Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


l-Ghanja tal-Hlejjaq

Frangisku - l-aqwa poeta li qatt deher


ta' Francesco Pio Attard


 

Hadt gost, dan l-ahhar, nisma’ lil wiehed mill-prezentaturi ewlenin tal-festival muzikali li jittella’ ta’ kull sena ghat-tfal fl-Italja, Zecchino d’Oro 2002,[1] isejjah lil san Frangisk “l-aqwa poeta li qatt deher”.  Huwa kumpliment sabih fi zmien meta donnha l-Italja qed tinsa min hu l-patrun taghha... san Frangisk ta’ Assisi.  Hu l-poeta dejjem “zaghzugh” tan-natura f’dinja li qed tkun theddida ghan-natura.  Ghalkemm it-tfal dejjem jabbinaw lil dan il-persunagg man-natura u l-imhabba li kellu lejn l-annimali, illum donna qed ninjoraw dan il-messagg, li san Frangisk ta’ Assisi, tmien sekli wara li ghex, ghadu jwassal bl-istess qawwa.  Ghalfejn nippruvaw infittxu lil Alla f’elf haga u ma nippruvawx insibuh fl-opri ta’ jdejh?

 

Din hi t-taghlima li jaghtina Frangisku ta’ Assisi fl-Ghanja (jew Kantiku) tal-Hlejjaq tieghu.[2]  Din it-talba hi meqjusa bhala l-aktar maghrufa ta’ san Frangisk.  Anki ghall-istudjuzi ta’ l-istorja tal-Lingwa Taljana ghandha valur kbir, ghax hi l-ewwel poezija li nkitbet fl-Ilsien Taljan.

 

Imma qabel naghtu harsa fil-fond lejn dan il-kapolavur letterarju ta’ l-ewwel poeta taljan, induru ftit fuq il-Kelma ta’ Alla, l-ghajn tat-twemmin taghna, u naraw kif dak li kiteb san Frangisk huwa bbazat fuq l-Iskrittura.

 

Tifhir fil-Bibbja lil Alla l-Hallieq

 

L-Iskrittura Mqaddsa fiha nfisha hi opra ta’ tifhir lil Alla ta’ kulma ghamel, specjalment tal-gid li wettaq mal-poplu tieghu fl-opra tal-fidwa.  Imma nsibu b’mod partikulari zewg innijiet fit-Testment il-Qadim li fihom l-awtur sagru jinfexx f’ghanja ta’ tifhir lil Alla ghall-holqien tieghu.  Dawn huma mehudin mill-kotba tas-Salmi (S 148) u tal-profeta Danjel (Dan 3:52-90).  Dawn iz-zewg siltiet, li huma komuni bejniethom fil-hsieb u l-espressjonijiet, jistghu wkoll jigu mqabbla ma’ l-Ghanja tal-Hlejjaq li san Frangisk ta’ Assisi kiteb biex ifahhar lil Alla permezz tal-holqien tieghu.

 

Is-Salm 148 -- Il-hlejjaq kollha jfahhru lill-Hallieq

Is-salm 148 huwa espressjoni ta’ tifhir li s-salmista jaghmel lil Alla l-Hallieq.  L-awtur jistieden lin-natura kollha biex tfahhar lil Alla li halaqha.

 

“Hallelujah!

Fahhru l-Mulej mis-smewwiet,

fahhruh fl-oghla smewwiet!

Fahhruh, angli tieghu kollha,

fahhruh, ezercti tieghu kollha!

Fahhruh, intom xemx u qamar,

fahhruh, kwiekeb kollha li tiddu!

Fahhruh, smewwiet l-aktar gholja,

u intom ilmijiet ta’ fuq is-smewwiet!

Ha jfahhru dawn kollha isem il-Mulej:

ghax hu kkmanda, u huma nholqu;

hu waqqafhom ghal dejjem ta’ dejjem;

tahom ordni li qatt ma tghaddi.

Fahhru l-Mulej minn fuq l-art,

mostri tal-bahar u abbissi kollha.

In-nar u s-silg, il-borra u c-cpar,

l-irwiefen, li jisimghu kelmti,

il-muntanji u l-gholjiet kollha,

is-sigar tal-frott u c-cedri kollha,

il-bhejjem selvaggi u l-annimali kollha,

il-bhejjem li jitkaxkru u l-ghasafar li jtiru,

is-slaten ta’ l-art u l-gnus kollha,

il-kbarat u l-imhallfin kollha ta’ l-art,

iz-zghazagh u x-xbejbiet ukoll,

ix-xjuh flimkien mat-tfal:

ha jfahhru isem il-Mulej,

ghax ismu wahdu l-gholi,

sebhu ’l fuq mill-art u s-sema!

Hu gholla l-qawwa tal-poplu tieghu:

dan hu tifhir ghal hbiebu kollha,

ghal ulied Izrael, il-poplu ghaziz tieghu.

Hallelujah!”.

