il-pont -  no 31                    Istanbul  - Turkija

 

Awissu 2000  no 31

 ◄◄|werrej|►►

Tehilli l-labra

 

Iz-zmien igerbeb ghat-Torok ukoll. Ilni aktar minn xahrejn.   Kont naf li mhux facli tibdel minn post ghall-iehor. Irid iz-zmien biex nidra. Malli nohrog mill-ghatba `l barra nhossni qiesni naghga mitlufa qalb l-eluf ta’ torok li jkun jippassiggaw fit-triq ta’quddiemna. Ma nista`nitkellem ma hadd. Hadd ma jaf jitkellem hlief  bit-tork.  It-tork tieghi ghadu bikri wisq.  Iva qed nistudja u naf  hafna kliem imma mhux ghalkemm inpoggi l-kliem flimkien biex infisser dak li rrid nghid. Malli nipprova  nghid xi haga, nhossha tehilli l-labra u ma nkun nista`nghid xejn. Inhoss l-gharaq ixoqq ghalija. 

 

Imma bl-ghajnuna ta’Alla aktar mhu ghaddej iz-zmien aktar qed inhossni naqbad art bil-mod. Ix-xoghol li ghandi mal-komunita’ tal-lingwa Ingliza jaghtini spazju fejn nista`niehu ftit tan-nifs.  Fil-fatt l-akbar felli tal-parrocca kollha huwa proprju dan tal-lingwa Ingliza.  Qed nipprova naghmel speci ta’censiment biex inkun naf min huma n-naghag li ghandi taht  il-kura tieghi. Qassam madwar tlett mitt formola. S’issa dahlu lura aktar minn-nofs. Mill-informazzjoni li qed nigbor qed nifhem kemm hu kbir il-kamp tax-xoghol.  Fosthom hemm numru li ghadhom ma ircevewx il-Grizma. Ohrajn lanqas huma biss maghmda. Dan ifisser li biex nghejn lil dawn l-ahwa rrid norganizza lezzjonijiet ta’ Katekizmu bi thejjija halli jircievu dawn is-Sagramenti.  Qed nipprova norganizza l-animaturi u l-qarrejja waqt il-Quddies.  Ghadna kemm bdejna grupp li jservu waqt il-quddies.  Qed norganizzaw il-kor u l-musika. Wara il-Quddiesa ta’ l-10.00am kull nhar ta’ Hadd qed naghmlu laqghat separati ghall-Filippini u l-Afrikani.  Qed naghtu l-hajja lil Legion of Mary.  Bdejna wkoll quddiesa bl-ingliz kuljum.

 

Xoghol hawn kemm irrid!  Itolbu ghalija biex il-Mulej jaghtini l-forza u s-sahha halli nwettqu bil-qalb.  Grazzi mill-qalb u Sahha.

 

Fr Thomas

 

Is-Saga tal-kaxxa

li ma waslet qatt u li qatt mhi ser tasal

MIN JISTENNA jithenna!  Jalla dejjem hekk! Jien ilni nistenna  tlett xhur. Altru li ma thennejtx!

