il-pont -  no 30                    Istanbul  - Turkija

 

Mejju 2000 no 30

 ◄◄|werrej|►►

Pellegrin

 

“MERHABA”  Insellem ghall-ewwel darba mit-Turkija  lill- familjari, patrijiet, hbieb u lill-benefatturi kollha.  “Merhaba”.

 

Lanqas irid nemmen li diga`qieghed hawn. Qiesha holma! Filli qieghed il-Filippini u filli qieghed hawn it-Turkija.  Filli  mghotti b’bandiera hamra, blu u b’xemx tizrec ma’ tlett stillel lewn id-deheb fuq trejanglu  abjad u filli l-ghata imbiddlet u saret bandiera hamra bi stilla u nofs qamar abjad fin-nofs. 

 

Hekk il-hajja! ... filli hemm u filli hawn! Hekk ukoll il-hajja tal-Pellegrin. Kemm domt fil-missjoni fil-Filippini skoprejt is-sejha tal-pellegrin fil-hajja tieghi.  Iva il-Mulej sejjahli biex inkun Pellegrin.  Skoprejt li s-sejha  tieghi fiha diversi dimensjonijiet. Alla sejjahli biex inkun bniedem, nisrani, religjuz,  frangiskan, minuri, konventwali, sacerdot, missjunarju... u fost dawn Pellegrin.  Il-Pellegrin huwa dejjem f’mixja, sejjer minn post ghall-iehor.  Il-Pellegrin ma jintrabat ma’ l-ebda post.  Ihalli post u jmur f’iehor. Filli hemm, filli hawn.  Barra hekk, il-Pellegrin  jrid jinfatham minn kollox u minn kulhadd, imqar mill-gheziez tieghu.  Il-Pellegrin huwa fi vjagg bla jaqta’ miexi u dejjem  miexi.  Cert,  mhux facli tkun Pellegrin!

 

Jiena wkoll f’dawn l-ahhar snin bhall-Pellegrin kont u ghadni miexi  minn post ghall-iehor. Minn Malta mort il-Filippini. Waqt li kont hemm grejt u ghext f’erba postijiet differenti; gejt lura Malta; hallejt mill-gdid pajjizi u komplejt il-mixja li issa wassiltni hawn fit-Turkija.  Jiena wkoll bhall-Pellegrin qed nitghallem ninfatham u ma norbot qalbi ma’ hadd, ma’ mkien u ma’ xejn.

 

Cert li mhux facli. Imma nemmen li bl-ghajnuna tal-Mulej u tat-talb taghkom id-difficli jsir facli.  Itolbu ghalija halli nkun Pellegrin skond qalb il-Mulej u biex inhalli lil qalbi timxi qabel saqajja.   Grazzi mill-qalb u Sahha.

 

Fr Thomas

 

M’ghandux bzonn cellphone

ISSA SARET moda.  Tmur fejn tmur tara nies bis-cellphone. Kbar, zghazagh, zghar. irgiel, nisa sahansitra tfal kollha ghaddejjin bis-cellphone mwahhal ma’  widnejhom jitkellmu ma min ikun fuq il-linja!  Xi kultant jaghtik id-dahk! Tara li xi hadd f’nofs ta’ triq b’dan l-imbierek cellphone ma widejh, jitkellem, ighajjat u jsemma’ x’inhu jghid lil kull min hu ghaddej u mhux biss... tarah jirraguna u jxejjer idejh.  Kif sirna hux?! Tassew tejatrin ambulanti!  Jiena riedu jaghtinu cellphone.  Ghedtilhom biex jerfghuli biex jaghtuhuli rigal dak in-nhar tal-funeral. Nistqarr li hadni ma fieqtx mill-allergija li qabditni ghat-telephones meta kont kappillan San Pawl il-Bahar!   Malli dhalt fil-knisja taghna meta wasalt Istanbul nisma’ telecell idoqq.  Ta’ min kien qam u beda jkellem bit-Turk lil min cempillu.  F’qalbi ghedt:  “Iva, anke fid-dar ta’ Alla bis-cellphones!”.   Meta ngabart biex nitlob ftit, dritt wara qaghad nahseb li l-Mulej m’ghandux bzonn cellphones biex ikellimna. L-ittra lil- Lhud tghidilna:  Alla fl-imghoddi kellem lil missierijietna hafna drabi u b’hafna manjieri permezz tal-Profeti.  Issa f’dan l-ahhar zmien, kellimna permezz ta’’ Ibnu” (Lhud 1:1-2). Cert fl-imghoddi kienu ghadhom ma vvintawx cellphones!  Imma xorta Alla ma nahsibx li kien juzahom. Ghazel li jkellimna u jrid jibqa` jkellimna maghna permezz ta’ Ibnu Gesu`.  M’ghaddiex wisq hin minndu kont qed naghmel din ir-riffelessjoni li ma smajtx lil Mulej ikellimni - certament mhux permezz ta’cellphone, izda - permezz tal-Kelma tal-Mulej.  Il-Vangelu ta’ l-ewwel quddiesa li ccelebrajt kien dak fejn Gesu`wiegeb lil l-Appostlu Tumas u qallu:  “Tumas, jien hu t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja...” Bla dubbju ta’ xejn hassejt dawn il-kliem indirizzati lili personalment. Hassejt konferma li Il-Verita’ hija li f’dan il-mument fil-Hajja tieghi din hija it-Triq li l-Mulej hejja ghalija. U Gesu` qed ifakkarni ghal darb’ohra li huwa t-TRIQ.  Irrid inzomm ghajnejja fuqu u cert li jkun Hu stess li jmexxini fit-Triq.  Cert li ghal min ghandu widejn biex jisma’il-Mulej ghadu jitkellem.   M’ghandux bzonn ta’ cellphone.