 

Danjel 3:52-90

 

Dan huwa innu twil li nsibu fil-ktieb ta’ Danjel.  Dan l-innu, li jixbah hafna lis-salm li semmejt qabel, hareg minn fomm it-tliet zghazagh lhud li r-Re Nabukodonosor tal-Babilonja tefa’ fil-forn tan-nar (fi zmien l-ezilju).  Dawn kienu jisimhom Sidrak, Mesak, u Ghabednegu, li l-ismijiet originali taghhom kienu Hananija, Misaèl, u Ghazarija, rispettivament.  Fil-forn ma gralhom xejn ghax ipprotegihom l-anglu tal-Mulej, u minn fommhom hareg dan il-gmiel ta’ innu:

 

“Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna,

ta’ min ifahhrek u jghollik fuq kollox ghal dejjem.

Imbierek ismek, qaddis u msebbah,

ta’ min ifahhru sewwa u jghollih fuq kollox ghal dejjem.

Imbierek int fit-tempju tas-sebh imqaddes tieghek,

ta’ min jghollik u jsebbhek fuq kollox ghal dejjem.

Imbierek int li qieghed fuq il-kerubini, li harstek tinfed l-abbissi,

ta’ min ifahhrek u jsebbhek fuq kollox ghal dejjem.

Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek,

ta’ min ifahhrek u jsebbhek fuq kollox ghal dejjem.

Imbierek int fil-wisa’ kollu tas-sema,

ta’ min jghollik u jsebbhek fuq kollox ghal dejjem.

Bierku ghemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, angli tal-Mulej, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, smewwiet, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, setghat kollha, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, irjieh kollha, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, nar u shana, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, bard u ksieh, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, nida u borra, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, silg u bard, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, glata u silg, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, iljieli u granet, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, beraq u shab, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Ha tbierek l-art il-Mulej,

ha tfahhru u tghollih fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, muntanji u gholjiet, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, ghejun, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, ibhra u xmajjar, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, hut kbir u kull ma jzigg fl-ilma, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, tjur kollha ta’ l-ajru, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, bhejjem selvaggi u mansi kollha, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierek, Izrael, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, qaddejja tal-Mulej, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, spirti u rwieh tal-gusti, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, qaddisin u intom ta’ qalbkom umli, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Bierku, Hananija, Ghazarija u Misaèl, il-Mulej,

fahhruh u gholluh fuq kollox ghal dejjem.

Ghax hu salvana minn Art l-Imwiet,

helisna minn id il-mewt,

salvana minn go nofs il-forn ta’ nar iheggeg,

helisna minn qalb l-ilsna tan-nar.

Roddu hajr lill-Mulej, ghax hu tajjeb,

ghax it-tjieba tieghu ghal dejjem.

Bierku ’l Alla ta’ l-allat, intom ilkoll li tqimu l-Mulej,

fahhruh u roddulu hajr,

ghax it-tjieba tieghu ghal dejjem”.

 

Qabelxejn ninnutaw ix-xebh bejn is-salm 148 u s-silta mehuda mill-ktieb ta’ Danjel.  L-awturi ta’ dawn iz-zewg opri letterarji fittxew li jfahhru lil Alla permezz ta’ l-opri tieghu fil-holqien.  Meta Alla halaq id-dinja, hu ra li “kollox kien tajjeb hafna” (Gen 1:31).  Mela Alla kien sodisfatt bil-holqien tieghu, u ried li l-bniedem ihaddmu ghall-gid, biex fih jara l-kobor ta’ l-awtur tieghu.  Anki l-bniedem hu holqien ta’ Alla, fuq l-istess xbieha tieghu.  Ghalhekk jehtieg igib ruhu b’responsabbiltà, ghax fih igorr ix-xbieha ta’ Alla li halqu.

 

M’hux l-iskop tieghi hawn li naghmel studju ta’ dawn iz-zewg siltiet mit-Testment il-Qadim, u ghalhekk inhalli ghalikom biex tanalizzaw ix-xebh bejniethom.  It-tnejn huma uzati ta’ spiss fil-Liturgija tal-Knisja, ghax jesprimu tassew is-sbuhija tal-holqien, u juru kemm tassew kull haga hajja ghandha ghax trodd hajr lil Alla ta’ l-ezistenza taghha.  “Il-hlejjaq kollha fis-sema u fl-art huma mistiedna biex jinghaqdu flimkien f’innu ta’ tifhir lill-Mulej, il-Hallieq u s-Sid ta’ kollox”.[3]

 

L-Ghanja tal-Hlejjaq (jew ta’ ohtna x-Xemx)

Mill-kitbiet ta’ San Frangisk

 

Hawn qed naghti zewg verzjonijiet ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq.  Qabelxejn qed naghti l-verzjoni originali ta’ dan l-innu, kif kitbu san Frangisk, u kif ghadna nsibuh illum f’hafna kotba:

 

“Altissimu, onnipotente, bon Signore,

Tue so’ le laude, la gloria e l’honore et onne benedictione.

Ad Te solo, Altissimo, se konfane,

et nullu homo ène dignu Te mentovare.

Laudato sie, mi’ Signore, cum tucte le Tue creature,

spetialmente messor lo frate Sole,

lo qual è iorno, et allumini noi per lui.

Et ellu è bellu e radiante cum grande splendore:

de Te, Altissimo, porta significatione.

Laudato si’, mi’ Signore, per sora Luna e le stelle:

in celu l’ài formate clarite et pretiose et belle.

Laudato si’, mi’ Signore, per frate Vento

et per aere et nubilo et sereno et onne tempo,

per lo quale e le Tue creature dài sustentamento.

