Il-Paci Fostna - pastorali tar-Randan 2003

◄◄|werrej|►►


Il-Paci Fostna


ITTRA PASTORALI GHAR-RANDAN 2003

MILL-ARCISQOF TA’ MALTA

U L-ISQOF TA’ GHAWDEX


 

Mahbubin Uliedna,

 

Ir-Randan li ghadna kemm bdejna, din is-sena gab mieghu xi haga li forsi mahhassejnihiex fis-snin l-ohrajn.

 

Ir-Randan din id-darba huwa msieheb minn biza’ serju ta’ gwerra ohra. Forsi qatt daqs il-lum ma kien mehtieg li nitolbu u nahdmu ghall-paci.

 

Il-bniedem modern ihossu miblugh meta jirrifletti fuq l-effetti dizastruzi li tnisslu mill-izbalji li ghamel hu stess; u min-naha l-ohra jhossu bla hila biex izomm boghod minnu dawn l-effetti. Imkabbar bil-progress xjentifiku u teknologiku tieghu, il-bniedem ipproduca armi qerrieda li kapaci jtemmu popolazzjonijiet shah, izda ma rnexxilux imbaghad itella’ swar ta’ istituzzjonijiet socjali u valuri morali, li jistghu jipproteguh minn dan il-periklu ghalih innifsu u ghas-socjetà.

 

Fi zminijietna, l-ilhna favur il-paci ma jonqsux, anzi huma hafna. Imma ma nistghux nghidu, b’daqshekk, li l-gwerra ma ghadhiex iktar flagell ta’ lumanità. Bil-maqlub, forsi qatt qabel daqs il-lum is-shab sewdieni ta’ guerra forsi anke b’armi nukleari u biologici ma kien jitfa’ d-dell tieghu fuq regjuni shah. Ghal din ir-raguni, wisq izjed minn zminijiet ohra tinhass il-htiega li nitkellmu dwar il-valur tal-paci vera u naraw x’inhuma r-responsabbiltajiet taghna f’dan ir-rigward.

 

Harsa madwarna

 

Meta nsemmu l-paci, l-ewwel ma jigina f’mohhna hafna drabi jkun il-bzonn li l-mexxejja tal-gnus isibu l-mod kif isolvu l-konflitti ezistenti bejn il-popli u ma jhallux li jinbtu ohrajn.

 

Dan hu importanti. Ahna naghmlu sew meta ninghaqdu ma’ dawk kollha li, b’lehen sod u bla heda, isejhu u jitolbu ghall-paci kull fejn hemm il-glied, jew il-periklu tieghu, bejn il-pajjizi jew il-popli.

 

Izda l-paci mhix bzonnjuza biss fir-relazzjonijiet bejn l-istati u n-nazzjonijiet. Il-paci hija mehtiega wkoll fi hdan in-nazzjonijiet infushom. Infatti, nistghu nghidu li wiehed mis-sinjali l-iktar qawwija ta’ kemm nazzjon ikun b’sahhtu nsibuh f’kemm il-poplu tieghu jkun qed jghix tassew fil-paci mieghu nnifsu.

 

Il-paci ma tigix wahidha. Lanqas ma hi xi haga li tista’ tinxtara jew tinkiseb minghand haddiehor. Il-paci hija l-frott ta’ l-ordni u l-gustizzja li l-bnedmin jirnexxilhom joffru u jiggarantixxu lil xulxin billi jsegwu, quddiemnett, ir-rieda ta’ Alla. Hija wkoll don li jrid jigi mhares u mtejjeb bla heda, bis-sehem ta’ kull wiehed u wahda minna. Sehemna rridu naghtuh billi nfittxu li nkunu bennejja tal-paci kullimkien: fil-familja, fuq ix-xoghol, fil-parrocci, fl-ghaqdiet u l-kazini, u f’kull relazzjonijiet taghna ma’ xulxin fil-hajja ta’ kuljum.

 

Meta Alla jitqieghed fil-genb

 

Ir-rieda tal-bnedmin tinbidel. Tigi influwenzata hafna mic-cirkustanzi. Hija midruba wkoll mid-dnub.