Kollox beda l-ghada ta’ l-Ghid, sewwa sew lejliet li tlaqt mill Filippini. Wara il-Quddiesa ghabbejt il-kaxxi fil-karozza u tlaqt lejn l-ufficcju tad-DHL f’Pala Pala.  Kelli lil Lino Gauci mieghi.  Ma hadniex wisq biex wasalna. dahhalna l-kaxxi,spezzjonaw il-kontentut u ssigillawhom bit-type. Hallast, b’kollox 216 dollari amerikani u morna lura Tagaytay.  Qabel tlaqt lil kaxxi ghedtilhom bit-tbissima: “Arriverderci, narakom Istanbul”.  Kienu zewg kaxxi b’affarijiet personali, wahda ta’ 10 kilos u l-ohra ta’ 25 kilo.  Baghathom direttament it-Turkija halli ma nodghodx ingorr kollox mieghi Malta u minn Malta ghar-Ruma u Istanbul.  Suppost li kellhom jaslu fi spazju ta’ erba` jew hamest’ijiem. Malli wasalt it-Turkija haduni il-kunvent u tawni l-kamra.  Malli dhalt fil-kamra qalbi mill-ewwel ghamlet tikk. Innutajt li wahda mill-kaxxi - il kbira - li kont baghat fl-24 ta’April ma kienetx hemm.  Forsi kienet go xi hamra ohra?  Stqasejt lil Patrijiet jekk kienx hemm xi kaxxa ohra.  Le ma kienx hemm.  Qalbi issa mhux tikk ghamlet imma tikk tikk!  Mill-ewwel xamejtha tinten! Kien hawn Patri Alfons Sammut u hadni dritt fl-ufficcju tad-DHL biex naghmlu rapport.  Kien il-bidu tat-tfittixja.  Ghalija kien il-bidu ta’ kalvarju. Tlift il-kont ta’ kemm- il telefonata, ittra, fax, e-mail ghamilt lil Headquarters tad DHL hawn fit-Turkija u fi Brussels!  Jum wara l-iehor, gimgha wara l-ohra, xahar wara l-iehor jghadduni biz-zmien. Kienu qed jippruvaw ifittxu din l-imbierka kaxxa. Kif wahda waslet l-ohra le? Ma kienux jafu jwiegbu.  Darba minnhom qaluli li kellhom record li telqet minn Manila ghal Frankfurt fil-Germanija.  L-ufficcju ta’ Frankfurt ma kellhomx record li waslet izda kellhom fil-listi taghhom li telqet minn Frankfurt ghal Brussels.  L-ufficcju ta’ Brussels m’ghandhomx record li waslet. X’gara?  Meta kelli laqgha mal-Customer Service Manager staqsejtu jekk l-ajruplan kellux toqba u fil-vjagg il-kaxxa tieghi forsi waqghet mill-ajruplan.  Kont nistenna aktar serjeta` minn ditta bhal din.  Ma nafx infisser il-qtigh ta’ qalb u l-ugigh fl-istonku li qabudi.  Qed ighidu li ntilfet.  Jien ma nemminx li ntilfet.  Kieku ntilfet b’xi mod,x’imkien f’xi hin kienet tinstab bhalma nstabet in-naghaga mitlufa.  Kieku ntilfet kont nemmen li Sant’Antnin kien b’ xi mod kien isiba! Jien nghid li il-kaxxa nsterqet u ghalhekk ma nstabitx. Kieku n-naghag tal-Vangelu nsterqet  flok intilfet r-raghaj zgur ma kienx isibha l-istess bhalma ma sabux il-kaxxa tieghi.

X’kien fiha din il-kaxxa?  Bil-fixla ghadni lanqas ghedt kien fiha.  Kien fiha l-aktar affarijiet importanti li bqajt nuzahom sa l-ahhar fil-missjoni tieghi fil-Filippini.  Kelli l-computer kollu (barra l-iscreen - dan hallejtu lil Fr Victor) bil-programmi kollha fih. Kien fiha l-iscannar, is-software kollu u partita CDroms bid-Dokumenti tal-Koncilju, Enciklopediji tal-Bibbja, tal-qaddisin u ohrajn generali, d-diskettes kollha, CDs u VCDs.   Kelli il-monitor li nikkalkula bih il-livel taz-zokkor fid-demm. Kelli  xi hwejjeg li gezwirt li affarijiet bihom. Kelli il-files fuq diskettes bil-konferenzi u l-istudji li ghamilt, ohrajn bl-ismijiet, indirizzi, dati tal-birthdays u informazzjoni ohra tan-nies kollha li kelli kuntatt maghhom.  Kelli wkoll statwa ta’ tmintax il pulzier ta’ San Frangisk ta’l-injam li kienu tawni qabel tlaqt.  Kollox serquli.  Fejn kont nobsor l- “Arriverderci” kella tinbidel f’“Addio”. Il-kaxxa bl-affarijiet kollha ta’ go fiha Alla m’ghamilhom.  Id-DHL harbtuli litteralment l-ewwel zmien tieghi hawn fit-Turkija.  Ippruvajt ma naghtix kaz.  Ippruvajt  ma nahsibx.  Ippruvajt ninfatam mill-kaxxa u mill-affarijiet, Lanqas stajt.  Hassejtni u ghadni paralizzat u mifxul.

