il-pont -  no 32                     Istanbul  - Turkija

 

Ottubru 2000  no 32

◄◄|werrej|►► 

“Twieled Tork”

 

SLIEM minn Istanbul.  Nittama li dan il-pont jsib lil minn jaqrah tajjeb u f’sahhtu. Hekk nixtieqkom u jalla dejjem hekk!

 

Iz-zmien ghaddej! Dalwaqt inkun ilni hames xhur li wasal f’din id-dinja tan-Nofs Qamar.  Wara hlewwa ta’ Mejju, z-ziffa ta’ Gunju w is-shana ta’ Lulju, Awissu u Settembru, t-temp beda jitkessah xi ftit. Hafna drabi l-ajru qed ikun imsahhab.  U mhux darba u tnejn kellna x-xita wkoll.  Halliha  li wara ftit l-ajru jiccara u terga` torhog tizreg ix-xemx.  Xi granet ilu kellna  tahlita ta’ Xemx u Xita li hargu jitbissmu f’waqt wiehed. Maghhom tbissimt jiena wkoll. Tbissimt ghax ftakart fi tfuliti.  Meta kont tifel u kien jinzerta li tkun Xemx tiddi u f’salt wiehed taqbad ix-xita  konna nghidu:  “Twieled tork”.  Tbissimt ghax ghaddieli minn mohhi li dawk it-torok kollha li twiledu waqt ix-Xemx u x-xita meta kont tifel jien, issa kibru u zgur qalbu l-erbghin. Huma xi ftit izghar minni. Min jaf min huma?  Min jaf fejn huma u x’sar minhom?  Min jaf waqt li kont mixi f’Istiklal Caddesi - it-triq taghna hbatx ma xi wiehed minnhom.  Kif nista` nkun naf?  L-ahhar li kelli nohrog mill-kunvent kienet nizel ix-xita izda x-Xemx kienet tilghab noli u tistahba wara s-sema msahhab u sewdieni. 

 

Waqt li kont mixi taht l-umbrella attent li ma nidhol f’xi ghadiera ilma ftakart mill-gdid fl-idjoma: “twieled tork”. Bdejt inhares lejn kull tork t’ampari li jghaddi minn hdejja u nistaqsi lili nniffsi: “tghid dan wiehed minnhom?” Bqajt bla twegiba.  Bqajt ma nafx!  Cert, izda, li Dak li jtella`ix-Xemx u jnizzel ix-xita kemm fuq il-Maltin u kemm fuq it-Torok, jaf lil kull wiehed minnhom b’ismu.  Cert li qed jiehu hsiebhom kif qed jiehu hsiebi wkoll.

 

Nixtieq u nitlob li l-Mulej ikompli jiehu hsieb lilkom ukoll - familjari, partijiet, qraba, hbieb u benefatturi. 

Sahha u barka.

 

Fr Thomas

 

Dehret il-Qawsalla

WARA IL-MALTEMP il-bnazzi!  F’hajjiet Alla wara l-maltemp tal-bidu ta’ l-esperjenza tieghi hawn f’Istanbul l-affarijiet bdew iccarraw.  Dehret il-Qawsalla bhalma dehret lil Noe wara d-dulluvju b’weghiet ta’ zmenijiet godda u ahjar.  L-ewwel xhur tieghi hawn cert li ma kienux facli. Ghadd ta’ cirkustanzi ltaqghu flimkien u holqu riefnu shih, li qanqal imwieg il-bahar.  Gholejt u nzilt mal-qilla ta’ l-imwieg. Ghal ftit ma’ sibtx  ruhi nkaljat jew mgharraq!  Imma sejjaht il-Mulej jien u ghadd bhalkom, li talbu ghalija... u hekku dehret il-Qawsalla! Il-Mulej bidel ir-riefnu f’ziffa. Siktu mwieg il-bahar. U rega` bbnazza.  Ghalinqas nista’ nistqarr li bhalissa qed inhossni hafna aktar seren u kalm. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nifhem kemm tassew li l-inkwiet ma jsolvix problemi, anzi bil-maqlub, johloq aktar inkwiet, jekk xejn fis-sahha.  Qed nipprova nkompli nitghallem li l-affarijiet irrid naccettahom kif inhuma u nhares lejhom b’lenti differenti.   Nirringrazzja lil Alla li tani l-grazzja li biex inhares aktar fuq dak li huwa sabih u possittiv fl-esperjenza tieghi f’din l-art Musulmana. U tassew l-affarijiet jidhru differenti. Qed naqsam dan biex isebbhu l-Mulej mieghi ghal tjubitu u ghall-eghgubijiet tieghu mieghi.  Inhossni ferhan li harget il-Qawsalla! Hija awgurju ghal zminijiet godda w ahjar. B’hekk nista` nwettaq il-missjoni fdata lili mhux biss ahjar imma b’aktar serenita`.

