il-pont -  no 44                              Assisi  - Italja

 

Frar   2002   no 44

◄◄|werrej|►►

24 ta’ Jannar, 2002

 

Ohtna x-Xemx - biex nuza l-lingwagg tal-Fqajjar ta’ Assisi - tat wisa` lil hutha l-ohra, li kollha ftit jew wisq hargu biex jaghtu merhba lill-Papa u lid-delegati li gew mieghu hawn f’Assisi. Malli qomt u xrift barra kien ghadu d-dlam. Huna l-Qamar u l-Ahwa l-Kwiekeb kienu jilghabu noli wara s-shab skur li kien qed jiksi il-Belt rieqda ta’ Assisi.  Malli sebah kien ghad hemm shaba sewda fuq il-belt kollha. Ghat habta tat-tmienja Ohtna x-Xita raxxet ftit u marret tistahba ghal xi ftit.  Kien pront wasal Huna ir-Rih, li kien l-attur ewwlieni li seraq l-attenzjoni tal-gurnata u tal-Papa stess.

 

Ma kellix hsieb nibda b’dawn ir-riflessjonijiet b’rapport tat-temp.  Izda ma stajtx nibqa` sieket u ma nssemmix lil Huna ir-Rih. Darbtejn waqt id-diskors tieghu l-Papa waqaf u semma` r-rih li kien qed ivenven u jonfoh fuq it-tinda fejn kienet qed tinzamm il-Laqgha ta’ Talb. Huna ir-Rih “jonfoh fejn irid, la taf min fejn hu gej u lanqas fejn sejjer”.  Kien ir-Rih ta’ l-Ispirtu - kif sejjahlu Gwann Pawlu II - li kien qed jonfoh fuq Assisi.  Sthajjiltu r-rih ta’ Pentekoste Gdid, li mela lill-kapijiet tar-religjonijiet “bil-qawwa minn fuq” biex johorgu jhabbru ma l-erba t’irjieh tad-dinja - kif ghamlu l-appostli fil-bidu tal-Knisja.  Din id-darba l-ghajta li tirbombja kienet dik tas-Successur ta’ Pietru:

 

“Qatt aktar vjolenza! Qatt aktar gwerra!

Qatt aktar terrorizmu!

Fl-Isem ta’ Alla kull religjon

twassal fuq l-art kollha Gustizja u Paci,

Mahfra u Hajja, Imhabba!”

 

F’dan il-pont ser naqsam maghkom diversi mumenti u emozzjonijiet ta’ dan il-Jum Specjali. Qabel xejn, izda, nixtieq naqsam maghkom riflessjoni li ghamilt u qsamt ma xi patrijiet fi tmiem il-gurnata.  Jekk il-Papa ghazel il-belt ta’ Assisi u sejjah lir-rappresentanti tar-religjonijiet kollha tad-dinja biex jigu hawn f’riglejn San Frangisk biex jitlobu ghal Paci, kemm huwa kbir id-dmir taghna, li nghixu hawn f’din il-Belt li nitlobu kuljum ghal Paci fid-dinja. Iva, din z-zjara tal-Papa nhossha ghabbietni bir-responsabilta`, li minn hawn Assisi nitlob f’isem il-popli kollha tad-dinja biex titwettaq it-talba tal-Papa u ssehh il-Paci fost il-bnedmin fuq l-art kollha.  F’wahda mis-songs li konna inkantaw fil-Filippini konna nghidu: “Let there be Peace on earth, and let it begin with me...”  Il-Paci trid tibda minni u minnek u minnha flimkien.