 

Ghatx kbir

MA DOMTX wisq b’idi fuq zaqqi.  Waqt li konna fil-karrozza gejjin mill-airport il-Gwardjan qalli li l-English Speaking Community qed jistennewni bi hrara. Jidher li  l-hidma principali tieghi ser tkun ma’ dawn. L-ghada li wasalt, inzilt fil-Knisja biex niltaqa` maghhom u nibda x-xoghol.  Sibt partita guvnotti u rigiel suwed, xi tmenin wiehed, ‘l bicca il-kbira Nigerjani. Sibt ukoll skoss nisa Filippini u xi ohrajn minn partijiet ohra tal-globu.  Tawni merhba bil-kif! Jien ma tkellimx wisq apposta biex inhalli lilhom jitkellmu u jfissru x’jixtiequ u x’qed jistennew minghandi. Hadt l-impressjoni li dawn in-nies ghandhom ghatx kbir biex jisimghu il-Kelma ta’ Alla, biex isiru jaghfu aktar lil Gesu` u biex jikbru.  Hafna minnhom, milli stajt nifhem, ghandhom problemi mhux zghar. Ix-xoghol tieghi ser ikun biex nipprova nghejnhom halli Gesu’ jaqta` l-ghatx ta’ dawn l-ahwa. Bdejt nifhem li l-esperjenza li kelli fin-Nigerja ghaxar snin ilu u dik fil-Filippini f’dawn l-ahhar snin ma kienux ghalxejn.Il-Mulej ma jghaddina minn xejn ghalxejn.  Konvint li l-Mulej ghazilni bhala ghodda biex nahdem ma’ dawn l-awha.  Cert li hawn hafna xi jsir.

 

Ghabex fil-Filippini

IC-CELEBRAZZJONI ta’ l-ewwel voti ta’ shabi n-novizzi marret kif mahsub.  Il-festa ta’ wara marret tajba wkoll.  Min gie baqa’ kuntent.  L-ghada, 9 ta’April inzilna flimkien fis-Seminarju ta’ Multinational u waqt cerimonja helwa afdajt lil Ezekiel, Pio, Vincent u Benedict lir-Rettur-il gdid taghhom. U hekk intemmet il-hidma tieghi man-novizzi. Kmieni l-ghada filghodu tlaqt ghal gimgha Hong Kong flimkien ma’ Lino Gauci, li gie biex jghaddi l-ahhar jiem mieghi.  Ghal quddies u n-naqra riflessjonijiet li ghamilt lis-sorijiet Frangiskani Missjunarji ta’Marija f’Hong Kong hallsu aktar milli stennejt.  Ma tawni l-ebda sold, niftehmu, imma hadu hsieb jirrangawlna biex noqghodu ghand il-patrijiet ta’ Giezu. U bhallikieku ma kienx bizzejjed, hadu hsieb biex johduna Macua u c-Cina. Il-Madre Provincjali baghtet maghna soru titkellem bl-ingliz u bic-ciniz kif ukoll karozza bix-xufier maghna. Aktar minn hekk! Dan hassejt li kien rigal minghand il-Mulej. Iccelebrajt Hadd il-Palm fil-parrocca tal-frangiskani f’Hong Kong u dak in-nhar filghaxija ergajna lura Manila. Kmieni l-ghada Lino, jien u Francis, wiehed min-novizzi li kelli is-sena l-ohra, morna Palawan. Palawan hija wahda mill-isbah gzejjer tal-Filippini. Kellna l-okkazjoni  nzur xi postijiet interessanti, xi kunventi tas-sorijiet u l-isqof tal-post.  L-isqof stedinna nieklu mieghu. Waqt l-ikel id-diskors, ma setghax jonqos, waqa’ fuq ic-ckejkna gzira taghna Malta.  Il-Funzjonijiet ta’ Hamis ix-Xirka u l-Gimgha l-Kbira ccelebrajthom ma’ l-isqof fil-Katidral ta’ Palawan.  l-Ghada kont lura Tagaytay biex immexxi l-Celebrazzjoni ta’ Sibt il-Ghid. Hadd il-Ghid filghodu kkoncelebrajt waqt professjonijiet temporanja tal-Merciful Sisters. Filghaxija Sr Carmen stiednet lili u lil Lino ghal ikel.  Kienet l-ahhar ikel mas-sorijiet Agostinjani. It-Tnejn filghodu baghat l-ahhar zewg pakketti. F’nofs in-nhar kont mistieden ghand l-Immaculatine Sisters u filghaxija kellna d-Despedita  fil-kunvent taghna. It-Tlieta filghodu qadt nippakkja l-ahhar affarijiet u naddaft il-kamra biex inhalliha nadifa.  Tard wara nofs in-nhar  sellimt lil ahwa f’Tagaytay u erhejnilha ghall-Airport. Kien l-ghabex tal-25 ta’April.