 

Qed niehdu sura

SEMMEJT il-Qawsalla!  Is-sbuhija tal-qawsalla tinsab fil-gmiel ta’ l-ilwien differenti wiehed hdejn l-iehor li flimkien jiffurmaw hnejja wahda. Hekk l-English Speaking Community li qed niehu hsieb hawn f’Istanbul. Hija sabiha proprju ghax mghamula minn kuluri different. Ghadna ahwa minn Nigerja, Kamerun, Ghana, Etjopja, Filippini, Indja, Amerka, Ingilterra u ghadd ta’ nazzjonalitajiet ohra. Is-sabih huwa li minkejja d-differenza ta’ l-ilwien, ta’ l-ucuh, l-ilsien u l-kustumi, xorta wahda ffurmajna komunita’ wahda ta’ nsara li nistghu nigu flimkien biex niltaqghu ma’ u niccelebraw il-presenza ta’ Gesú waqt il-liturgija. Bil-mod il-mod bdejna niehdu sura. Il-liturgija tal-Hadd filghodu qed tkun aktar hajja u ppartecipata.  F’dawn l-ahhar xhur organizzajna il-Kor, maghmul minn xi erbghin ruh.  Qed jiltaqghu kull nhar ta’ Sibt ghal provi tal-kant.  Dan l-ahhar tghallmu il-Quddiesa de Angelis bil-latin u kantawha waqt il-quddiesa Solennifil-festa ta’ San Frangisk .  Bhalissa qed nahdmu biex inhejju ktieb tal-kant.Ghadna grupp ta’ ghoxrin Letturi biex jaqraw u janimaw il-quddies.  Hejjejna lista biex kollha jaqraw Hadd wara Hadd meta jmisshom.  Holqna grupp ta’ Altar Servers li jservu waqt il-quddiesa.  Ghalissa ghandna grupp ta’ tmien zghazagh Afrikani u Filippini. Trid tarahom x’serjeta maghhom u kemm jidhru sbieh bl-ilbies twal u bojod.  Tajna aktar hajja il-laqghat li naghmlu wara il-quddiesa tal-Hadd.  Kull tielet Hadd tax-xahar qed ikollna laqgha ta’ talb u formazzjoni il-gmiel taghha.  Il-Quddiesa ta’ fost il-gimgha li kienet isir fit-8.00 am kuljum bit-taljan ghal xi erba min-nies, issa bdejna naghmluha bl-ingliz u qed jigu aktar minn tletin ruh. Hija quddiesa hajja bil-kant u bit-talba tal-fidili spontajna.  Bhalissa qed norganizzaw ruhha biex nibdew kors ta’ katekizmu bi thejjija ghas-Sagrament tal-Grizma. Ghanda ghadd ta’ Nigerjani u Filippini li ghadhom ma jircevewx is-Sagrament tal-Grizma.  Cert hawn hafna xoghol x’isir.  Ghal min irid jahdem fl-ghalqa tal-Mulej il-qaghad m’ghandu wisa`.