 

Insellem lil kull wiehed u wahda bit-tislima ta’ San Frangisk: “il-Mulej jaghtik is-Sliem”.  Sahha, Barka, talb u ghozza,

Fr Thomas

 

“Tren tal-Paci”

Dak inhar qomt aktar kmieni mis-soltu. Qabel thalt fil-Bazilka ghat-talb mort tajt titwila sat-tinda fejn kellha ssir il-Laqgha ta’ Talb.  Kollox kien imhejji f’postu. Mort hdejn il-putruna fejn kien ser joqghod il-Papa u ghamilt talba biex Alla jbierek din il-laqgha halla thalli l-frott mixtieq u ssehh tassew il-Paci.  Mort ghat-talb u l-Quddiesa Konventwali fuq il-qabar ta’ San Frangisk. Fuq il-karta suppost kelli mmexxi l-Quddiesa jien.  Imma ghedt lil General, li gie ghall-okkazjoni, biex imexxi hu - bix-xierqa le? Gara li nqala` Kardinal u spicca biex mexxa l-Quddiesa hu.  Wara l-Quddiesa hadt bela` kafe u xi haga bil-hatfa u mort nigri quddiem it-television biex nara t-tluq tal-Papa bit-tren mill-istazzjon tal-ferrovia tal-Vatikan. Kienu t-tmienja u nofs. Sakemm Huna r-Rih kien qed jakkompanja t-“Tren tal-Paci” lejn Assisi hsibt biex immur insib post taht it-Tinda.  In-nies kienet ga bdiet tingabar u timla l-postijiet.  Mort ma Padre Vittorio. Lanqas kelli sabar noqghod bilqieghda nistenna.  Sellimt lil patri Vittorio u ergajt lura fil-kunvent. Bdejt indur kif jaghmel farfett minn naha ghall-ohra tas-Sacro Convento.  Mort nara r-Refettorju. L-imwejjed kienu kollha aramati, nkluza dik fejn kellu joqghod il-Papa. Inzilt fil-parti antika tal-kunvent, imsejha ta’ Fra Elia, u zort is-swali kollha ta’ l-Istituto Teologico fejn kellhom jitlobu d-diversi religjonijiet.  Ghaddejt mill-bieb ta’ wara biex mort fil-Bazilka nferjuri fejn il-Papa kellu jmexxi t-Talb ta’ l-Insara. Hadd mill-Gwardji ma waqqafni.  Kont at home! Anzi l-Gwardji kull darba bdew isellmuli. Bic-cwievet li kelli stajt nidhol kullimkien. Kullimkien kollox imhejji sewwa.

 

Wasla tal-Papa

Kienu qed joqorbu l-ghaxra u nofs. Tlaqt biex nerga` nintasab quddiem it-TV biex insegwi l-wasla tat-tren bil-Papa fl-Istazzjon ta’ Assisi.  Fis-sala tat-Television kien hemm ghadd ta’ Patrijiet, li ppreferew isegwu dak li kien qed jigri fuq it-TV.  Kif intemmet ic-cerimonja tal-wasla fl-Istazzjoni mort nigri fuq il-Porticato minnfejn iggib tahtek il-pjanura ta’ Assisi.  Minn hemm stajt nara s-serbut ta’ karrozzi li bdew iwasslu d-deligati sal-Bazilka.  Fost dawn stajt nara il-Popemobile eskortata bil-muturi tal-pulizija.  Jien u Florentino - patri Indonesjan bdejna nxejru kemm kellna sahha lejn il-Papa.  Ma nafx kemm rana mill-boghod! 

Minn hemm tlaqt b’girja lejn it-terrazza fuq il-faccata tal-Kunvent.  Wara ftit minuti stajt nara mill-vicin il-wasla tal-Papa. Ergajt xejjirt u din id-darba l-Papa rani u xejjer lura.  Rajtu nizel minn karrozza u diehel fit-Tinda mir-rampa li thejjiet fuq in-naha ta’ wara.  Qabel beda ir-rampa l-Papa rega` hares ‘l fuq fejn kont jien u xi patrijiet ohra u xejrilna.  Konna xi zewg metri ‘l boghod.