Laudato si’, mi’ Signore, per sor’Acqua,

la quale è multo utile et humile et pretiosa et casta.

Laudato si’, mi’ Signore, per frate Focu,

per lo quale ennallumini la nocte:

ed ello è bello et iocundo et robustoso et forte.

Laudato si’, mi’ Signore, per sora nostra matre Terra,

la quale ne sustenta et governa,

et produce diversi fructi con coloriti flori et herba.

Laudato si’, mi’ Signore, per quelli ke perdonano per lo Tuo amore,

et sostengo infirmitate et tribulatione.

Beati quelli ke ’l sosterrano in pace,

ka da Te, Altissimo, sirano incoronati.

Laudato si’, mi’ Signore, per sora nostra Morte corporale,

da la quale nullu homo vivente po’ skappare:

guai a quelli ke morrano ne le peccata mortali;

beati quelli ke trovarà ne le Tue sanctissime voluntati,

ka la morte secunda no ’l farrà male.

Laudate e benedicete mi’ Signore et rengratiate

e serviateli cum grande humilitate”.

 

Dan huwa l-kliem ezatt ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq kif inkitbet minn san Frangisk ta’ Assisi.[4]  Il-Lingwa Taljana ma kinitx minn dejjem kif nafuha llum, anzi zviluppat tul iz-zmien.  Zgur li l-ewwel poezija fil-Lingwa Taljana ma setghetx inkitbet b’Taljan modern.  L-Ghanja tal-Hlejjaq giet komposta fis-seklu tlettax, u allura hi miktuba bi djalett qawwi ta’ l-Umbrija.[5]  Frangisku ta’ Assisi kiteb bil-lingwa li kien jaf, li ma kinitx it-Taljan standard imma t-Taljan tad-djalett ta’ l-Umbrija, mela Taljan qadim u mibni fuq il-lingwagg popolari ta’ zmienu.

 

Biex nifhmu sew il-messagg ta’ dan l-innu, imbaghad qed nirriproduci hawn il-verzjoni ta’ wahda mit-traduzzjonijiet li sibt bil-Malti:

 

“Twajjeb Mulej, int l-oghla, tista’ kollox,

ghalik huma t-tifhir, is-sebh, il-gieh, u kemm hawn barka.

Jixirqu lilek biss, ja l-Aktar Gholi,

u l-ebda bniedem ma jisthoqqlu jlissen ismek.

Mulejja, tkun imfahhar mal-hlejjaq kollha tieghek

u l-aktar m’ohtna x-Xemx

li biha jibda l-jum u jroxx id-dawl.

Ghax hi sabiha u theggeg bl-isfa dija:

ix-xbieha tieghek, l-Aktar Gholi, naraw fiha.

Mulejja, tkun imfahhar f’huna l-Qamar u l-kwiekeb:

ghamilthom sinjal fis-smewwiet, leqqiena, ghonja, u sbejha.

Mulejja, tkun imfahhar f’huna r-Rih,

fiz-ziffa u fl-ishab, fil-bnazzi, f’kull tibdil,

li minnu inti tghajjex kull mahluq.

Mulejja, tkun imfahhar f’huna l-Ilma

li hu mehtieg qatigh, irzin, ta’ siwi, u safi.

Mulejja, tkun imfahhar f’huna n-Nar,

li bih iddawwal id-dlamijiet tal-lejl,

hu sbejjah, kollu hajja, shih, u qawwi.

Mulejja, tkun imfahhar f’ohtna u ommna l-Art

ghax minnha l-ghixien, u hi tmexxina,

u taghti frott kull bixra, ward bl-ilwien u hxejjex.

Mulejja, tkun imfahhar f’dawk li jahfru ghal imhabbtek

u f’dawk li jgarrbu l-mard u l-hemm bla lewma.

Imbierka dawk li jilqghu kollox b’hajr u sliem,

ghax minnek, l-Aktar Gholi, jiehdu l-hlas.

Mulejja, tkun imfahhar f’ohtna l-Mewt tal-gisem,

li minnha ebda haj ma jista’ jahrab:

hazin ghal dawk li jmutu fid-dnubiet il-mejta;

imbierka dawk li ssibhom fir-rieda mqaddsa tieghek,

ghax il-mewt l-ohra ma taghmlilhomx deni.

Fahhru, bierku lil Mulejja u zzuh hajr,

u bla kburija xejn, aqduh ilkoll”.

Minbarra din it-traduzzjoni, saru ohrajn.[6] 

 