 

Angli fl-ajruport

GLORJA VELASCO, wahda mill-ahwa tal-Mixja tan-Neokatekumenat offriet li tigi tassistina fl-airport! Malta qatt ma rriffjutat qamh! Lino u jien stennejna lil Glorja quddiem il-bieb ta’ l-ajruport u kif giet dhalna. Ma nghidlikomx kemm mutetti minn naha u x’battikati mill-ohra qabel ic-checking-in! Il-baggailji l-kbar, l-aktar li kelli qabli t-taqtaq dwarhom, b’xi mod ghaddew. Imn’Alla kelli lil Lino mieghi biex qsamna il-piz - kien tassew Anglu!  L-imma wasal meta wieznuli l-baggalji ta’ idejjna.  Qaluli li kienu qtal wisq u talbuni biex nhallas 25 dollaru kull kilo jew li nnehhi xi affarijiet minnhom. Glorja kienet pronta qaltli biex ma nikkonfondi xejn ghax kienet ser tiehu hsieb tibghatli l-affarijiet li nhalli warajja hi permezz tad-DHL.  Rajtha tassew Anglu!  Wara din l-battikata, ghamilna c-checking-in, ghamilna il-formalitajiet l-ohra u tlajna fuq l-ajruplan u tlaqna. Kien kwazi nofs il-lejl.  Bl-ghajnuna ta’ Alla l-Missjoni fil-Filippini ntemmet wkoll. 

 

Home sweet home

MA SETGHAX jonqos, fl-Ajruport f’Malta sibt lil Mummy u d-Daddy u lil huti jistennewni.  Ingbart id-dar, cempilt lil Provincjal biex nghidlu li wasalt u dhalt nistrieh ftit.  Mort inqaddes, kilt u suppost rajt il-loghba l-Italja kontra il-Portugal. Izda tghidx kemm bdejt naghti bir-ras quddiem it-TV. Addio loghoba. Sellimt lil ommi u missieri, ghedt xi haga tat-talb u mort norqod. Tassew Home sweet home!

 

B’Gebla wahda...

SEBAH  L-EWWEL jum. Kif qomt kont qiesni stordut lanqas stajt nifhem fejn kont... Kont mill-gdid Malta! Il-jum ta’ qabel il-Provincjal fuq it-telephone nfurmani li ghada kellu jkun hemm laqgha tal-Patrijiet fil-Kunvent tar-Rabat.  Mort u b’gebla wahda lqat skoss patrijiet. Ghal-laqgha gew il-partijiet mill-kunventi kollha, wahdiet li ma gewx ghax kellhom impennji ohra. Fraht li kelli l-okkazjoni nerga’ narahom. Iccelebrajna Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tas-Sahha u wara tlabna flimkien fil-Grotta ta’ San Pawl. Dan ma kienx it-tmiem.  Mir-Rabat morna ilkoll l-Imgarr u kilna flimkien.  Minn fuq il-menu ghazilt li niekol il-fenek. Tghidx kemm kilt bil-qalb. Kemm l-ikel u kemm il-kumpanija kienu tajbin!