 

Taht it-Tinda 

Sakemm il-Papa beda jilqa’ r-rappresentanti kollha ergajt mort quddiem it-television, din id-darba fil-Kamra ta’ Padre Nicola, li huwa marid.  Kien hemm xi  patrijiet ohra fil-kamra tieghu.  Ma domtx wisq ghax kif kienu ser jibdew id-diskorsi mort taht it-Tinda biex insewgu x’kien qed jinghad.  Ma stajtx insib post ahjar!  Kont magenb l-isqfijiet xi tlett metri biss ‘l boghod minn fejn kien hemm l-istand li minn fuqu bdew jaqraw il-messaggi.Jarda ‘l boghod minni kien hemm Chiara Lubich. Sewgejt id-diskorsi kollha, inkluz dak tal-Papa. Hadt  xi noti tal-punti principali minhabba li ridt inkun ppreparata ghall-kummenti li ridt naghmel fuq l-RTK.

 

Qiesni mekkuk 

Kieku kien hemm camera tat-television fuqi kontu tghidu li kont qiesni mignun nigri minn naha ghall-ohra - u kien ikollkom ragun! Kif spicca d-diskors tal-Papa hrigt minn taht it-Tinda u mort fuq in-naha ta’ wara.  Minn hawn stajt nara ghall-darb’ohra l-Papa mill-qrib   hiereg mit-Tinda u diehel fil-Bazilka Nferjuri ta’ San Frangisk ghat-Talb.  Rajt ukoll lid-diversi rappresentanti hergin mit-tinda u dehlin fil-kunvent biex imorru jitlobu skond il-grupp taghhom. Minn hawn hawn ergajt b’girja wahda mort biex nidhol mill-bieb ta’ wara biex nidhol fil-Bazilka halli nsegwi it-talb ta’ l-insara.Kont in-naha tas-sargistija, ezatt wara fejn kien qed ikanta l-kor.  Kien hemm diversi patrijiet ohra.  Hdejja kelli lil P. Raniero Cantalamessa, sellimltlu u fakkartu meta ilqajtna Malta u Brighton.  Wara ftit gie magebni Patri Maximiljan Mizzi u fuq in-naha l-ohra kien hemm Patri Baskal Magro wkoll.

 

Intervista fuq l-RTK

Ma stajt nibqa sa l-ahhar ghat-talba ghax kien sar il-hin biex icempluli ta’ RTK minn Malta. Mort fil-kamra tieghi  nistennihom iccemplu.  Donni kont bil-qampiena, lanqas ilhaqt dhalt mil-bieb li ma daqqx it-telefon.  Kien Fr Nikol Cachia li kien qed imexxi programm live fuq l-RTK. Wegibt ghad-domandi u tajt il-kummenti tieghi.  Dritt wara ergghu cemplu biex naghti kumment iehor ghal xi programm li kellu jinstema` l-ghada. Mir-radju tal-Knisja kienu diga` talbuni naghti il-kummenti tieghi fuq l-ahbarijiet tat-tmienja ta’ filghodu.  Il-gurnata ta’ qabel talbuni naghti diversi intervisti, fosthom dawk tal-BBC, Routeur u TV Cario

 

Programm miexi tard

Il-Programm li thejjija kien miexi b’kwazi siegha u nofs tard minhabba li l-wasla kienet ftit tard imma l-aktar minhabba li l-ewwel parti tal-Laqgha u d-diskorsi hadu fit-tul aktar milli kien mistenni.  

 

Agape fraterna

Kif spicca t-talb fi gruppi wasal il-hin ghall-agape fraterna offerta mis-Sacro Convento.  Is-sorijiet u in-nisa tal-kcina kellhom bicca xoghol biex izommu l-ikel shun.  Wara t-telefonati li kelli mill-kamra nzilt isfel hdejn d-dahla tal-kamra ta’ l-ikel. Rajt il-mistednin kollha dehlin u qaghadt nistenna lil Papa diehel.   Kont ma’ Patri Max Mizzi. Dak il-hin wiehed minn dawk tas-sigurta’ beda jzommna lura, imma  xorta rajtu ghaddej ftit passi ‘l boghod.  Wara dan dhalt fir-Refettorju jiena wkoll mill-bieb z-zghir tal-genb.  

