il-pont - no 33 Istanbul - Turkija |
|
|
Milied 2000 no 33 Bambin Tork m’hawnx
IL-MILIED QRIB. Din is-sena ser ikun ghalija l-ewwel Milied Tork. Lanqas biss ghandi hjiel x’ambjent ser jkunu hawn dan il-Milied f’art Musulmana. Fil-Filippini ma’ Settembru kont tkun diga` bdejt thoss l-atmosfera tal-Milied gejja bil-mod. F’Malta ma nofs Novembru il-hwienet u t-toroq ikunu diga’ armati bid-dwal u t-tizjin tal-Milied. Hawn s’issa xejn! L-ebda hjiel ta’ Milied!
Meta gejt biex nikteb dawn iz-zewg kelmiet gieni f’mohhi l-kliem ta’ l-ghanja Maltija: “Bambin Iswed”. Il-kantant jirrakkonta l-grajja fi tfulitu. Jghid li fil-klassi kienu b’kollox tnejn u ghoxrin, b’ghanjehom cassi kollha msahhrin jisimghu l-grajja tal-Milied - tal-Bambin helu, li sliem ried igib. Jirrakkonta kif wiehed minn shabhom kien b’gilda sewda, xaghru nnuklat, li bhal tfal l-ohra kien ipprepara presepju bl-angli, l-magi, l-bqara u l-hmara. Izda ghal dan it-tfajjel, iswed xaghru nnukklat il-maxtura baqghet minghajr Bambin. It-tfal tal-klassi kollha kienu mnikktin. Ghal dan t-tfajjel Gesù Bambin kien b’gilda sewda, b’ghajnejh ckejknin. Habblu mohhhom, ccassaw lejh, “ghax Bambin iswed ma kienx ghal bejgh!”. Fiz-zmien meta l-kantant kien tifel bambini suwed b’xaghrhom innuklat forsi ma kienux ghal bejgh. Imma llum il-gurnata fil-hwienet mal-bambini bojod tal-gibs jew tax-xemgha, bambini suwed bin-nokkli issib zgur wkoll. Bambini Torok ma nafx jekk insibx?!
Bambin Tork m’hawnx ghal bejgh! Hawn fit-Turkija hawnx post ghal Milied. Huwa Milied bla presepju. Milied bla maxtura! Milied minghajr Bambin! Milied bla Dawl! X’qasma ta’ qalb! Itini li nitlob: “O Alla, int dawwalt il-lejl tal-Milied bid-dija tad-Dawl ta’ Gesù Bambin, aghmel li kif ahna gharafna l-misteru tad-dawl ta’ Ibnek, hekk ukoll hutna Torok jaghrfu u jilqghu d-Dawl ta’ Gesù Bambin. Amen”.
Jalla t-talb tieghi tkun it-talba taghkom wkoll. Il-MILIED it-TAJJEB u jalla IS-SENA 2001 tkun mimlija bid-Dawl.
Fr Thomas
Imbarazz, tiben u dawl
Kif kont diehel il-bieb tal-Kunvent hbatt ma’ Suor Camilla, wahda
mis-sorijiet li hawn iservu fil-parrocca taghna. Kienet ma soru ohra,li
kienet ghadha kemm giet mill-Italja. Kif ratni bi tbissima fuq Issa waqt li qed nikteb regghet gietni f’mohhi mill-gdid din l-istorja. Hija storja li sibtha darba fi ktieb u li rrakkuntajtha diversi drabi u f’ghadd ta’ postijiet differenti. Mhix xi storja gdid. Ma nohodiex bi kbira li xi darba jew ohra qrajtuha jew smajtuha intom ukoll. Hija l-istorja tal-Missier li kien wasal qrib il-mewt sejjah lil uliedu. Xi hadd bhalissa qed ijahseb: “Nafa, dik li kellna fil-Ktieb Wild Thyme Reader, li kellna fl-iskola Primarja fi tfulitna! - dak li qalilhom li fl-ghalaq hemm tezor!”. Le mhux dik. Hijal-istorja tal-Missier li ried ihalli n-negozju tieghu f’idejn it-tifel l-aktar intelligenti. Sejjah lit-tlett itfal u tahom cavetta kull wiehed u qalilhom: “Ghandkom kamra ta’ l-istess daqs kull wiehed, li ghandkom taghmlu hu li tippruvaw timlew il-kamra kollha. Imlewha biex tridu! Ghandkom sat-tmienja ta’ filghaxija. Min minmkom jirnexxilhu jimliha kollha jiehu il-business f’idejh”.