 

Kristu stess ghallimna li mill-qalb tal-bniedem johrog il-hazen kollu. “Ghax mill-qalb jigu l-hsibijiet hziena... Dawn iniggsu l-bniedem”. (Mt. 15,18).

 

Fil-qalb hemm mohbija dawk it-tendenzi li huma kawza ta’ konflitti u glied fuq kull livell; u dawn ghandna nidentifikawhom u rrazznuhom.

 

Mill-qalb johorgu l-aggressività, l-ghira, id-disprezz ta’ l-ohrajn, il-vjolenza u n-nuqqas ta’ rispett lejn il-persuna tal-proxxmu.

Fid-dghufija umana taghna, huwa facli hafna li ahna nonqsu lil Alla u lil xulxin. Barra minn hekk, qed nghixu fi zminijiet u stili ta’ hajja li lill-bniedem jimbuttawh biex ihalli lil Alla fil-genb u jaghmel li jrid u li jfettillu. Il-kejl tal-bniedem dwar x’inhu tajjeb u x’inhu hazin hafna drabi m’ghadhiex ir-rieda ta’ Alla, imma l-aptit tal-mument. L-ambjent li qed nghixu fih qed isir dejjem izjed ambjent li jheggeg l-individwalizmu u l-egoizmu.

 

Ghal hafna nies, Alla qed isir skomdu. F’hajjithom qed jidhlu l-allat jew l-idoli foloz tal-flus, tas-setgha fuq haddiehor, tat-tberbiq, tal-lussu, tal-pjacir, tax-xalar, tas-sess. Huma qed jitilfu wkoll is-sens tad-dnub. Qed jibdew jahsbu li xejn mhu xejn u li kollox jghaddi.

 

Hwejjeg bhal dawn jikkagunaw mard morali u socjali kbir. Spiss ibejtu wkoll l-ingustizzji, id-degradazzjoni, l-ingann, id-disprezz, il-mibeghda, il-firda. Jghinu wkoll biex jitwalu jew jizdiedu dejjem izjed is- swaba’ tal-qarnita xiha tal-korruzzjoni, li hija wahda mill-ghedewwa l-iktar horox tal-paci.

 

Meta l-bniedem jibda jiddeciedi ghal rasu minghajr ebda sens ta’ fedeltà lejn ir-rieda ta’ Alla u s-sens ta’ responsabbiltà lejn haddiehor, bilfors jinbet gwaj kbir. Biex naraw kemm dan hu veru, bizzejjed inharsu lejn il-familji li jitkissru minhabba infedeltajiet jew problemi ohrajn bhal glied fuq wirt. Bizzejjed inharsu lejn x’gieli jigri fir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin f’certi oqsma tax-xoghol. Bizzejjed inharsu lejn il-mod kif uhud igibu rwiehhom ma’ haddiehor minhabba differenzi jew piki politici, jew sahansitra minhabba festi religjuzi.

 

Ir-responsabbiltà taghna dwar il-paci

 

Hija mehtiega edukazzjoni ghall-paci, imsiehba ma’ mhabba ghall-paci u hidma ghall-paci.

 

Kull bniedem li tassew ihobb il-paci jaf li l-paci titlob minna lkoll, fost hwejjeg ohrajn, il-kapacità li rrazznu l-passjonijiet taghna; li nhobbu lil xulxin bhalna nfusna; li nkunu kapaci nahfru u ninsew; li nirrispettaw sew il-fama, id-dinjità u d-drittijiet ta’ l-ohrajn; li nhabirku ghall-gustizzja; li nkunu xhieda tas-solidarjetà u l-generozità mal-proxxmu batut; u li nahdmu b’sincerità ghall-oghla gid komuni.

 

Il-bniedem li tassew ihobb il-paci joqghod attent li ma jinqabad qatt fil-morsa tas-suppervja, ta’ l-egoizmu, ta’ l-ebusija tar-ras jew tal-qalb, ta’ l-intolleranza, tat-tpattija, tan-nuqqas ta’ flessibbiltà.

 

Il-bniedem li tassew ihobb il-paci jhabrek biex bi kliemu u mgibtu jizra’ u jsaqqi l-hlewwa, l-umiltà, il-komprensjoni, l-onestà, id-djalogu, l-ekwilibriju, il-fraternità, is-solidarjetà, l-ghaqda.