 

Bandla bejn il-Kunventi

KEMM DOMT Malta spiccajt nitbandal bejn il-Kunventi.  Kont norqod, inqum, nghid it-talb ta’ Sbih il-Jum u nqaddes fil-kunvent tal-Qawra Generalment f’nofs in-nhar kont inkun fil-Komunita’ ta’San Pawl il-Bahar.  Meta imbaghad Lino pprovdieli karrozza, stajt nigri u nzur lil genituri u lil huti, lil hbieb u xi benefatturi. Zmien ma kellix wisq. Din id-darba hadt gost l-aktar ghax kelli l-okkazjoni  naghti sehem fil-hidma pastorali: quddies, qrar, tberik ta’l-Ghid; kelli diversi attivitajiet  mal-Mission Group ta’ San Pawl, Mal-Ladies Circle ta’ Rahal Gdid u mal-Leaders tar-Renewal. Stednuni wkoll nilghab loghba football.  Mort izda bzajt li   ninbarax. Fil-Filippini kont imdorri nilghab fuq il-haxix  mhux fuq iz-zrar!  Kif kont in transit f’Malta sibt hin biex mort naqla` darsa. Serraht mohhi li ma kienet id-darsa ta’ l-ghaqal.  Ma rridt nitlef ghaqli! Fl-ahhar jum iccelebrajt l-Mother’s Day m’ommi u mal-familja.  Hadt gost li ergajna konna ilkoll flimkiem. L-ghada 15 ta’Mejju hallejt  Malta ghal destinazzjoni gdida.

 

Ikamet

KIF WASALT fit-Turkija tawni viza ghal tlett xhur.  Imma biex nghoqod aktar  ghandi bzonn viza specjali imsejha Ikamet. Ghaldaqstant qabel gejt kelli mmur l-Ambaxxata Turka f’Ruma biex naghmel it-talba u nippresenta d-dokumenti. Qed nittama li ma jiehdux hafna fit-tul biex jaghtuni l-Ikamet,

 

Tkun Ruma tara l-Papa

WAQT LI kont Ruma kien qed isir il-Gublew tas-Sacerdoti.  Hasra billi kelli hafna giri minhabba l-viza ma stajtx niehu sehem.  Xtaqt ghalinqas li waqt li kont Ruma nara il-Papa. l-Erbgha filghodu kont lestejt ix-xoghol u mort  l-Vatikan.  Vera irnexxili nara il-Papa li kien qed jaghti l-udjenza ta’ nhar  t’Erbgha. Waqt li kont Ruma mhux lil Papa biss rajt, rajt wkoll lil Fr Albert u lil patrijiet taghna li qed jistudjaw Ruma: Arthur, Censu u Antoine.  Rajt lil Joe Cremona ta’ MSSP. Kif kont fil-pjazza rajt ukoll il-Grupp ta’ Sacerdoti maltin li telghu Ruma ghal-Gublew.

 

INTERmezzo

WARA INTERMEZZO qasir f’Milan fejn iltqajt ma’ Grupp ta’ Benefatturi u rajt lil Inter jitilfu minn taht halqhom il-Coppa Italia. Irkibt l-ajruplan u tlaqt lejn Istanbul.  Jivvjagga mieghi fuq l-Alitalia kelli lil Nelvio Scala, ex-coach tal-Parma. Malli wasalt sibt lil Patrijiet jistennewni, fosthom Patri Alfons li gie minn Izmir.

 

Pakkett ma wasalx

LEJLIET LI tlaqt mil-Filippini baghat l-ahhar zewg pakketti direttament it-Turkija. Wiehed wasal.  L-iehor le. U s’ issa ghadu ma wasalx. Qieghed f’kuntatt mad-DHL, izda s’issa ghadhom ma jistghux isibuh.

Qed nitlob bil-herqa li jsibuh ghax fih ghadd t’affarijiet importanti fosthom xi partijiet tal-computer... u statwa ta’ San Frangisk ta’ l-Injam li tawni qabel tlaqt.

 

l-ewwel Köprϋ

DAN KIEN l-ewwel Köprϋ (pont) mit-Turkija. Ilni hawn ftit granet. Fil-harga ta’ il-pont li jmiss naghtikom aktar taghrif dwar il-missjoni u l-hidma tieghi hawnhekk, f’dan l-ambjenti Musulman

 

 ◄◄|werrej|►►

 

is-sejha

tal-pellegrinI

z

Kemm domt

fil-missjoni

fil-Filippini skoprejt

is-sejha

tal-pellegrin fil-hajja tieghi.   Skoprejt li

s-sejha  tieghi fiha diversi dimensjonijiet. Alla sejjahli biex inkun bniedem, nisrani, religjuz,  frangiskan, minuri, konventwali, sacerdot, missjunarju...

u fost dawn ...Pellegrin.

 

Jiena wkoll bhall-Pellegrin

qed nitghallem ninfatham

u ma norbot qalbi

ma’ hadd,

ma’ mkien

u ma’ xejn.