Alla eqreb mis-soltu.
Fr Thomas L-Milied ta' San Frangisk Greccio - 1223
Il-Milied kienet festa tassew ghal qalb Frangisku. Fil-fatt kien isejhilha ‘il-Festa tal-festi’ Kien ihobb jiccelebra kif Alla sar bniedem u twieled bhala tarbija. L-istorja tal-Milied kienet igib d-dmugh f’ghajnejn il-Qaddis u fl-istess waqt il-ferh fil-qalbu.
Fis-sena 1223 meta Frangisku zar il-Papa Onorju III, f’mohhu kellu jhamem kif setgha jiccelebra l-Milied flimkien ma hutu l-patrijiet b’mod differenti mis-soltu . Kif kien ghand il-Papa, l-Fqajjar ta’ Assisi talab il-permess biex ikun jista` c-Celebra l-Quddiesa tal-Milied f’xena li tixbah lil dik ta’ Betlem, bil-maxtura u bil-baqra u l-hmara. Il-Papa tbissem u halla lil Frangisk jwettaq dak li Alla kien pogga f’qalbu.
Bhal telf ta’ zmien Frangisk qabbad habib u xi patrijiet biex ihejju kollox f’wiehed mill-gherien ta’ Greccio. Kollox kien imhejji: il-maxtura, t-tiben, il-baqra u l-hmara. In-nies ta’ l-inhawi kienu mistiedna biex dak il-Milied 1223 jiccelebrawh ma’ Frangisku ta’ Assisi u mal Patrijiet tieghu.
Ftit qabel nofs il-lejl in-nies ta’ madawra gew bit-torci mixghula f’idejhom u nohqu kull rokra ta’ dak l-ghar. Il-Partijiet hadu hsieb il-kant. Xi sar il-hin bdiet il-Quddiesa fuq il-maxtura li kienet isservi bhala l-altar. San Frangisk li kien djaknu qara l-Vangelu u dritt wara ghamel kelmtejn ta’ l-okkazjoni fuq l-Imhabba ta’ Alla li dehret fost il-Bnedmin. Kull darba li kien isemmi l-isem tal-Bambin Gesu Frangisku kien jilaq xofftejh biex itieghem it-tjubija ta’ Gesu. Hafna min-nies li hadu sehem taw xhieda li raw tassew lil Gesu’ jitbissem f’dirghajn Frangisku. Meta intemmet ic-celebrazzjoni kulhadd ingabar lejn darhu jfahhar lil Alla ghal ghal dik l-esperjenza unika.
Minn dak in-nhar tal-Milied memorabbli ta’ Greccio l-presepju sar parti mit-tradizzjoni u mic-celebrazzjoni taghna l-Frangiksani. Maz-zmien din it-tradizzjoni infirxet u l-presepju li beda San Frangisk dahal f’kull Knisja u f’hafna djar mad-dinja kollha.
|
|
![]() San Frangisk u l-ewwel presepju fi Greccio 1223I
Jalla il-Dawl ta’ Gesu` jiddi f’qalb dawn il-bnedmin.
Deheb, incens u mirra m’ghandniex.
Noffru l-ftit li ghandna u nippruvaw bhal San Frangisk ta’ Assisi ikunu Strumenti tal-Paci ta’ Kristu.
Nippruvaw nibdew ahna fejn hemm il-mibgheda nheggu l-Imhabba,
fejn hemm in-niket inxerrdu l-Ferh.
fejn hemm id-dlam inkebbsu d-Dawl,
|