Meta nittraducu xi kliem minn lingwa ghall-ohra, nirriskjaw li nitilfu mir-rikkezza tal-verzjoni originali, u forsi anki xi ftit mis-sens ta’ xi kliem u tal-messagg finali.  Hekk gara wkoll f’dan il-kaz, b’mod specjali fil-mod kif hi ndirizzata x-Xemx.  Fil-lingwa originali li fiha nkitbet l-Ghanja tal-Hlejjaq, jigifieri fit-Taljan, in-nom “xemx” huwa fil-maskil.  Filfatt il-kelma bit-Taljan hi “sole”, u hu ghalhekk li nsibu miktub “lo frate sole” (“huna x-xemx”).  Issa fil-Malti, “xemx” ma tibqax fil-maskil imma ssir fil-femminil.  Allura nghidu “ohtna x-xemx”, u mhux “huna x-xemx”.  Mela fit-Taljan nghidu “huna x-xemx” imma fil-Malti “ohtna x-xemx”.  Kif digà semmejt, l-isem originali ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq hu l-Ghanja ta’ ohtna x-Xemx, fit-Taljan Cantico di frate Sole.  Marbut ma’ l-istess kaz hu l-Qamar.  Fejn fit-Taljan, dan in-nom hu fil-femminil, fil-Malti jsir maskil.  Ghalhekk, ghalkemm naqraw “sora (sorella) Luna”, imbaghad naqraw “huna l-Qamar”.  Dan kwazi ma jibdel xejn mill-messagg principali ta’ l-innu, imma tajjeb li nkunu konxji ta’ bidliet bhal dawn.

 

Xtaqt naghti xi ezempji tad-differenza bejn it-Taljan djalettali li bih hu miktub l-innu fl-original, u t-Taljan tal-lum.  Nghidu ahna, il-kelma “che” (li tfisser “li”) nsibuha miktuba “ke”, u “e” (li tfisser “u”) nsibuha miktuba “et”, li aktar toqrob lejn il-Latin.

 

Danjel 3:52-90 u l-Ghanja tal-Hlejjaq

 

Nistghu ninnotaw xebh partikulari bejn is-silta li kkwotajt minn Danjel 3:52-90 u l-Ghanja tal-Hlejjaq miktuba minn san Frangisk ta’ Assisi.  Dwar dan ix-xebh jikteb Tumas minn Celano, il-bijografu ufficjali ta’ san Frangisk, li jikkummenta hekk:

 

“Kif darba t-tliet zghazagh li gew mitfugha fil-forn stiednu lill-elementi kollha biex jigglorifikaw u jbierku lill-Hallieq ta’ l-univers (Dan 3:52-90), hekk ukoll dan il-bniedem, mimli bl-ispirtu ta’ Alla, ma heda qatt jigglorifika, ifahhar, u jbierek, f’kull element u hlejqa, il-Hallieq u mexxej ta’ kull haga” (1 Cel 80).

 

Kif inkitbet l-Ghanja tal-Hlejjaq

Ir-rakkont storiku jaghtuhulna l-awturi tal-Leggenda perugina, il-Mera tal-Perfezzjoni (Speculum Perfectionis), u Tumas minn Celano fit-Tieni Hajja ta’ san Frangisk.[7]  Nistghu nghidu li l-Ghanja tal-Hlejjaq inkitbet fi tliet partijiet u fi process ta’ tliet perjodi.[8] 

 

L-ewwel parti hi dik li fiha Frangisku jfahhar lil Alla ghall-hlejjaq tieghu.  Din tkopri l-parti l-kbira tax-xoghol kollu.  Nafu li nkitbet fil-kunvent tal-Klarissi magenb il-knisja ta’ san Damjan,[9] fir-rebbiegha (April-Mejju) ta’ l-1225, meta Frangisku kien ghaddej minn tbatija kbira, u l-ahhar jiem tieghu kienu fil-qrib.  Ma kienx ghadu l-ghannej ta’ tant zmien qabel, li kien jiggerra ferriehi mat-toroq ta’ Assisi jghanni s-sbuhija ta’ Alla.  Issa kien bla sahha, mifni bl-ugigh tal-pjagi, nieqes mid-dawl, imma wiccu hieni, jikkontempla s-sbuhija ta’ Alla fil-holqien meraviljuz tieghu.  Tumas minn Celano, il-bijografu ufficjali ta’ san Frangisk ta’ Assisi, jghidilna hekk dwar dan: “F’dik ic-cirkustanza kkompona xi Ghanjiet tal-hlejjaq, li fihom jistedinhom ifahhru, kif jistghu, lill-Hallieq” (2 Cel 213).

 

Il-Leggenda Perugina taghtina hafna iktar minn hekk.  Naqraw dan ir-rakkont dwar it-twelid ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq:  “Frangisku qaghad f’San Damjan ghal hamsin jum u izjed...  Meta qam filghodu qal lill-ahwa: ‘Kieku l-imperatur kellu jaghti saltna shiha lill-qaddej tieghu, dan ma kienx igawdi verament?  Imma kieku kellu jaghtih l-imperu kollu, ma kienx igawdi iktar?’  U zied jghid: ‘Iva, jien ghandi ngawdi hafna issa qalb it-tbatijiet tieghi, u nsib farag u mistrieh fis-Sinjur, u nrodd hajr dejjem lil Alla l-Missier, lill-Iben wahdieni tieghu, is-Sinjur taghna Gesù Kristu, u lill-Ispirtu s-Santu, ghall-grazzja u l-barka kbira li tawni: hu ndenja, fil-hniena tieghu, jaghti lili, il-qaddej ckejken u indenn tieghu li ghadni hawn isfel [fid-dinja], ic-certezza li ghad nippossiedi s-Saltna tieghu.[10]

Ghalhekk irrid, b’tifhir lilu u b’konsolazzjoni ghalija u biex haddiehor jistaghna, nikkomponi Ghanja lis-Sinjur ghall-hlejjaq tieghu.  Kuljum nuzaw il-hlejjaq u minghajrhom ma nghixux, u fihom il-generu uman joffendi tant lill-Hallieq.  U kuljum nuru ruhna ingrati lejn dan il-gid kbir, u ma naghtuhx tifhir kif jisthoqqlu, lill-Hallieq taghna li jaghtina kull gid’. U pogga bilqieghda, qabad jirrifletti, u mbaghad beda jlissen: ‘Twajjeb Mulej, int l-oghla, tista’ kollox...’ 

