il-pont -  no 29                 Tagaytay  - Filippini

 

April 2000   no 29

◄◄|werrej|►►

Jinzel is-separju

L-ahhar intietef mill-Filippini

 

Ilni mhux hazin li mort l-ahhar it-tejatru. Inhobbu imma mhux possibbli li mmur spiss.  Insejt meta mort l-ahhar.  Nahseb, li jekk mhux sejjer zball, kien meta kont l-Ingilterra.  Waqt li kont ghal btala Malta kont mort ma habib l-Ingilterra u darba filghaxija morna naraw musical - Jesus Christ Superstar.  Bhal f’kull tejatru iehor, almenu jekk ma jkunx palk miftuh, il-play tibda bit-tlugh tas-separju.  Wiehed wara iehor jibdew johorgu l-atturi fuq il-palk u xena wara ohra, att wara l-iehor tizvolgi r-recita sakemm jasal it-tmiem u jinzel is-separju.  Il-gemgha fis-sala taghti l-applaws u tohrog biex tmur minn fejn giet.

 

Ftit aktar min erba’snin ilu tela` s-separju u bdiet il-missjoni tieghi fil-Filippini. Kelli diversi partijiet u  hdimt f’xeni differenti, l-atturi li hdimt maghhom kienu hafna u differenti wkoll.  Ir-recita kienet sabiha, b’partijiet sbieh u allagri, b’ohrajn drammatici jew inqas drammatici.  Kull xena kellha s-sabih taghha u zammitni anzjuz biex naghti l-ahjar interpretazzjoni sa l-ahhar. 

 

Il-palk huwa skola. Tul dawn is-snin tghallimt  u akkwistajt hafna esperjenzi godda.  Bhalissa qed nahdem fuq l-ahhar att.  Ftit iehor u jizel is-saparju.  Mhux qed nistenna applawsi. L-applawsi nhallihom ghal Mulej,  lilU biss glorja.  Li qed nistenna hu li l-Mulej jaghtini aktar forza halli x’hin jitla` separju iehor f’post iehor nkun nista` nahdem il-parti li jaghtuni bl-istess hegga u entuzjamu.  Sahha, Barka u talb.

 

Fr Thomas

 

Minn jistenna jithenna.

Meta kont qed inhejji l-ahhar harga ta’ il-pont kont ghadni ma nafx ezatt ‘l fejn kien qed jonfoh ir-rih.  Fl-10 ta’ Frar kellu jispicca l-kuntratt tieghi mal-Kustodja Filippina, pero` kont ghadni mhux fiz-zgur  fejn  kont sejjer.  Meta kont Malta l-General ta’ l-Ordni taghna kien indikali l-post.  Izda meta rritornjat fil-Filippini mill-btala kien hawn kurrenti li xtaqtni nibqa` naghti s-servizz tieghi hawn.  Sar anki diskors bejn is-superjuri tieghi hawn u l-General.  U  kont ghadni ma smajt xejn aktar minghand hadd.  Ma kontx naf x’kienet id-decizjoni jew x’ser jigri. Ser nispicca minn hawn? Ser nibqa’ hawn?  Iva?  Le? ... Xtaqt tassew inkun naf halli nserrah mohhi.  Intlaqt f’idejn il-Mulej.  Tlabtu biex jiehu kollox f’idejh u jkompli jmexxi u jfassal hU. Lanqas ghaddew 24 siegha nircievi e-mail minn Ruma minghand il-General  fejn qalli serrah rasek id-destinazzjoni ser tkun dik li tkellimna dwarha Malta. Meta kont Malta d-destinazzjoni kienet it-Turkija.  Il-General kien staqsini jekk kelli pjacir immur  naghti servizz fil-kunvent taghna l-Frangiskani f’Istanbul.  Qabli kienu diga` qalu  “Iva” u marru t-Turkija P. Alfons Sammut  u P Dumink Bonello. Issa kien il-mument li nghid “Iva” jien u mmur inxammar  u nahdem jien.  Qatt ma hlomt jew ghaddieli mill-garigor ta’ mohhi li xi darba kont ser nispicca nahdem man-nisel tan-Nofs Qamar. Cert li dawn huma  s-sorprizi tal-Mulej.  Huma d-disinnji, l-pjanijiet, it-toroq, il-modi jew ic-cajt tal-Mulej - sejhulhom li tridu!  Haga naf li hi zgura -   huma x’inhuma, huma l-ahjar.  Inhalli f’idejH biex kif kienu hU li wrieni subajh u taghni d-direzzjoni, jaghtini wkoll l-ghajnuna kollha li ninhtieg.   Cert minn dan. 