 

Ksirt is-sawma

META kont fil-Filippini somt sawma fit-tul - kwazi erba`snin u nofs - mil-loghob tal-football.  Rari rajt loghba fuq t-TV.  U meta rajt wahda kelli naghmel 65 kilometru biex immur minn Tagaytay ghal Manila.  Hawn f’Istanbul ksirt  is-sawma. Loghob fuq it-Television bla ghadd.  Mhux hekk biss imma kelli l-okkazjoni mmur il-ground wkoll.   Hawn il-ground tefa’ ta’ gebla ‘l boghod mill-kunvent.  Dan l-ahhar gabuli il-biljetti biex nara tlett loghbiet tac-Champions League. Dik tal-Beşiktaş kontra it-timijiet tal-Barcellona, Leeds United u Milan.  Suppost li ghandhom jaghtuni biljett biex nara l-loghba tat-tim tal-Galatasaray kontra Strum Graz. Jien ma nzomm ma’ l-ebda wiehed minn dawn it-timijiet, izda qed nixtieq li jirbhu it-timijiet ta’ Istanbul - Beşiktaş u Galatasaray  biex jghaddu ghar-round li jmiss u b’hekk bis-sahha taghhom jigu jilghabu kontra taghhom aktar timijiet hawn.  Ikolli aktar x’nara mhux hekk? Nara l-football huwa l-uniku  passa temp li ghandi!   B’xi haga trid tghaddi z-zmien!

 

Lanca gejja u ohra sejra

AHNA il-patrijiet bhal bahrin.  Daqqa f’port u daqqa f’iehor.  Veru li hemm xi whud li jefghu l-ankri u ma jiccaghilqu qatt, imma il-bicca kbira jduru minn kunvent ghall-iehor.  Il-kunventi taghna  qieshom portijiet b’lanca gejja u ohra sejra. Il-komunita` taghna ta’ Istanbul mhux eccezzjoni. Dan l-ahhar telaq wiehed u gie iehor f’loku.  Telaq Pollakk u gie Pollakk iehor. P Stanislaw kien ta’ ftit kliem, halla il-komunita’ ta’ Istanbul  biex imur iservi fil-komunita` tas-Sacro Convento f’Ássisi. Minfloku gie P Josef ta’ ftit kliem ukoll. La jitkellem bit-taljan, la bl-ingliz u wisq inqas bit-tork.  Jitkellem biss bil-pollakk.  Nippruvaw niftehmu mill-ahjar li nistghu.  Babilonja shiha!

 

Qiesna refugju

MINN kemm ilni li wasal f’Mejju li ghadda ghadna qatt ma konna s-sitt membri tal-komunita` taghna wehidna f’waqt wiehed. Jew ghax wiehed kien nieqas minhabba il-vaganzi jew inkella ghax kellna lil xi hadd maghna.  Fil-kunvent sirna qiesna refugju.  F’dawn il-hames xhur ma nghoddx kemm patrijiet u persuni ohra gew maghna ghal ftit u telqu   Minn gie mill-Italja,  kellna whud mill-Polonja, r-Rumanija, l-Awstralja, mill-Brazil... insomma kellna kwazi vizitaturi mill-kontinenti kollha.  Kellna maghna isqfijiet, nunzji u delegati apostolici,  ministri generali u provincjali, pezzi grossi u meno grossi. Kellna Insara, Kattolici,  Ortodossi, Kaldej u Armeni.  Misilim kellna wkoll.  Merhba bihom ilkoll.

 

Maltin wkoll

F’hajjet Alla fost dawk li gew izuruna ma naqsux xi Maltin wkoll.  Gew izuruna zewg kappillani.  Dun Karm Tanti, kappillan tal-Mellieha u Dun Raphael Pace, kappillan ta’ Stella Maris - Sliema.  Hasra li meta gew dawn jien ma kont f’Istanbul.  Ilhaqthom gurnata biss, imma ahjar minn xejn.  Fit-tieni gimgha ta’ Ottubru gie jqatta` ftit jiem maghna l-ET Mons Emmanuel Gerada Tghidx kemm hadt gost bih.  Provajt indur bih mill-ahjar li stajt.  Bis-sahha tieghu zort ghall-ewwel darba ghadd ta’ postijiet storici f`Istanbul, fosthom Santa Sofia, il-Blue Mosque u c-Cisterni ta’ l-ilma Rumani taht l-art u d-dawra tal-Bosfru.  Wara li telaq nghid id-dritt immissjatu.