 

Frangisku kkompona wkoll il-melodija, li hu ghallem lil shabu. L-Ghanja tas-Sinjur li hu kkompona u li tibda: ‘Twajjeb Mulej, int l-oghla, tista’ kollox’, semmieha l-Ghanja ta’ ohtna x-Xemx [Cantico di frate Sole], li hi [x-xemx] l-isbah fost il-hlejjaq u l-izjed wahda li tixbah lil Alla...

 

Fl-aktar mumenti li fihom kien ittorturat mit-tbatija, kien jintona l-Ghanja tas-Sinjur, u mbaghad kien ikantaha lil shabu, biex jinsew is-sofferenzi tieghu u jahsbu fl-Ghanja tas-Sinjur.  U baqa’ jaghmel hekk sa l-ahhar gurnata, li fiha miet” (LP 43).

 

Kellu ragun Patri Thomas Moore OFMConv jikteb hekk dwar l-Ghanja tal-Hlejjaq u l-awtur taghha:  “Ghalhekk mal-holqien, jekk kien in-nar, l-ilma, jew il-mewt, jew jekk kien il-hut, il-fjuri, jew il-lupu, kien igib ruhu b’qima u fl-istess hin b’familjarità daqslikieku kien ilu jafhom hafna, ghaliex fihom kien jilmah dik il-glorja merfugha ghal ulied Alla”.[11]

Fit-tieni parti ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq naqraw strofa dwar il-mahfra.  San Frangisk zied din l-istrofa apposta meta fi zmienu (Gunju 1225) kienu miggielda l-Isqof Guido ta’ Assisi u l-hâkem (jew sindku) Opportulo di Bernardo.  Tkompli tirrakkonta l-Legenda Perugina: “F’dak l-istess zmien, meta kien marid, u kien ga kkompona l-Ghanja, gara li l-isqof ta’ Assisi ta’ dak iz-zmien, skomunika l-hâkem tal-belt.  Dan, inkurlat ghall-ahhar, habbar li hadd ma seta’ jixtri minghand jew ibigh lill-isqof, inkella jaghmel kuntratti mieghu.  Waslu sal-punt li bdew joboghdu lil xulxin.

 

Frangisku, marid kif kien, imtela bil-hniena ghalihom, l-aktar ghax l-ebda ekklezjastiku jew sekulari ma ghamel xejn biex jerga’ jgib il-paci u l-ftehim bejn it-tnejn.  U qal lil shabu: ‘Misthija kbira ghalina, qaddejja ta’ Alla, li l-isqof u l-hâkem joboghdu daqshekk lil xulxin, u hadd m’hu qed jara x’jaghmel biex jerga’ jhabbibhom flimkien’.  Ghalhekk hu kkompona din l-istrofa biex izidha ma’ l-Ghanja:

 

‘Mulejja, tkun imfahhar

f’dawk li jahfru ghal imhabbtek

u f’dawk li jgarrbu l-mard u l-hemm bla lewma.

Imbierka dawk li jilqghu kollox b’hajr u sliem,

ghax minnek, l-Aktar Gholi, jiehdu l-hlas’.

 

Imbaghad sejjah wiehed mill-ahwa u qallu: ‘Mur, u ghid lill-hâkem jigi fil-kurja tal-belt u jgib mieghu l-kbarat tal-belt’.  Dak il-patri telaq, u l-qaddis qal lil zewg ahwa ohra: ‘Morru, u kantaw l-Ghanja ta’ ohtna x-Xemx fil-prezenza ta’ l-isqof u l-hâkem u ta’ l-ohrajn prezenti.  Ghandi fiducja fil-Mulej li trattbilhom qalbhom, u jaghmlu paci u jergghu lura ghall-hbiberija u r-rispett ta’ qabel’.

 

Meta kulhadd ingabar fil-kjostru tal-kurja, dawk iz-zewg patrijiet qamu u wiehed qal: ‘Frangisku, fil-mard tieghu, ikkompona l-Ghanja tas-Sinjur ghall-hlejjaq tieghu, b’tifhir lil Alla u b’devozzjoni’.  U bdew ikantawh.  Il-hâkem malajr qam fuq saqajh, u b’idejh maghquda, bhal waqt il-qari ta’ l-Evangelju, mimli b’devozzjoni hajja, u kollu dmugh, qaghad jisma’ attent.  Hu filfatt kellu hafna fidi u qima lejn Frangisku.

 

X’hin spiccat l-Ghanja, il-hâkem qal quddiem kulhadd: ‘Nghidilkom is-sewwa, jien lest li nahfer, mhux biss lill-isqof, li jien inqis bhala sinjur tieghi, imma wkoll lil min qatilli lil hija u lil ibni’.  Hekk nizel fi hdan l-isqof, u qallu: ‘Ghall-imhabba tas-Sinjur taghna Gesù Kristu u tal-qaddej tieghu Frangisku, hawn jien lest li noghgbok f’kollox, kif trid int’.