 

Ahwa Frangiskani

KONT RIEQED fil-fond meta daqq l-izveljarin fis-setghejn u nofs ta’ filghodu.  Xtaqt nibqa rieqed imma konna ftehmna li  nitilqu kmieni biex nevitaw koss traffiku.   It-tluq kien fit-3.00 ta’ filghodu. Kellna vjagg ta’ aktar minn tmien sieghat.  Id-destinazzjoni kienet id-dar tan-Novizzjat tal-Kapuccini f’Baguio, in-naha ta’ fuq tal-filippini.  Ghabbejna u tlaqna.  Talbt lil Philip biex jigi maghna halli jsuq il-van. Meta jkollna vjagg twil nhobbx  insuq jien.  L-iskop tal-vista kien biex insiru nafu lin-novizzi kapuccini aktar mill-qrib.  Kienet esperjenza sabiha!  Ghexna maghhom hamest’ijiem shah, tlabna, qsamna l-idejat, kilna, laghabna, hrigna flimkien kollox fi spirtu ta’ Ahwa Frangiskani.   Fl-ahhar ta’Jannar imbaghad kif kien miftiehem gew huma jzurna f’Tagaytay.  Dorna bihom mill-ahjar li stajna.  Hadt gost huma ukoll. Bejn it-23 - 25 ta’ Frar morna naghmlu l-istess esperjenza man-Novizzi ta’ Giezu f’Laguna.  Anke hawn kellna laqgha sabiha hafna.  Fost affarijiet ohra hejjew  pellegrinagg u zorna u tlabna fil-Knejjes Frangiskani taz-zona ta’ Laguna.  Huma knejjes antiki hafna, illum lanqas ghadhom immexxija mill-Frangiskani. Xahar ezatt wara fit-23 ta’ Marzu in-novizzi tal-minori gew izuruna f’Tagaytay.  Kemm il-Kapuccini u kemm il-Minuri  rringrazzawna ta’ l-inizjattiva li hadna biex naghmlu dawn il-laqghat.  Il-Gwardjan ta’ Giezu qalilna li b’dawn iz-zjarat ktibna pagna  gdida fl-istorja tal-Provincja taghhom. X’hemm isbah milli l-ahwa jghixu ta’ vera ahwa Frangiskani flimkien ukoll jekk il-lewn tat-tonka hija differenti.  Cert li San Frangisk ha gost bina.  Jalla li din l-inizjativa wara li nitlaq jien tkompli. 

 

Inter-Franciscan Novices’ Gathering

DIN IS-SENA ma kienet eccezzjoni.  L-ahhar gimgha ta’Jannar kellna l-laqgha ta’hamest’ijiem tan-novizzi kollha Frangiskani. “Kollha” suppost kollha.  Hafna kongregazzjonjiet ta’ ispirazzjoni frangiskana din is-sena ma gewx. Konna b’kollox xi tmenin bejn novizzi u formaturi.  It-tema kienet dwar il-Gublew maqsuma fi tlett aspetti:  Alla, l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.  Jien kont wiehed mit-tlett kelliema. Messni li nitkellem it-tieni jum dwar Alla l-Iben.  Hadt gost naqsam ma’ dwan iz-zghazagh l-esperjenza  ta’ Gesu` tieghi.  Kienu jiem tassew sbieh.  In-novizzi tieghi kienu involuti fl-organizzazzjoni u qatghu figura tajba hafna.  Hassejtni kburi bihom!