Tassew skantajt kif ditta bhal DHL, li tiftahar bl-efficenza u bil-heffa, tiehu daqshekk zmien biex tittratta mal-klienti taghha.  Issa weghduni li jaghtuni rikompens  imma ghadhom qed jistudjaw. Ilhom jistudjaw madwar xahar diga. Naraw x’gej!?  Inhossni  dizappuntat`bil-kbir.   Nibqa nistenna! m’hemmx taghmel! Min jaf forsi nithenna?!  Li naf fiz-zgur hu li dak li thenna kien dak l-ufficcjal tad-DHL li seraq il-kaxxa.

 

Komunita’ mhallta

Il-KOMUNITA` TAGHNA hawn f`Istanbul hija mzewqa mhux hazin. Qeghdin sitta. P. Luigi u P. Davide - taljani t-tnejn. Luigi ghandu 80 sena, izda Alla jbierku l-hin kollu sejjer jahdem fuq il-komputer jittraduci hafna kotba mit-taljan ghat-turk. Davide ghadu zaghzugh huwa il-kappillan tal-Parrocca. Fra Atanasio (il-Gwardjan) u P. Stanizaw it-tnejn Pollakki. Atanasio ghandu qrib il 65 sena, izda tarah tghid li ghad ghandu xi 40.  Ghandu sahha ta’ barri. Hawn  P. Anton - Patri zghazugh mir-Rumanija u jien Malti.  Bhalissa ghadni qed nipprova naccetta u nifhem id-dinja bil-kultura diversa ta’ kull wiehed minnhom.  Cert li bhal kull komunita`ohra, f’kull wiehed minna hemm hazna ta’ kwalitajiet, talenti u doni sbieh li jekk naghrfu niskopruhom inkunu skoprejna tassew tezor kbir. U aktar ma naccettawhom aktar nghixu sereni.

 

Strada rjali turka

ILNI SNIN ma nkun Strada rjali jew ahjar Triq ir-Repubblika s-Sibt filghaxija. Malli nisma` b’din it-Triq ewwlenija tal-Belt Valletta jiguni f’mohhi ghadd ta’ nies jippassiggaw, telghin u nizlin. It-triq fejn ghandna il-knisja u l-kunvent taghna hawn qiesa Strada rjali.  Karrozzi ma jghaddux, hwienet sbieh fuq iz-zewg nahat u n-nies bil-mijiet jippassiggaw.  Hawn izda mhux is-Sibt biss imma kuljum f’kull hin, minn xi d-disa` ta’ filghodu sa tard sewwa bil-lejl,  nies tilghin u nizlin minn fuq in-naha ta’ Taksim sa’ isfel in-naha tat-Tönel.  Niehu qata` meta jkolli bzonn nohrog.  Irrid jew le jkolli nserrep qalb il-folla ta’ Ístiklal Caddesi - Strada Rjali turka.

 

Bajda u hamra

QIESU XI hamsin jarda ‘l boghod mill-ghatba tal-bieb taghna hemm tperper bandiera bajda u hamra.  Hija l-bandiera Maltija tperper fuq l-arblu mal-hajt tal-Konsulat Malti n-naha ‘l ohra ta’ Ïstiklal Caddesi. Mort diga`diversi drabi nsellem lil Mr Ogun Teoman il Konslu Generali turk ghal Malta.  Sirna hbieb  malajr.  Il-hitan matul iz-zewg indani tarag li jwasslu ghal bieb tal-konsolat huma mizghuda b’ritratti b’xeni maltin. Hassejtni tassew ferhan u at home. Il konslu jhobb l-istorja u tkellimna fit-tul fuq il-grajja ta’ l-Assedju l-Kbir ta’1565. Meta kont fil-Filippini kont qrajt diversi kotba ta’l-istorja, fosthom qrajt wiehed  dwar l-Assedju.  Imn’alla, ghax stajt inkompli nitkellem fuq is-suggett. Kull darba li nghaddi minn taht it-tieqa tal-konsulat insellem lil Bandiera u niftakar f’Malta taghna u fil-Maltin.