L-Iben il-kbir beda jdur ma kullimkien u kull bicca mbarazz beda jgorrha fil-kamra. Mar fil-garage u kull ma sab garru - mwejjed, siggiet, cupboards, bottijiet u laned, saqqijiet qodma... insomma, gabar skoss junk. Sa filghaxija ma kien hemm fejn toqghod labra fil-kamra. Il-fustani wara li qed jahsibha ftit, qabad it-telefon, cempel u ordna zewg trukijiet tiben u heles hafif. F’qasir zmien il-kamra kienet mimlija sa ruh ommu bit-tiben! Iz-zghir ma deherx li thabat wisq ftit qabel it-tmienja dahal fil-qamra halla xi haga f’nofs il-karma, sakkar il-bieb u jissokta fuq xogholu.
Mat-tmiejna bum il-Missier sejjah lil uliedu biex jara x’ghamlu u jkun jista’ jaqta’ s-sentenza. Malli l-ewwel wiehed fetah il-bieb il-Missier baqa’ miblugh: “Kif irnexxilhek issib daqshekk imbarazz! Barvu ghalik hej!”. Kif il-futani fetah il-bieb harget riha ta’ tiben taqsam. Il-Missier staghgeb: “Imlejtha tajjeb tassew!” Kif iz-zghir fetah il-bieb il-Missier qarras wiccu x’hin fil-kamra lemah biss xemgha ckejkna mixghulha. “Minn dalghodu ‘l hawn xemgha biss poggejt fil-kamra?!” staqsa rrabbjat il-Missier. “Missier - wiegeb l-iben iz-zghir - int m’ghedtx li kellna nimlew il-kamra? Jien imlejt il-kamra bid-dawl tax-xemgha. Ara kull rokna tal-kamra mdawwla!”. Lil liema fost uliedu tahsbu li halla n-neguzju? Il-Missier halla n-nugozju liz-zghir - kien l-aktar ghaqli fost huti.
Hemm hafna modi kif wiehed jista japplika din l-istorja. Jien inhobb nghid li din hija l-istorja taghna. Ahna wkoll gejna moghtija hajja (kamra) u tul ta’zmien biex jimlew hajjietna. Mhux sorpriza li hafna bhal l-ewwel tifel jimlew hajjiethom bil-junk kollu li toffri d-dinja. Ohrajn jimlew hajjiethom bit-tiben, li malli taghtih sulfarina jaghmel fjamma, li mbaghad tmut f’qasir zmien. Ohrajn aktar ghalqin jimlew hajjithom bid-Dawl.
Il-Milied huwa festa tad-Dawl. L-element tad-dawl insibuh jispikka fil-qari tal-grajja tal-Milied. Dan id-Dawl mhu hadd hlief Gesù inniffsu - d-Dawl tal-bnedmin; id-Dawl jiddi fid-dlam, id-Dawl tassew! Gesù li huwa t-tifel ta’ l-istorja li mela mhux biss il-kamra izda d-Dinja kollha bid-dija tad-dawl tieghu. Ahna il-poplu li kien mixi fid-dlam idda fuqna dan Dawl kbir. Ghal elfejn sena id-Dawl li fegg fuqna baqa’ jiddi. F’dawn il-jiem tal-Milied niccelebaraw l-2000 sena mit-twelid tal-Feddej taghna. Nixtieq li niccelebraw dan il-Geblew 2000 billi nwarrbu l-imbarazz, nahirqu t-tiben u nifthu hajjitna ghad-Dawl u nghixu ta’ wlied id-Dawl. Nixtieq li bhat-tifel ta’ l-istorja nhallu d-dija ta’ Gesù Bambin timla kull rokna ta’ hajjietna. Dan nixtieq u nitlob ghalija u ghalikom ilkoll f’dan il-Milied. |
|
IL-MILIED FESTA TA' DAWL
Fit-Turkija hawnx post ghal Milied. Huwa Milied bla presepju. Milied bla maxtura! Milied minghajr Bambin! Milied bla Dawl! X’qasma ta’ qalb! Itini li nitlob:
“O Alla, int dawwalt il-lejl tal-Milied bid-dija tad-Dawl ta’ Gesù Bambin, aghmel li kif ahna gharafna l-misteru tad-dawl ta’ Ibnek, hekk ukoll hutna Torok jaghrfu u jilqghu d-Dawl ta’ Gesù Bambin. Amen”. |