![]() |
Spirtu ta' Assisi |
![]() |
Il-Frangiskani lejn il-Paci Metodologija Frangiskana ghall-Paci
San Frangisk huwa maghruf u mahbub mid-dinja kollha bhala: "Bniedem ta' Paci u non-vjolenza, li jghannaq lil kulhadd bhala ahwa u Ghannej tal-Holqien kollu."
Fiz-zmien meta twelied Frangisku lejn 1182, l-Italja kienet imtertqa b'konfitti umani. Iz-zghar (minores) kienu kontra il-kbar (maiores), belt kienet f'taqbida kontra belt ohra, l-awtoritajiet civil u ekklesjastici kellhom ukoll xi jghidu ma' xulxin...
"is-Sejha ghal Paci" ta' San Frangisk nibtet f'dawn il-kundizzjonijiet. Mill-esperjenza personali tieghu, Frangisku gharaf li t-tbatija tal-gwerra li kienet qed tfarrak il-bliet ta' Perugia, Arezzo, Siena u ohrajn u fuq kollox kienet qed teqred lill-istess bniedem. Hafna kienu qed jispiccaw vittmi ta' tant hsara. Ghalhekk Frangisku nghata biex ixandar il-Vangelu lin-nies permezz tal-messagg ta' "Paci u Gid".
Frangisku ma fassalx xi "metodologija ghal Paci", imma kemm mill-kitbiet tieghu u kemm mill-episodji ta' hajtu nistghu nisiltu xi linji ta' modi ta' kif nistghu konretament naslu biex inxerrdu l-paci.
Dawn il-linji jistghu jservu ta' gwida biex noholqu konvinzjonijiet ghal Paci fostna, li huma ferm aktar minn semplici kliem sbieh. Il Paci trid tkun il-mod ta' hajja, ta' kif nahsbu, ta' kif nghixu, ghamla gdida ta' hajja, mod gdid kif ingibu ruhna ma' xulxin bhala individwi, bhala popli u bhala nazzjonijiet.
Nixtiequ nipproponi dawn "ir-regoli tad-deheb", imfassla fuq il-model ta' l-Ghaxar Kmadamenti:
1. Emmen f'dak li hu posittiv Irridu naghmluha prijorità li niskopru dak li hu posittiv f'kull persuna u f'kull sitwazzjoni. Irridu nemmnu fil-qawwa ta' kull individwu, u naghzlu li nhabbru aktar milli mmaqdru dan il-potenzjal.
2. Ichad kull pregudizzju Meta naghmluha mal-persuna, irrid inkunu dejjem konxji tal-kulturi ta' dawk ta' madwarna biex inkunu nistghu napprezzaw ir-rikkezza taghhom u biex inkunu nistghu nifhmu ahjar il-problemi u l-bzonnijiet taghhom. Il-prekuncetti u l-pregudizzji kollha jridu jithallew barra.
3. Fejjaq ir-rabtiet miksura Irridu nkun il-hin kollu konxji ta' sejha personali taghna ghal Paci. Hija r-responsabbiltà ta' kull persuna li tipprova tfejjaq il-rabtiet ta' hsieb li setghu kienu miksura u biex iheggeg il-kooperazzjoni bejn xulxin.
4. Gharaf id-don tal-Paci u l-htiega tat-Talb Il-Paci, barra li hija r-responsabbiltà ta' kull persuna, hija qabel xejn don minghand Alla li ahna rridu nitolbuh b'talb umli. Ghalkemm hija f'idejn l-umanita', il-Paci tiddependi wkoll minn Alla li hu 'l fuq minn kollox u li hu aqwa mill-aktar qawwija ta' din id-dinja. Fil-laqghat taghna irridu niehdu hsieb li jkun hemm prezenti l-Ispiritu biex ikunu nistghu ngholew 'l fuq mill-kondizjoni umana. It-talb huwa il-pedament ta' dan tkabbir.
5. Fittex il-Paci Il-Paci trid tinstab f'kull ma jwarrab fil-genb kull ma jista' jipprovoka gwerra u firda. Ma nistghux nistennew id-decizzjonijiet ta' min ghandu is-setgha... ma nistghux niddelegaw ir-responsabbiltà taghna lill-ohrajn... irrid ingorru ir-responsabbiltà taghna u naghmlu minn kollox biex inbiddlu dak li nistghu.
6. Ghati spazju ghal holm u kreatività Irrid naghtu aktar spazju ghal holm u kreatività waqt li nistharrgu ghas-soluzzjonijiet ghall-problemi li jidher li m'hemm soluzzjoni ghalihom, billi nharsu lejhom minn angolaturi differenti.
7. Emmen fil-possibiltà ta' bidla Irridu nkun konvinti li l-izvilupp ta' l-interazzjonijiet personali posittivi jistghu joholqu sitwazzjoni ta' fiducja reciproka, li fiha jkun aktar facli li jinhallu s-sitwazzjonijiet l-aktar difficcli. Aktar ma nifhmu l-importanza ta' kull persuna, aktar tigi affermata din il-fiducja.
8. Il-Paci ghandha triq: Solidarjietà, Djalgu, Fraternità Is-solidarjietà tghallem r-rispett lejn il-valuri ta' l-ohrajn 'l fuq minn dawk taghna u mill-interessi taghna, sabiex nifhmu u nissuportjaw hajja li hija ahjar ghall-komunità. Id-Djalgu huwa il-laqgha ta' persuni li jfittxu dawk l-affarijiet li ghandhom komuni u jzommu perspettiva umli fuq il-verità. Mhix laqgha ta' persuni li jahsbu kollha l-istess mod, lanqas mhi lok fejn twassal bil-qawwa lill-ohrajn biex jahsbu bhalek; imma hija stennija bis-sabar li nikbru fil-verità. Fraternità ggib l-gharfien li ahna lkoll l-istess fost il-bnedmin, ilkoll nistghu inhobbu minghajr ebda limiti u nirrispettaw lil kull wiehed ghax ahna bnedmin.
9. Il-Paci ghandha fundament: Verità, Gustizzja, Imhabba, Libertà Il-Paci irid ikollha il-fundament taghha fil-Verità, mibni fuq il-gustizzja, animat mill-imhabba u jwassal ghall-libertà.
10. Il-Paci hija dejjem tragward biex jintlahaq... u post minn fejn tibda mill-gdid Irridu nkunu lesti li nibdew kull darba mill-gdid bla ma naqtghu qalbna. maqlub ghal Malti mill-Fuljett mahrug mill-Commissione per la Giustizia, Pace e Salvaguardia del Creato tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali - Assisi Assisi 2.5.2003 |
Ic-Centru Internazzjonali Frangiskan ghad-Djalogu u il-Paci (CEFID) huwa mmexxi minn Patri Massimiljan Mizzi OFMConv.
|
|
![]() |