 

L-isbah mument

Hawn ghalija kien l-isbah mument tal-Gurnata.  Il-mistednin kollha, madwar 280 kienu kollha f’posthom skond in-numru li kellhom fuq il-biljett.  Il-Papa kien fuq mejda specjali ma’ ghaxra mill-mistednin.  Hassejtni fis-seba’ sema.  Qatt ma sibt ruhi qalb nies daqshekk importanti f’daqqa!  Irnexxili nsellem u nkellem tista` tghid lil kollha kemm huma. Fil-bidu bdejt naghmilha ta’ nterpretu minhabba li ghadd tal-mistednin ma kienux jafu jitkellmu hlief bl-ingliz.  Imbaghad bdejt nigbor il-platti uzati fost dawn il-platt tal-Papa. Lanqas kelli mohh niekol! Wara bdejt semplicement  indur biex insellem lil mistednin.  Kellimt lil Patrijarka Ekumeniku QT Bartilmew I - dan kont mort ghandu jumejn qabel tlaqt mit-Turkija. Sellimt lil Kardinal Arinze, u fakkartu meta ltqajt mieghu Malta.  Sellimt lil Silvio Berlusconi.  Dawn it-tlieta kienu fuq l-istess majda mal-Papa.  Kellimt ghadd ta’ Kardinali fosthom: Martini, Tomko, Ruini, Cassidy, Murphy O’Connor, u Ratzinger u ghadd ta’ mistedin ohra fosthom, Chiara Lubich, Kiko Arguello, Frere Denis tal-Komunita` ta’ Taize u Suor Nirmala, li lahqet minflok Madre Teresa bhala Madre Generali tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karita` u hafna ohrajn. 

 

il-Menu

NIsthajjel tigikom il-kurzita` biex tkunu tafu f’kien hemm fuq il-menu.  I-ikel kien indikat mill-Vatikan stess biex ikun semplici. Diversi minn dawk presenti kienu vegitarjani, ohrajn ma jieklux laham tal-majjal u ohrajn ma jixorbux xorb akoholiku.  Allura l-menu kien imhejji biex kemm jista`jkun jissodisfa lil kulhadd.  Bdejna bl’antipasto li kien jikkonsisiti xi zebbug, qaqocc u affarijiet sotto olio u  hobz forma ta’ triangle bil-paste fuqhom. il-primo kien pasta al uovo, u l-main course minflok laham kien hemm omlette bil-mushrooms b’contorni ta’ haxix varju. Ma setghax jonqos il-helu u l-frott. Hafna mill-helu kien ippreparat minn diversi kunventi tas-sorijiet ta’ Assisi.  Bhala xorb fuq l-imwejjed kien hemm l-ilma, coke u orange. Inbid kien hemm ghal dawk li xtaqu. Kien hemm il-kafe wkoll. 

 

Il-bacio mano ma sarx

Il-Papa hareg mis-sala ta’ l-ikel qabel il-waqt biex imur jistrieh ftit.  Malli hareg il-Papa l-mistednin bdew hergin wkoll allavolja kien ghadu ma tqassamx kollox.   Minhabba li l-programm kien qed jigri tard kellhom jithallew barra xi affarjiet.  Hasra li l-bews ta’ l-idejn u l-laqgha li l-Papa kellu maghna il-patrijiet giet imhassra.  Kont qed nistennija dan il-mument biex inbus idejn il-Papa!   Tant kont kuntent b’dak li kont qed naghmel li lanqas kelli hin biex noqghod jiddispjecini!