 

L-isqof qabdu minn idejh, qajmu, u wiegbu: ‘Ghall-kariga li nhaddan, jien ghandi nkun umli.  B’xorti hazina, ghandi temperament nervuz, li wassalni ghar-rabja.  Nitolbok tahfirli’.  U hekk it-tnejn ghannqu u biesu lil xulxin b’hafna mhabba” (LP 44).

 

Hawn naraw kemm Frangisku rnexxielu jnissel l-imhabba u l-mahfra fost l-ohrajn, b’dak li kiteb fl-Ghanja tal-Hlejjaq.  Kemm jispjegaha sabih din ir-rebha ta’ Frangisku, l-awtur Michael de la Bedoyere, fil-ktieb tieghu Francis of Assisi: The Man who found perfect joy: “Kienet il-bewsa tal-paci"

 

Wara l-fallimenti u t-telfiet kollha tieghu, Frangisku, fizikament imkisser, fl-ahhar rebah, u kwazi mirakolozament, hu rebah proprju meta l-aktar kellu bzonn tar-rebha.  Ghal dak is-suldat ta’ Collestrada,[12] li fuq il-kamp tal-battalja, kien tghallem l-ewwel lezzjoni dwar Alla, paci bejn il-bnedmin -- paci esternament u paci fil-qalb -- l-iktar li kien jimpurtah kien jekk id-dinja u dawk li jghixu fiha kellhomx qatt ikunu denji tal-gid u l-grazzji ta’ Alla, liema mhabba hu kien qed ifahhar bi gratitudni permezz tal-kant [l-Ghanja tal-Hlejjaq]...  Ghax il-paci bejn il-bnedmin ma tigix b’xi negozjat jew ftehim.  Hija xi haga li l-bniedem jista’ jghannaq biss bil-fidi kbira tieghu f’Alla, li halaq dinja ta’ paci u baghat lil Ibnu biex jerga’ jgeddidha”.[13]

Kien ukoll f’dawn iz-zminijiet li Frangisku ghamel kantiku iehor ghas-sorijiet Klarissi li zammewh fosthom bl-akbar ghozza f’San Damjan, u ried li bil-kant ta’ dan l-innu jiftakru fi Frangisku sofferenti, li huma tant kienu jhobbu.

 

It-tielet parti ta’ dan l-innu hija l-istrofa dwar “ohtna l-Mewt”, li nkitbet fil-Porzjunkola[14] ftit qabel il-mewt tal-qaddis fit-3 ta’ Ottubru 1226.  Donnu xejn ma kellu biza’ san Frangisk mill-mewt, anzi ttrattaha bhala ohtu, kif lil gismu dghajjef u marradi ttrattah bhala huh.  Fuq is-sodda tal-mewt, tghidilna mill-gdid il-Leggenda perugina, Frangisku kkompona l-ahhar parti ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq tieghu:

 

“Mela Frangisku, imkisser taht il-mard tieghu, b’hegga kbira ta’ l-ispirtu u qawwa ta’ ferh profond, fahhar lis-Sinjur.  Imbaghad wiegeb lil siehbu: ‘Tajjeb, jekk il-mewt hi fil-qrib, sejjahli lill-ahwa Anglu u Ljun, halli jkantawli fuq ohtna l-Mewt’.

 

Gew it-tnejn ghand Frangisku u kantaw, bid-dmugh f’ghajnejhom, l-Ghanja ta’ ohtna x-Xemx u tal-hlejjaq l-ohra tas-Sinjur, miktuba mill-qaddis tul il-mard tieghu, bhala innu ta’ tifhir lis-Sinjur u ghall-konosolazzjoni ta’ ruhu ta’ l-ohrajn.  F’dan il-kantiku, qabel l-ahhar strofa, huwa dahhal l-ghanja ta’ ohtna l-Mewt:

 

‘Mulejja, tkun imfahhar f’ohtna l-Mewt tal-gisem,

li minnha ebda haj ma jista’ jahrab:

hazin ghal dawk li jmutu fid-dnubiet il-mejta;

imbierka dawk li ssibhom fir-rieda mqaddsa tieghek,

ghax il-mewt l-ohra[15] ma taghmlilhomx deni’” (LP 100).

 

Bijografija ohra ta’ san Frangisk li digà semmejna, il-Mera tal-Perfezzjoni, tkellimna wkoll dwar dan: “Meta l-mard dahal ’il gewwa, huwa beda jkanta l-Ghanja tal-Hlejjaq.  U wara li gieghel lil hutu jkantawha biex jinsa l-kruha tat-tbatijiet tieghu...  Huwa beda jghid: ‘Filghodu meta x-xemx titla’, kulhadd ghandu jfahhar lil Alla talli halaqha ghalina, ghax minhabba fiha ghajnejna huma mdawla tul il-jum.  Imbaghad filghaxija, meta jaqa’ d-dlam, kulhadd ghandu jfahhar lil huna n-Nar, li jdawlilna ghajnejna billejl.  Ghalhekk ghandna b’mod specjali nfahhru lill-Hallieq innifsu fuq dawn u l-hlejjaq l-ohra li ahna nuzaw ta’ kuljum’” (SP 119).[16]

Tant kienet profonda r-relazzjoni tal-qaddis ma’ Alla, li ghalih kollox inghadd bhala knis minhabba l-gharfien ta’ Gesù Kristu (ara Fil 3:8).  Il-ferh divin rebah fuq it-tbatija materjali, waqt li l-mistiku rebah fuq l-uman!