 

Maltin fit-Turkija

KIF QED insemmi l-Maltin ma nistax ma nsemmix il-maltin li ltaqjt maghhom hawn fost it-torok.  L-ewwel fosthom Patri Alfons Sammut. Ilu fit-Turkija aktar minn 19-il sena.  Wara ghadd ta’ snin  hawn f’Ístanbul issa qieghed jaghti is-servizz tieghu fil-kunvent taghna f’Ïzmir. F’Izmir iltqajt ma’ Fr Joe Buttigieg Kapuccin.  Joe u jien studjana flimkien l-INSERM u ordnajna djakni flimkien wkoll. Xi nies kienu jxebbhuna u ohrajn kienu jitfixkluna.  Ma’ Fr Paul Baron Kapuccin niltaqa’ spiss.  Ma jghix wisq il boghod. Dan l-ahhar gie jqaddes hawn ghandna tal-hdax u nofs u baqa’ jiekol maghna.  Minn zmien ghal zmien jkun hawn xi maltin ohra li jigu biex jaghmlu xi xiri mit-Turkija.  Iltqajt ma xi tlieta s’issa.  Merhba bihom ilkoll.

 

Nicaea

XI FTIT granet wara li wasalt  Atanasju u Anton haduni Izmir madwar 600  km  `l boghod. Morna l-Erbgha filghodu, qaghdna hemm il-Hamis u gejna lura l-Gimgha. Gennata.  B’kollox ghamilna aktar minn 1500 km.  Ma nghidlikom kif tfarrakt u kemm ghajjejt.  Ahna u sejrin hrigna mit-triq u qbadna dik li tiehu ghal Nicaea.  Din il-waqfa  serviet ta’ break mill-vjagg twil li kellna. Serviet wkoll biex nara il-post fejn sar l-ewwel Konkilju Ekumeniku fis-325AD meta giet ikkundanata l-erezija ta’ Arjanu u dak tas-sena 787AD meta giet solvuta il-problema ta’ Ikonoklasti.  Kemm ghorrief tal-Knisja ghaddew minn hawn in-nahhiet!

 

Efesu

META WASALNA Izmir kien tard. P. Fons hejja dish bil-bringiel mimli u il-patata l-forn.  Ghall-ikel gie Fr Joe Buttigieg wkoll. Wara l-ikel ktellimt ftit ma’ Fr Joe u ma’ P. Fons, hadt shower u dhalt norqod. L-ghada kmieni tlaqna ghal Efesu.  Efesu hija aktar mgharufa.  San Pawl ghex  f’din il-belt ghal madwar tlett snin.  Infatti  l-Apostlu kiteb ukoll wahda mill-ittri tieghu lil Efesin. Hawn sar it-tielet Konkilju Ekumeniku fis-sena 431AD meta kkundunaw l-erezija ta’ Nestorju. Hawn nbiet fost l-ewlenin Knejjes dedikati lil Vergni Marija.  Bqajt meraviljat kemm il-belt antika u il-bini huma mizmum tajjeb. Fr Joe tana spjagazzjoni tassew magistrali. Hassejtni kburi bih!