 

Lampa bhala tifkira

Waqt li kienet ser tibda t-tieni parti tal-Laqgha Huna r-Rih batta xi ftit u Ohtna x-Xita dahlet in scena. Din il-parti ta’ l-impenn ghal Paci bdiet bl-ghoti tal-lampi zghar.Kont fost it-72 Frangiskan li offrew il-lampi lir-rappresentanti tar-religjonijiet. Kellna istruzzjoni li kemm-il darba fuq is-siggu li jkun imissna ma jkun hemm hadd nitlfu l-fjamma u ngibu l-lampa lura. Inzerta li  dak li kelli naghtih il-lampa ma kienx hemm. Allura tfejtha u inzilt lura biha.  Din il-lampa baqghet ghandi fil-kamra bhala tifkira.

 

Morru fil-Paci

Qaghadt insewgi d-dikkjarazzjoni tal-Paci minn taht it-tinda, mbaghad mort poggejt il-lampa fil-kamra. Segwejt l-ghoti tal-Paci fuq it-television. Kif il-Papa gieb fit-tmiem il-laqgha sejhu lil patrijiet biex jiehdu ritratt mal-Papa. Jien ma kontx hemm dak il-hin ghax kont mort mill-gdid fuq it-terrazza biex nara il-Papa hiereg min-naha ta’ wara tat-Tinda.  Rajtu ghal darb’ohra mill-qrib tiela` fuq il-Popemoble u tielaq.  Xejjirltu mill-gdid din id-darba b’sentiment ta’ ringrazzjament ta’ din il-Gurnata ta’ talb ghal Paci.  Ohtna x-Xita kienet ghadha nizla - simbolu tal-grazzji li l-Mulej kien qieghed ibierek din il-laqgha

 

It-Tren tal-Paci lura Ruma

Minn quddiem il-kunvent taghna il-karrozza waslet lil Papa fil-Monasteru ta’ Santa Klara fejn kollu laqgha privata mas-sorijiet ta’ Santa Klara. Minn hemm mar l-istazzjoni tal-ferrovia biex jaqbad it-tren li kellha tiehu lilu u lid-delegati li gew mieghu lura Ruma.

 

Qawsalla ta’ Paci

Bla dubbju I-24 ta’ Jannar f’Assisi kienet festa ta’ talb u festa ta’ kuluri.  Il-kuluri li flimkien iffurmaw il-Qawsalla ta’ Paci.  It-Talb ghal Paci kollu li sar f’dan il-Jum b’diversi ilsna, minn diversi rapprezentanti ta’ religjonijiet diffrenti hassejtu jippenetra s-shab iswed tal-hazen u tiela` ‘l fuq lejn Alla - l-awtur ewlieni tal-Paci.  Il-Qawsalla taghtina t-tama biex nemmnu li t-talb li sar instema`. Issa nhallu lil Alla jaghtina l-grazzja li naraw il-frott tat-talb li sar.

 

Il-Hamiema bajda

Il-Hamiema bajda bil-frieghi taz-zebbug f’munqarha li kien hemm stampata fuq il-ktejjeb ta’ talb imhejjiji ghall-okkazjoni ittajret hi wkoll timrah ‘l fuq, fuq l-ilmijiet imqallba biex tniedi l-Paci fl-art kollha.

 

L-ghajta tal-Papa

Il-jum gie u ghada. Bil-mod biex ninsa l-emozzjonijiet li gab mieghu. Issa bl-ghajnuna ta’ Alla nistennew ssehh l-ghajta finali tal-Papa Gwanni Pawlu II: 

 

“Qatt aktar Vjolenza!

Qatt aktar gwerra!

Qatt aktar terrorismu!

Fl-Isem ta’ Alla kull religjon

twassal fuq l-art kollha

Gustizja u Paci,

Mahfra u Hajja,

Imhabba!”.

◄◄|werrej|►►

 

il-Lampa

tal-PaciI

 

“Qatt aktar vjolenza! Qatt aktar gwerra!

Qatt aktar terrorizmu!

 

 Fl-Isem ta’ Alla kull religjon twassal fuq l-art kollha Gustizja u Paci,

Mahfra

u Hajja, Imhabba!”