Din hi l-istorja ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq, li Renan[17] sejhilha “l-isbah poezija spiritwali mill-Evangelju ’l hawn”,[18] li b’“sengha u arti Frangisku rnexxielu jhazzez b’idu stess [dik il-gabra ta’ tifhir]”.[19]

        

Ir-rivista frangiskana kapuccina lokali Dawl Frangiskan iddedikat il-faccata ta’ l-edizzjonijiet taghha ta’ din is-sena (2002) lill-Ghanja ta’ Hlejjaq, bi stampi u pitturi ispirati minn dan l-innu li kiteb Missier l-Ordni Frangiskan.  Dan kollu u izjed jixhed ghal kemm dan l-innu ghadu jappella ghaz-zminijiet tal-lum, fi zmien meta ghalkemm l-ambjentalizmu kiber, it-theddida li xxekklu zdiedet qatigh; u meta ninsabu f’dinja li qed issir aktar konxja ta’ kemm ghandha tirrispetta l-ambjent ta’ madwarha.  San Frangisk ta’ Assisi, patrun ta’ l-ekologisti,[20] jghallimna nirrispettaw l-ambjent naturali li jdawwarna mhux sempliciment ghax dan jiswa ta’ gid ghalina, imma wkoll ghax halqu Alla, u ghax fih u bih nistghu nfahhru lil Alla l-hallieq.

 

L-Ghannej tas-Sultan il-Kbir

 

Frangisku gie msejjah “l-Ghannej [troubadour] tas-Sultan il-Kbir”.  Huwa habbar tassew is-Saltna ta’ Alla b’mod meraviljuz, peremezz tal-holqien.

 

“L-Ghanja tal-Holqien fiha nfisha hija l-priedka hajja ta’ Frangisku li, bil-kelma u bl-ezempju, kien iwassal lil kull xorta ta’ nies...”.[21]  Frangisku, permezz ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq, iggieled ukoll l-erezija tal-Katari ta’ zmienu, li kienu jishqu li l-univers huwa sahta u kaos, il-hlejjaq huma xhieda tad-demonju li jrid igarrafna, u s-sbuhija tad-dinja nasba tax-xitan.  Frangisku kisser ghal kollox it-teorija taghhom: ghalih il-hlejjaq huma l-ahwa li juruh lil Alla.[22]

        

“Fil-Kodici l-aktar importanti fuq il-kitbiet ta’ san Frangisk, mizmum fil-biblijoteka tal-Komun ta’ Assisi, insibu fost l-ohrajn l-Ghanja tal-Hlejjaq.  Din hija ghamla ta’ talba, ta’ salm, u ta’ innu.  Ghandha wkoll xehta ta’ tifhir bibliku, fejn l-awtur jghaqqad, b’armonija sintetika, il-holqien kollu -- is-sema u l-art.  Ta’ min jinnota f’din l-ghanja, kif juza l-kelmiet ‘hija’ u ‘ohti’ ghall-elementi naturali u ghall-hlejjaq, bhall-annimali.  Dan ghaliex hu kien izomm ’l Alla bhala Missier u Omm il-holqien kollu, u ’l Kristu bhala ‘Hu’ kulhadd u kollox -- ‘il-kbir fost il-hlejjaq kollha’ (Kol 1:15, ara 1 Cel 115).  Kien jisthajjel kollox jghix u haj, ihoss u jitkellem”.[23]

        

“F’din l-ghanja kixef in-nobbiltà ta’ qalbu u s-safa ta’ ruhu, l-ispiritwalità u t-tjieba tal-karattru tieghu.  Fix-xemx u fil-qamar, fl-ilma u fin-nar, fl-art u fil-mewt kien jilmah il-pjan ta’ Alla ghalina l-bnedmin, li halaq kollox tajjeb u sabih ghalina.  L-esperjenza tieghu fl-ghaqda ma’ Alla kienet taghti sens qawwi ta’ mhabba, hniena, u mahfra bejn il-hlejjaq u l-Hallieq.  Il-prezenza ta’ Alla fil-hlejjaq kienet digà suggett tat-teologija skolastika, imma kif nisigha Frangisku f’dik l-ghanja, turi li ghandha gheruq fil-fidi u s-semplicità tal-qalb”.[24]

 

Konkluzjoni

 

L-Ghanja tal-Hlejjaq lanqas f’tezi shiha ma tkun studjata bizzejjed.  M’hix il-poezija ta’ awtur komuni, imma hi l-grajja ta’ qaddis li twahhad man-natura biex jaghraf lil Alla, u akkwista “l-helsien tal-glorja ta’ wlied Alla” (Rum 8:21).  Ma nahsbux li san Frangisk rabat qalbu man-natura sempliciment ghax din hi sabiha, imma aktar minn hekk, ghax biha gharaf jasal ghand Alla.  Ghalih, is-sbuhija tal-holqien kienet l-eqreb pass lejn is-sbuhija ineffabli tal-Hallieq.

