il-pont - kelmtejn ta' qabel |
|
|
kelmtejn ta' qabel
il-pont twieled b’mod naturali hafna. Malli wasalt bhala missjunarju fil-Filippini fis-6 ta' Jannar 1996 bdejt nikteb u nircievi ghadd ta’ ittri. Fl-ittri li bdejt nikteb kont qed nirrepeti l-istess grajjiet li nghaddi minnhom. Ghalhekk gieni l-hsieb li naghmel “newsletter” li fiha nirrakkonta l-esperjenzi principali li kont nghaddi minnhom. Kont nibghat kopja ta’ il-pont u nota ckejkna li kull min ikun kitibli.
Ghazilt l-isem "il-pont" ghal raguni semplici. Xtaqt permezz tal-kontenut nohloq u nzomm pont mal-familjari, l-patrijiet, il-benefatturi tal-missjoni u l-hbieb.
Bdejt bl-ewwel numru fi Frar 1996. Numru wara l-iehor mill-Filippini, mbaghad mit-Turkija u minn Assisi bqajt naghmel hilti biex nibqa' nippreparah u nwasslu n-naha l-ohra tal-pont, permezz tal-posta, permezz ta' l-email u issa on-line permezz ta' dan il-web-site.
il-pont huwa mezz ta’ kuntatt.
Il-pont fih gabra ta’ ftit mill-esperjenzi li ghaddejt minnhom bhala missjunarju frangiskan fil-postijiet li kont. Meta dawn l-esperjenzi waslu n-naha l-ohra tal-pont, dehru li ntlaqghu tajjeb. Il-Mulej jinqedha b’kollox u b’kulhadd. Ma neskludix li jista` jinqeda b'dan il-pont wkoll biex iwassal xi kelma tajba jew tbissima fuq fomm dak li jkun. Darba kien hemm xi hadd li, bla ma qaghad idur mal-lewza, qalli: “Veru m’ghandekx taghmel!”. B’idejja fuq zaqqi qatt ma naf li qaghadt u min qara il-pont u min jafni jista` jghid jekk ghandix x’naghmel jew le. il-pont generalment naghmlu fil-hinjiet battala li jkolli. Cert li huwa mpenn. Imma dan l-impenn naghmlu bil-qalb kollu. Xejn xejn waqt li naghmlu nhossni eqreb taghhom ilkoll. U ghandi nifhem li meta tkunu qed taqraw thossukom qrib tieghi. Dan huwa il-valur ewlieni ta’ il-pont.
il-pont online qed jinkludi wkoll gabra ta' taghrif dwar San Frangisk. Dan qed naghmlu biex nimla vojt. Skoprejt li hawn ghadd ta' siti b'diversi ilsna dwar San Frangisk, izda bil-malti ma' sibt xejn. Il-pagni li hejjejt dwar il-Qaddis ta' Assisi huma ndirizzati lil Maltin, f'Malta u barra, li jixtiequ jsiru jafu aktar lil dan il-Bniedem ta' Paci. Jalla dawn il-pagni jservi mhux biss biex insiru nhobbu aktar lil San Frangisk, izda wkoll biex bhalu ahna wkoll nsiru Strumenti tal-Paci fi zmienna.
Dawn il-Pagni nibtu bil-hsieb li jkunu speci ta' appendici ghal il-pont. Gara, izda, l-maqlub il-pont spicca l-appendici. Ma gara xejn, nhoss bix-xieraq li San Frangisk ikollu l-ewwel post kif ukoll l-attenzjoni principali.
Il-Mulej jaghti s-Sliem lil kull minn jaqra dawn il-pagni.
Fr Thomas Calleja OFMConv. Jannar 2003 |
|
Il-pont fih gabra ta’ ftit mill-esperjenzi li ghaddejt minnhom bhala missjunarju frangiskan fil-postijiet fejn kont.
F'din il-verzjoni on-line qed nipprezenta gabra ta' talb, grajjiet, kitbiet u ghadd ta' taghrif iehor bil-Malti marbuta ma' San Frangisk ta' Assisi.
fr Thomas
|