Spirtu ta' Assisi

 

◄◄|werrej|►►


L-Ispirtu ta' Assisi

u d-Djalogu Ekumeniku


kitba ta' P. Massimiljan Mizzi OFM Conv.


Id-Djalogu Ekumeniku u Interreligjuz

 

Id-djalogu ekumeniku u interreligjuz huwa haga relattivament gdida fil-Knisja Kattolka. Il-Knisja bdiet tithaddet fuq l-ekumenizmu mill-Koncilju Vatikan II specjalment meta gie ppubblikat iddokument `Unitatis Redintegratio', dwar l-ghaqda ta' l-Insara. F'dokumenti ohra tal-Koncilju, partikularment fid-dokumenti `Nostra Aetate' (dwar ir-relazzjonijiet tal-Knisja mar-Religjonijiet mhux Insara) u `Ad Gentes' (dwar l-attivita' missjunarja tal-Knisja) u fl-Enciklika tal-Papa Pawlu VI `Ecclesiam Suam' (19 ta' Mejju 1964), il-Knisja Kattolka fethet il-bieb ghad-djalogu ekumeniku u l-kollaborazzjoni mar-religjonijiet dinjija.

 

Qabel xejn, pero, irrid naghmel distinzjoni bejn ekumenizmu u djalogu interreligjuz.

 

B'Ekumenizmu nifhmu dawk l-attivitajiet, inkluz it-talb, li jsiru mill-Kristjani (Kattolci u membri tal-Knejjes l-ohra) biex l-Insara jergghu jinghaqdu flimkien f'merhla wahda b'fidi wahda.

 

Bi Djalogu interreligjuz nifhmu dawk ir-relazzjonijiet, tahdit u laqghat li jsiru bejn ir-religjonijiet tad-dinja, inkluza r-religjon Kattolka, biex jitkellmu fuq hwejjeg spiritwali, biex ifittxu soluzzjonijiet pacifici fi zmien ta' gwerer u konflitti, biex jahdmu flimkien ghall-harsien tal-holqien, ecc.

 

F'Assisi sa minn qabel il-Koncilju gie li saru xi kuntatti mal-Protestanti li kienu jzuru din il-belt ta' San Frangisk, imma kienu ftit jew xejn izolati u mhux kontinwi fiz-zmien. Wara l-Koncilju Vatikan II, P. Leonard Van Den Berg OFM Conv, Olandiz, waqqaf dar f'Assisi fejn kienu jiltaqghu flimkien Kattolci u Protestanti mill-Olanda bi skop ta' hbiberija.

 

F'Mejju 1960, zmien sewwa qabel il-Koncilju Vatikan II, jien iltqajt ma' xi Inglizi hdejn il-Bazilka ta' San Frangisk u fosthom kien hemm zewg patrijiet b'coqqa tal-Frangiskani li wara qaluli li kienu Anglikani. Flok ma hrabthom, qbadna diskursata dwar San Frangisk u tkellimna dwar il-Knisja. Dak in-nhar ghalija nfetah il-bieb ta' l-ekumeniimu. Dak iz-zmien, qabel il-Koncilju Vatikan II, ma konniex nuzaw il-kelma `ekumenizmu' billi fil-Knisja Kattolka l-unika triq kienet dik tal-konverzjoni lejha. Wara din il-laqgha providenzjali bqajt niltaqa' ma' l-Anglikani li jigu Assisi regularment u iktar tard mal-Luterani ta' l-Iskandinavja., Imbaghad wara l-Koncilju fl-1965 l-Isqof ta' Assisi waqqaf il-Kummissjoni ta' l-Ekumenizmu u gejt maghzul bhala membru. Billi digà kelli hafna esperjenza u kont nitkellem bl-Ingliz, kont il-qofol tal-Kumissjoni, tant li ftit snin wara gejt mahtur segretarju.