 

“Mons Calleja” iehor?

Ma niftakarx li kont ghedtilkom xi haga. L-isqof taghna hawn f`Ístanbul f’isem il-Konferenza Episkopali hatarni bhala d-Direttur nazzjonjali ghal Kura Pastorali ta’ l-Immigranti.  Hawn m’hawnx wisq sacerdoti minn fejn jaghzel, terga`ix-xoghol tieghi principalment huwa mal-immigranti  Afrikani u Filippini, allura ghazlu lili biex  niehu hsieb dan ix-xoghol. Malta ghandna lil Mons Philip Calleja jiehu hsieb dan ix-xoghol - naraw bic-cajt ic-cajt insirx xi “Mons Calleja” iehor bla hsieb!  Il-”mons” biss m’ghandix.!

 

Strasbourg

Ftit wara il-hatra mill-ewwel beda x-xoghol.  L-isqof talabni nirraprezenta t-Turkija f’laqgha organizzata mill-Kunsill Centrali tal-Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE) fi Strasbourg - Franza bejn 14 - 17 ta’ Settembru.  Qabel din il-konferenza kelli nhejji rapport dwar il-kura pastorali lil immigranti fit-Turkija.  Iltqajt mal-persuni responsabbli ta’ l-organizzazzjonijiet li qed jahdmu f’dan il-qasam u fformulajt rapport u baghattu via e-mail lic-Centru ta’ CCEE. Kienet esperjenza sabiha tassew.  Konna 34 partecipant minn 19-il pajjiz fl-Ewropa.  Stennejt li ser ikun hemm delegat minn Malta wkoll, imma ma gie hadd malti.  Kien hemm tmien isqfijiet u hafna irjus kbar. Nirringrazzja l-Bambin li rasi mhiex kbira wisq.  It-tema kienet dwar il-futur tal-kura pastorali lil dawn l-ahwa li telqu pajjizhom biex ifittxu kenn u futur ghalihom u ghal familji taghhom.  F’Malta forsi il-problema ma tinhassx wisq izda f’hafna parrocci u knejjes fl-ewropa l-maggoranza ta’ dawk li jmorru il-knisja huma dawn l-immigrati.   Il-kaz taghna f’Istanbul huwa ezempju tipiku.  Dawk li jigu ghal-quddies, kemm fost il-gimgha u kemm il-Hadd m’humiex torok izda immigrati.  Allura l-kura pastorali li naghtu trid tkun plurikulturali w indirizzata lil dawn l-ahwa b’mod li jhossuhom tassew parti mir-realta` parrokkjali.  Cert ghad hemm hafna xi jsir f’dan il-qasam.  Waqt il-Konfrenza l-ewwel fi grupp zghar, imbaghad fl-assemblea plenari hejjejna gabra ta’ rakkomandazzjonijiet u suggerimenti biex jintbaghatu lil Konferenzi Episkopali ta’ Ewropa Kollha.

Il-mawra fi Strasbourg kienet qasira wisq. Wasal satghejn biss qabel bdiet u tlaqt lejn l-airport dritt kif spiccat.  Fil-break ta’ nofs in-nhar flok nistrieh mort nimxi ftit biex nara xi haga.  Qrib tac-centru fejn saru l-laqghat taghna hemm tlett binjiet tassew kbar u sbieh.  Il-Bini tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, dak tal-Parlament Ewropew u dak tad-Drittijiet tal-Bniedem.   Rajthom biss minn barra. Cert il-ministri u d-deligati politici maltin jafu jfissru s-sbuhija ta’ dawn il-palazzi minn gewwa. Mur ara xi gmiel.  Irnexxili nidhol biss fil-Katidral ta’ Strasbourg.  Il-gmiel tieghu!