 

l-10 ta’ Frar

CERTAMENT fil-Filippini l-10 ta’ Frar mhux festa. Xorta wahda ma setghax  jonqos li niccelebraw ta’Maltin li ahna.  Andrew u Fr  Victor kienu mpenjati. Jien ma kontx b’idi fuq zaqqi,pero` xorta kkuntatjat lil-Sister Carmen Borg u mort man-novizzi u ccelebrajna quddiesa ad unur San Pawl.  Talbna ghal Malta u ghal Maltin. Wara is-sorijiet ippreparaw xi haga ta’ l-ikel.  Kien aktar pranzu milli kolazzjoni. 

  

Demmi ilma

MA NAFX JEKK demmek sarlex xi darba ilma. Tieghi m’ilux tant wisq...u ghal darba tnejn. L-ewwel mort il-posta biex nibghat pakkett  t-Turkija u ma setgghux isibu t-Turkija fuq il-lista.  Allura qaluli li t-Turkija ma tezistix. Demmi sarli ilma. Bhalikieku mhux bizzejjed, mort ghand id-DHL biex nipprova nibaghat pakkett din id-darba Malta. It-tfalja ntamata wara il-bank qatli li Malta mhux fl-Ewropa u  rieditni inhallas ir-rata ta’ “any other country”, li kienet nofs darba aktar.  Dawn in-nies donnhom qatt ma studjaw geografija! Trid tiehu pacenzja tghidx kemm, inkella mhux biss demmek isir ilma imma titlef ukoll il-boxla.

 

Donnhom ftehmu

IX-XHUR TA’ Frar u Marzu spiccajt bla nifs. Ma l-iskoss affarijiet u impennji li kelli ziedu partita Irtir lis-sorijiet.  Donnhom ftehmu. Kif saru jafu li ser inhalli il-Filippini  talbuni biex qabel nitlaq naghtihom irtir.  Il-bicca il-kbira kienu rtir ta’ gurnata.  Wiehed minnhom ta’ gimgha. Dan ta’ ahhar kien barka ghalija wkoll.  Kien mezz biex nistrieh jiena wkoll.  Is-Sorijiet ta’ l-Angli tawni kamra thares fuq l-ghadira Taal u fil-hinijiet liberi noqghod ghal kwiet quddiem din il-veduta sabiha.  Fil-fatt dan il-pont qed nippreparah ghand is-sorijiet ta’vl-Angli - ma hassejtx xi haga Angelika int u taqra?

 

Lura id-dar

JULIAN TEMM in-novizzjat f’qasir zmien. Jum minnhom fil-bidu ta’ Frar gie jiftah qalbu mieghi fil-kamra u qalli li kien bi hsiebu jmur lura id-dar.  Hass li din mhux it-triq ghalih. Hafna msejhin, imma ftit maghzulin.  Giljan ma kienx maghzlu.  Jumejn wara mar id-dar. Fahhartu mal-komunita` kollha talli gharaf jiehu d-decizzjoni fil-waqt.  Hafna jsibuha bi tqila biex jiedu decizzjoni, whud jehduha tard wisq... jew ma jiehduha qatt u jibqghu jghixu mdejqa huma u jdejqu lil haddiehor maghhom.  Giljan kellu l-kuragg jiehu d-decizzjoni f’waqtha. Issa baqghu erba’ li komplew il-mixja - Ezekiel, Pio, Vincent u Benedict. Jalla jipperseveraw!

 

Professjoni tal-voti

IL-PROFESSJONI tal-vot wara il-bieb. Hija iffissata ghat-8 ta’ April.  Diga’ ltqajna u rajna kollox: min ser jaqra, min ser jtala` l-offerti, min ser jaghmel ir-ringrazzjament, fejn ser joqghodu, min tiela` l-ewwel, min ser ikanta, min ser iservi... Kollox imhejji bid-dettal. L-inviti ntbaghatu, s-santi mhejjija, ghandna naghmlu prova generali lejliet.  Nemmen li s-sigriet tas-success f’dawn ic-celebrazzjonijiet huwa fil-preparazzjoni. Minn dak li hejjejna kollox ghandu jmur tajjeb.  L-ahhar parti tat-thejjija huwa l-irtir.  L-ewwel kont ser immexxih jien kif ghamilt dawn l-ahhar snin. Imma issa l-irtir ser jaghmluh mal-kjerci hawn f’Tagaytay u ser imexxi l-irtir l-Isqof ta’ Parañaque.  Grazzja ohra minghand il-Bambin, li jaf li ghandi bzonn ftit tal-mistrieh!