 

'Ispirtu ta' Assisi'

Assisi issir Belt Ekumenika

 

Sadattant Assisi bdiet tiehu xejra ta' `belt ekumeniku' fejn hafna Anglikani, Protestanti u xi Ortodossi bdew jigu ghal-laqghat ta' djalogu u talb. Barra minn dan ix-xoghol f'Assisi, bdejt niwjagga f'diversi pajjizi ta' l-Ewropa. L-ewwel zewg vjaggi kienu lejn l-Inghilterra (1967) u Taize (1969). Wara qbadt it-triq ta' l-Iskandinavja (l-Isvezja, id-Danimarka, in-Norvegja u l-Finlandja), il-Germanja, il-Belgju, l-Irlanda ta' Fuq u pajjizi ohra, fejn kont naghmel laqghat, konferenzi u rtiri Frangiskani u sahansitra kont nigi mistieden biex nipprietka fi knejjes Anglikani u Protestanti. Billi deher hafna frott sabih, gie mwaqqaf fis-Sacro Convento  ta'Assisi c-Centru Ekumeniku Frangiskan u x-xoghol baqa' jizdied.

 

Ftit tas-snin wara, xi Buddisti u Induwisti gew iqattghu ftit granet fis-Sacro Convento. Kienu l-ewwel passi fit-triq tad-djalogu mar-religjonijiet mhux Insara, li sadattant beda jiehu xejra mhux hazin. Fis-27 ta' Ottubru 1986 il-Papa Gwanni Pawlu II nieda l-Laggha Dinjija ta' Talb ghall-Paci fil-belt ta' Assisi. F'din il-laqgha hadu sehem tista' tghid ir-religjonijiet kollha tad-dinja u nfethu orizzonti wiesgha ferm ghad-djalogu u r-relazzjonijiet mhux hiss bejn il-Knisja Kattolka u r-Religjonijiet Dinjija, imma wkoll bejn l-istess religjonijiet. Wara din il-laqgha, il-frazi `djalogu interreligjuz' harget fil-berah u, fir-realtà bdew isiru wkoll hafna laqghat ta' din ix-xorta. L-ewwel laqgha wara dik ta' Assisi saret fi Kyoto, fil-Gappun, fuq il-Muntanja Hiei fit-3-4 ta' Awwissu 1987 u jien kelli x-xorti niehu parti fiha bhala rapprezentant ta' Assisi u tal-Frangiskani. Fid-dinja kollha bdew jitkellmu fuq l-`Ispirtu ta' Assisi'- frazi uzata ghall-ewwel darba mill-Papa Gwanni Pawlu II.

 

Centru Frangiskan Internazzjonali ghad-Djalogu (CEFID)

 

Wara l-laqgha tar-religjonijiet f'Assisi l-Ordni tal-Minuri Konventwali waqqaf ic-Centru Frangiskan Internazzjonali ghad-Djalogu (CEFID) u P. Massimiljan Mizzi gie mahtur Delegat Generali ghall-Ekumenizmu u d-Djalogu Interreligjuz. Bil-ftuh ta' dan ic-Centru l-attivitajiet ekumenici u ta' djalogu bejn ir-religjonijiet zdiedu ferm kemm fil-belt ta' Assisi, kemm f'postijiet ohra fl-Italja u kemm ukoll f'hafna pajjizi tad-dinja.

 

L-attivitajiet tac-CEFID f'Assisi jinkludu fost l-ohrajn konferenzi, laqghat ta' talb ekumeniku u interreligjuz u djalogu. Hafna Anglikani u Protestanti jigu fic-CEFID biex jiccelebraw il-quddiesa taghhom, biex jinghaqdu maghna fit-talb ghall-ghaqda bejn l-Insara, biex jassistu ghall-quddiesa Kattolka, biex jaghmlu xi rtir jew biex jiehdu xi informazzjonijiet dwar dawn l-attivitajiet. Fost l-ohrajn jigu isgfijiet, specjalment Anglikani u Luterani, nisa u rgiel ta' kull età, kardinali, politici u zghazagh. Il-bicca l-kbira jigu fi gruppi. Barra minn hekk, jigu hafna segwaci tar-religjonijiet tad-dinja b'mod Specjali Buddisti u Xintuisti mill-Gappun u Induwisti mill-Indja.

 

Fil-Gappun hemm assocjazzjoni ta' Buddisti lajci li tissejjah Rissho Kosei-kai. Dawn il-Buddisti ilhom jigu Assisi sa mill-1975. Dawn jigu biex jaghmlu esperjenza ta' fidi Nisranija u biex jitghallmu mill-hajja ta' San Frangisk. Fil-laqghat li naghmlu nkellimhom fuq Alla, fuq il-Madonna, fuq it-talb, il-hajja Nisranija u San Frangisk. Hafna ohrajn, patrijiet Buddisti u Induwisti, jaghmlu pellegrinaggi lejn Assisi u hemm isumu u jitolbu ghall-paci fid-dinja. Gieli, fit-ghaxija tard, meta l-Bazilka tkun maghluqa, niltaqghu fit-kripta fejn hu midfun San Frangisk u nqattghu zmien twil fit-talb silenzjuz u meditazzjoni profonda.