 

... u Beirut

Lanqas ghaddiet gimgha li wasal minn Strasbourg kelli nerga` nippakkja biex immur ghal laqgha ohra. Din id-darba f’Beirut fil-Lebanon ghad-delegazzjoni tal-partijiet taghna fil-Medju Orjent - Istanbul, Izmir u Beitur.  Mill-kunvent taghna morna erba’ patrijiet. Minn Izmir ma setgha jmur hadd u ovvjament ta’ Beitur kienu kollha.  Gie wkoll il-Ministru General taghna u kellna laqghat dwar il-presenza u sehem ta’ l-Ordni tal-Frangiskan Konventwali dín ir-roqgha tad-dinja. Cert li ma hemm l-ebda hjiel li xi darba nistghu nsibu ruhna bla xoghol!  Tassew ix-xoghol huwa kbira, il-haddiema huma ftit.  Kif spiccaw il-laqghat kellna ftit taz-zmien u il-patrijiet ta’ Beirut dawruna mhux ftit. Haduna  naraw il-bliet ta’ Tir u Sidon, Byblos u ma setghax jonqos, rajna wkoll il-famuzi Cedri tal-Lebanon li jissemmghew fil-Bibbja.  “Il-bniedem gust bhal palma jikber, bic-Cedri tal-Libanu mhawwla f’dar il-Mulej”.  Waqt li kont hemm tlabt biex nikber bl-istess mod jiena wkoll.  L-ahhar jum fil-Lebanon kien  jum ta’ gabra u talb fil-Monasteru tal-Klarissi flimkien ma r-religjuzi tal-familji Frangiskani. Konna madwar 70 b’kollox.

 

“Shoe-shine”

IN-NAHA ta’ fejn ghandna il-Knisja taghna mimlija tfal. Cert it-tfal issibhom kullimkien, izda n-naha taghna ssib ghadd ta’ tfal b’kaxxa zghira tawwalija f’id wahda u b’bot tal-landa taht l’id l-ohra. Malli jarawk  jibdew jimxu warajk u jistaqsuk: “Shoe shine? Shoe shine?”.  Ikunu jridu jibblakkawlek iz-zarbun. Jehlu mieghek qieshom qarnita.  Ma tehles minnhom b’xejn.  Darba minnhom hrigt barra biex nghid ir-Ruzarju.  F’hin bla waqt gie wiehed minn dawn it-tfal jghajjat: “Shoe shine” warajja u fil-pront tbaxxa u bi sponza ckejkna cappasli z-zarbun bin-nugget kanella.  Ma stajtx nahrab minnu. Pogga bilqieghda fuq il-bot tal-landa, tellali saqajja fuq il-kaxxa tawwalija li kellu u beda jhaddem l-ixkupilja fuq iz-zarbun. Kellu jaghmilli l-ohra biex jigu parigg.  Ma kellix lanqas habba fuqi.  Ma helli xejn x’naghtih!  Ma stajniex niftehmu. Baqa’ mwahhal mieghi u jimxi warajja. Addio Ruzarju li kont qed nghid.  Kien ser itellifni il-boxxla! Kif ma flahtx aktar ghedtlu “Polis, polis”. Malli semmejt il-kelma “Polis”, qiesni ezorcizajtu ghax gheb minn quddiemi! Ma rajtux aktar!

 

Sahhtejn

Nieqaf hawn ghax spazju ma fadalx. Inselli u nitlob ghalikom ilkoll.  Nixtieqilkom minn qalbi Sahhtajn - kif ghidlu bl-gharbi. .  Alla maghkom issa u dejjem.

◄◄|werrej|►►

 

Istanbul

I

L-ahhar li

kelli nohrog

mill-kunvent kienet nizel

ix-xita izda

x-Xemx kienet tilghab noli u tistahba wara

s-sema msahhab

u sewdieni.  Waqt li kont mixi taht

l-umbrella attent li ma nidhol

f’xi ghadiera

ilma ftakart

mill-gdid

fl-idjoma: “twieled tork”.

Bdejt inhares lejn kull tork t’ampari li jghaddi minn hdejja u nistaqsi lili nniffsi:

“tghid dan wiehed minnhom?”

Bqajt bla twegiba. 

Bqajt ma nafx! 

Cert, izda,

li Dak

li jtella`

ix-Xemx

u jnizzel

ix-xita kemm

fuq il-Maltin

u kemm fuq

it-Torok,

jaf lil kull

wiehed

minnhom b’ismu.