 

Cajta ta’ April

FL-1 TA` APRIL  ghandu jasal Lino minn Malta.  Le mhux cajt ta’April!  Ghandu jigi hawn biex jghaddi ftit jiem mieghi hawn imbaghad ninzlu lura Malta flimkien. Xejn xejn jaghtini daqqa t`id biex ingorr xi affarijiet. Dak in-nhar li jasal jahbat is-sittax anniversarju minndu ghamilt il-Professjoni Solenni - dik kienet cajta ta’ April zgur! Jalla l-Mulej, li jhobb jiccajta, jkompli jitbissimli u jaghtini l-ghajnuna mhux tant biex ingorr l-affarijietlejn Malta imma biex ikompli ingorr is-salib ta’kuljum u biex nwettaq dak li jitlob minni. 

 

Inhott il-pont

DAN SER IKUN l-ahhar numru ta’ il-pont mil- Filippini. Nixiteq nirringrazzja lil Alla ghax permezz ta’ dan il-pont zammejt kuntatt mal-familjari, mal-patrijiet, ma’ hafna hbieb u benefatturi.  Il-pont  qassar id-distanza bejn il-Filippini u Malta.  Permezz tieghu hassejtni eqreb u dhalt fi djarkom biex nirrakkontalkom l-intietef u l-grajjiet ta’ l-esperjenza missjunarja tieghi f’din il-parti tal-globu.  Issa ser inhott dan il-pont.  Nemmen li l-Mulej jaghtini l-ghajnuna biex inxammar u nibda nibni  Kupru  iehor - hekk isejhulu il-pont bit-turk. Din id-darba bejn it-Turkija u Malta. Cert li minn hemm ukoll insib x’nirrakkonta.

 

Kampanja battal

BICCA UGIEGH ta’ ras, iva, imma trid issir.  Meta jasal iz-zmien li ticcaqlaq minn kunvent ghall-iehor jasal l-ugiegh ta’ ras tal-garr. Ma tistax tahrabha. Jien ghandi mir-regettiera, dejjem nigemma` l-affarijiet  fil-kamra. Mhux facli ngorr kollox.  Dawn l-ahhar gimghat kont ghaddej b’kampanja battal.  Tghidx kemm qattajt, hraqt, armejt u tajt affarijiet.  Fost dawn l-affarijiet kelli mijiet ta’ ittri li rcevejt u mijiet ta’ kopji ta’ dawk li baghat spiccaw kollha huggiega u rmied.  Ghafsa ta’ qalb veru!  Imma ma jistax ikun ingorr kollox.  Issa ghandi l-kamra kwazi battala.  Fadalli xi cekcik zghir imma bl-ghajnuna tal-Bambin insibilhom posthom ukoll. 

Il-biljett lura lejn Malta huwa bbukjat ghat-Tlieta, 25 ta’April.  Malta nasal l-ghada.  Ikun biss tlett ijiem wara l-Ghid, nilhaq bicca figolla!  Ghadni ma nafx kemm ser indum Malta qabel ma nitlaq ghat-Turkija. Naf  zgur li mhux wisq.  Nittama li jkolli zmien bizzejjed biex niltaqghu.   Sahha.  Narakom Malta jekk Alla jrid.

 

◄◄|werrej|►►

 

L-ahhar grupp ta' novizzi

z

Qatt ma hlomt

jew ghaddieli

mill-garigor ta’ mohhi li xi darba kont ser nispicca nahdem

man-nisel

tan-Nofs Qamar.

Cert li dawn

huma 

s-sorprizi

tal-Mulej

Huma

d-disinnji,

l-pjanijiet,

it-toroq, il-modi jew ic-cajt

tal-Mulej - sejhulhom

li tridu! 

Haga naf li hi zgura -  

huma x’inhuma, huma l-ahjar.