 

Meryem Ana evi

TEFA` TA` gebla ‘l boghod hemm Meryem Ana evi. Huwa il-post fejn jinghad li kienet id-dar tal-Marija f Éfesu stess.   Huwa post ta’ gabra u talb mizmum tant tajjeb mill-Kapuccini.  Kelli l-okkazjoni li nitlob u nqaddes il-quddiesa f’dan il-lok qaddis.  Morna nzuru wkoll il-Knisja ddedikata lil San Gwann l-Apostlu. Din l-art hija tassew imbierka b’tant nies u grajjiet u postijiet marbuta ma’ l-ewwel zminijiet tal-Kristjanezmu. Hawn hemel x’wiehed x’jara!

 

Kleru u sorijiet

L-EWWEL JIEM li wasalt hadt sehem f’diversi laqghat.  L-ewwel fosthom il-laqgha  ghar-Religjuzi.   Saret Büyükada,  wahda mill-gzejjer qrib Istanbul.  Domna xi siegha u nofs sejrin bil-vapur.  Hadu sehem b’kollox madwar 50 religjuzi. Kellna konferenza, quddiesa, ikla u konferenza ohra. Mexa il-Quddiesa in-Nunzju Apostoliku  Mons Luigi Conti.  Din il-Laqgha taghtni lok niltaqa` ma` aktar minn nofs ir-religjuzi kollha f`Istanbul. Mill-informazzjoni li tawni f`Istanbul hawn madwar 20 religjuz u 80 soru.  Sacerdoti djocesani hawn xi tlieta biss.  Laqgha ohra kienet dik tal-kleru ma l-Isqof  Mons Louis Pelatre. Din il-laqgha kienet bil-franciz, bi ftit turk u taljan u kelmtejn bl-Ingliz. Fis-sajf mhux ser isiru aktar laqghat.

 

Festi - mhux neqsin

BARRA l-LAQGHAT hadt sehem f’diversi festi. L-aktar solenni l-Festa ta’ Sant Antnin hawn fil-Knisja taghna. Mexxa in-Nunzju. Wara kellna festin ghal kulhadd u ikla ghal mistiedna specjali. Hadna sehem fil-Festa ta’ San Pietru u San Pawl fil-Knisja tad-Dumnikani. Mexxa l-Isqof.  Wara kellna ikla wkoll.  Iccelebrajna il-festa ta’ l-onomastico ta’ Padre Luigi, ta’ Padre Anton u tieghi -San Tumas.  Kellna il-Birthday ta’ Padre Davide.  Xi haga specjali kellna ghal kull festa. Ma kellinx baned, marci u sparar!

 

Lezzjonijiet tat-tork

BDEJT IL-LEZZJONIJIET tat-Tork. Izda kelli nieqaf.  Kont inkwietat minhabba il-kaxxa li serquli, l-istudju kien qed izidli hafna tensjoni u pressure allura hassejt li ma stajtx nikkoncentra bizzejjed.   Kont qed inhoss hafna wgiegh fl-istonku u rasi tqila. Wara li tkellimt mal-patrijiet rajt li ghal mument ahjar nieqaf.  Qieghed nistudja xorta, imma wahdi bit-temp tieghi minghajr hafna ghaggla.  Wara kollox m’ghandi lil hadd jigri warajja!  

 

Visa yok (no visa)

IL-VIZA PERMANENTI tieghi ghadha ma waslitx.  Il-Viza turistika li ghandi u il-biljett ta’l-ajru jaghlqu wara tlett xhur sewwa sew fl-14 ta’ Awissu. Ser jkolli nohrog mit-Turkija, nigi Malta ghal ftit u nerga’ nidhol lura it-Turkija. Ejja ser jkollna cans naraw lil xulxin. Sa dak in-nhar li niltaqghu nixtieqilkom  SLIEM u BARKA.

◄◄|werrej|►►

 

Bajda u HamraI

 

Qiesu xi  hamsin jarda ‘l boghod mill-ghatba

tal-bieb

atl-Kunvent taghna

hemm tperper bandiera bajda

u hamra. 

Hija

l-bandiera Maltija tperper

fuq l-arblu

mal-hajt

tal-Konsulat Malti

n-naha ‘l ohra ta’ Ïstiklal Caddesi.