 

Dan l-ahhar gie kap spiritwali Buddista mill-Gappun u mieghu kellu 43 bejn patrijiet, sorijiet u lajci, kollha Buddisti, u qattajna jum ta' meditazzjoni u riflessjoni spiritwali fit-kappella u s-sala tal-konferenzi tac-CEFID. Ghal din il-laqgha jien stedint xi nies minn Assisi u xi patrijiet li lkoll qalu li ghalihom dak kien jum ta' esperjenza spiritwali li ma jinsewh qatt.

 

Ftit ilu c-CEFID organizza liturgija ta' riflessjoni dwar il-harsien tal-holqien ibbazata fuq l-ispiritwalità ta' diversi religjonijiet. Din il-laqgha saret fit-Bazilka ta' San Frangisk u fiha hadu sehem Buddisti mill-Gappun u l-Korea, Baha'i, Musulmani, Anglikani, Luterani u Kattolci. L-Arcisgof ta' Perugia, Mons. Giuseppe Chiaretti, ippresjieda din il-laqgha. Ma hemmx ghalfejn nghid li ahna noqoghdu attenti hafna biex nevitaw il-konfuzjoni, in-nuqqas ta' carezza u s-sinktretizmu.

 

Kull sena jigu fic-CEFID ma' l-elf u tliet mitt ruh. Principalment huma Anglikani, Luterani, Ortodossi, membri tat-Free Churches li jigu mill-pajjizi ta' l-Ewropa specjalment mir-Renju Unit, l-Isvezja, id-Danimarka, l-Italja, il-Finlandja, il-Germanja, u l-Istati Uniti. Ohrajn huma Buddisti, Induwisti, Xintuwisti u jigu mill-Gappun, mill-Indja u minn pajjizi ohra ta' l-Asja.

 

Barra minn hekk, ic-CEFID wassal l-ispirtu ta' Assisi f'hafna artijiet ohra 'l Barra mill-Italja. Kemm ili impenjat f'dan ix-xoghol tista' tghid li vvjaggajt fil-pajjizi kollha ta' l-Ewropa Occidentali (u mhux darba wahda) u f'diversi pajjizi ta' l-Ewropa Orjentali bhalma hi r-Russja, ir-Repubblika ta' Georga, l-Estonja, ir-Rumanija. Barra minn hekk, kelli x-xorti li nivvjagga f'pajjizi li jinsabu fit-kontinenti l-ohra bhall-Gappun, l-Indja (diversi drabi), il-Korea, il-Filippini, l-Afrika t'Isfel, iz-Zambja, l-Awstralja, l-Amerka Latina u l-Amerka ta' Fuq (hafna drabi). Barra minn hekk, ta' spiss nigi msejjah biex niehu parti f'laqghat dinjija bhalma huma l-Gurnata Dinjija ta' Talb ghall-Paci to Assisi, li hdimt hafna ghaliha, l-ewwel Laqgha bejn ir-Religjonijiet li saret wara dik ta' Assisi fi Kyoto, il-Gappun, il-Parlament tar-Religjonijiet f'Chicago u f'Cape Town, is-Summit tar-Religjonijiet fin-Nazzjonijiet Unti fi New York, il-Laqgha tar-Religjon Sikh li saret fil-Punjab, l-Indja, li fiha hadu sehem zewg miljun Sikh u nofs, u hafna laqghat ohra.

 

Dan ix-xoghol qed isir biex l-ispirtu ta' Assisi jkompli jissahhah fl-istess belt ta' Assisi u l-vjaggi jservu biex dan l-ispirtu jibqa' jixtered mad-dinja u, fl-istess hin, il-prezenza Frangiskana u Kattolka ma tonqosx f'dawn il-laqghat ta' ekumenizmu u djalogu interreligjuz.

◄◄|werrej|►►


Dan l-artiklu ta' Patri Massimiljan Mizzi huwa mehud minn Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Nru 4, Ottubru 2001

Assisi 2.5.2003


Ic-Centru

Internazzjonali

Frangiskan

ghad-Djalogu

u il-Paci

(CEFID)

huwa mmexxi

minn Patri Massimiljan Mizzi OFMConv.