 

Il-mudell taghna fit-tiftix u l-bini tal-paci jrid ikun Kristu.

 

Bhala nsara, irridu nzommu dejjem f’mohhna li l-paci ta’ l-art titwieled u tikber mill-imhabba ta’ Alla u tal-proxxmu, u ghalhekk hija xbieha u effett tal-paci ta’ Kristu.

 

Gesù, l-istess Iben ta’ Alla maghmul bniedem, bis-salib tieghu ghamel il-bnedmin kollha hbieb ma’ Alla. Gesù kisbilna mill-gdid l-ghaqda ta’ kulhadd f’poplu wiehed u f’gisem wiehed. Gesù rebah lill-mibeghda u, bil-glorja tal-qawmien tieghu mill-imwiet, xerred l-ispirtu ta’ l-imhabba u tal-paci fi qlub il-bnedmin.

 

Kull nisrani hu msejjah u mheggeg biex, filwaqt li jaghmel is-sewwa fl-imhabba, jinghaqad mal-bnedmin li tassew ihobbu l-paci biex flimkien jitolbu ghall-paci, jistinkaw ghaliha, u jwettquha.

 

Zmien providenzjali

 

Ir-Randan huwa ghalina opportunità providenzjali biex nindmu minn dak kollu li jifridna minn Alla u minn xulxin.

 

Ir-Randan jistedinna biex, filwaqt li nfittxu li nezaminaw il-kuxjenza taghna, bl-ghajnuna wkoll ta’ l-Ezercizzji Spiritwali, ninfatmu mill-imghoddi hazin taghna u nsiru bnedmin godda miftuhin tassew ghall-Mulej u r-rieda tieghu.

 

Ir-Randan jistedinna biex nirrikonciljaw ruhna ma’ Alla u bejnietna.

 

Nirrikmandaw hafna t-talb.

 

Bhalissa, qeghdin fis-Sena tar-Ruzarju, tezor sabih li l-Papa qed jistedinna niskopru mill-gdid. Il-Papa ghogbu jaghtina l-opportunità li nirbhu indulgenzi specjali matul din is-sena. Inheggukom biex, bl-ghajnuna wkoll tat-talba tar-ruzarju, infittxu li nindirizzaw il-hajja kollha taghna lejn Alla, b’gharfien shih li f’din id-dinja qeghdin biss pellegrinagg, u li ahna “pajzani tas-sema”. (Fil. 3:20)

 

Ejjew naghmlu uzu tajjeb u dejjiemi miz-zmien ta’ grazzja li huwa r-Randan.

 

Ejjew minghajr biza’ mmorru u nimxu ma’ Kristu f’Gerusalemm.

 

Ejjew naccettaw is-sejha ta’ Gesù ghall-indiema u l-konverzjoni.

 

Jalla, f’dan ir-Randan, kull wiehed u wahda minna naghrfu nhejju rwiehna tajjeb ghac-celebrazzjoni tal-Misteru ta’ l-Ghid, billi nsiru tassew xhieda u ambaxxaturi denji ta’ Kristu, il-princep tal-paci.

 

Naghtukom il-barka pastorali taghna b’rahan ta’ kull gid mis-sema.

 

L-Erbgha tar-Rmied, 5 ta’ Marzu 2003.

 

+ GUZEPPI MERCIECA                        + NIKOL CAUCHI 

Arcisqof ta’ Malta                                   Isqof ta’ Ghawdex

 

◄◄|werrej|►►

+ Guzeppi Mercieca

Arcisqof

ta' Malta

 

+ Nikol Cauchi

Isqof ta' Ghawdex

 

"Kull bniedem

li tassew ihobb il-paci jaf li

l-paci titlob minna lkoll, fost hwejjeg ohrajn,

il-kapacità

li rrazznu

l-passjonijiet taghna;

li nhobbu

lil xulxin bhalna nfusna;

li nkunu kapaci nahfru u ninsew;

li nirrispettaw sew il-fama,

id-dinjità

u d-drittijiet

ta’ l-ohrajn;

li nhabirku

ghall-gustizzja;

li nkunu xhieda

tas-solidarjetà

u l-generozità mal-proxxmu batut;

u li nahdmu b’sincerità

ghall-oghla

gid komuni."