        

L-“ispiritwalità tal-holqien” ta’ san Frangisk hi spjegata tajjeb f’sitt kapitli fit-Tieni Hajja li kiteb Celano, li hu intitola Il-kontemplazzjoni tal-Hallieq fil-hlejjaq.[25]

        

Ix-xemx, il-qamar, il-kwiekeb, ir-rih, is-shab, l-ilma, in-nar, l-art...  Ghax ma ghandniex nizzu hajr lil Alla ta’ dawn il-hlejjaq sbieh, kif fahhru san Frangisk?  Ma nroddulux hajr taghhom biss billi nkantaw l-Ghanja tal-Hlejjaq, imma permezz ta’ hajjitna kollha.  Niftakru li Frangisku ta’ Assisi ghex b’tali mod li hajtu kollha kienet att ta’ radd il-hajr u tifhir lil Alla tal-holqien; hajtu kollha kienet “kantiku haj” lil Alla... “Mulej, ghamilni strument tal-paci tieghek”.  X’hin titla’ x-xemx ghada filghodu, rodd hajr lil Alla taghha!  X’hin tohrog barra u tara s-sigar, fahhar lil Alla li zejnek bihom, u hu hsiebhom!

        

Saqsi lil xi ekologista, u jghidlek x’armonija perfetta tezisti fin-natura!  Alla halaq lin-natura b’mod perfett, kif wara kollox halaq ukoll lill-bniedem -- “U hares Alla lejn kull ma kien ghamel, u, ara, kollox kien tajjeb hafna” (Gen 1:31).  Imma l-bniedem mhux dejjem lest li jahfer, u bil-mibeghda tieghu hassar il-pjan ta’ Alla.  Ghalhekk giet il-mewt.  Imma Alla, ghax hu Mhabba, “baghat lil Ibnu, imwieled minn mara” (Gal 4:4), biex il-mewt minn ghadu ssir “ohtna”, u jinhall l-irbit tal-mewt.[26]  L-ghazla ta’ Frangisku ta’ Assisi kienet wahda maghmula b’imhabba, ghax hu gharaf li f’Alla biss hemm id-dawl.  Dan hu l-messagg ta’ l-istedina li hu jhajjarna nilqghu u nirrealizzaw, u l-Ghanja tal-Hlejjaq m’hi xejn hlief l-espressjoni hielsa ta’ din l-imhabba li kull bniedem hu mistieden jghix.

 


Noti


[1] Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Zecchino d’Oro, saret kompetizzjoni bejn diversi tfal ghal pitturi ispirati mill-Ghanja tal-Hlejjaq, ta’ San Frangisk ta’ Assisi.

[2] L-Ghanja tal-Hlejjaq ta’ San Frangisk ta’ Assisi hi maghrufa wkoll (bl-isem originali taghha) bhala l-Ghanja ta’ ohtna x-Xemx (frate Sole).

[3] Karm Attard, Ejjew nifhmu s-Salmi, Malta 2001, pp. 64-65.

[4] Scritti di Francesco d’Assisi, f’Fonti Francescane, Editio Minor, (ed. Ernesto Caroli), Assisi 1998, pp. 136-137.

[5] Wiehed mir-regjuni ta’ l-Italja, li jinsab fic-centru tal-pajjiz.  Perugja hi l-belt principali tieghu.  San Frangisk kien minn Assisi, wahda mill-ibliet ta’ dan ir-regjun.  Kull fejn kien idawwar wiccu Frangisku seta’ jara l-gmiel tal-holqien, ghax l-Umbrija huwa regjun mimli b’muntanji u gholjiet, u hafna ambjent naturali.

[6] Ara, fost l-ohrajn, it-traduzzjoni bil-Malti ta’ l-Ghanja tal-Hlejjaq, miktuba f’forma ta’ poezija, f’Noel Muscat, Bierku lill-Mulej: Nitolbu ma’ Frangisku u Klara t’Assisi, Edizzjoni TAU, Malta 1999, pp. 10-11.

[7] Dawn huma kollha bijografiji differenti ta’ San Frangisk.  L-aktar importanti fosthom hi dik ta’ Tumas minn Celano, li kiteb zewg hajjiet (Vita prima jew L-Ewwel Hajja, u Vita seconda jew It-Tieni Hajja).  It-Tieni Hajja li kiteb, hi dik ufficjali rikonoxxuta mill-Knisja.  Il-gabra tal-bijografiji principali tal-qaddis hi maghrufa bhala Fonti Francescane, u hawn diversi edizzjonijiet taghha.

[8] Noel Muscat, Bierku lill-Mulej: Nitolbu ma’ Frangisku u Klara t’Assisi, Edizzjoni TAU, Malta 1999, p. 11.

[9] San Frangisk ghamel xi zmien joqghod f’San Damjan fl-ahhar xhur ta’ hajtu.  Hawn, is-sorijiet Klarissi flimkien ma’ Sant Kjara, il-madre taghhom, kienu jghixu fil-kunvent li kien ipprovdielhom Frangisku, magenb il-knisja li fiha, zaghzugh, kien sema’ lehen l-Imsallab jordnalu jmur jibni l-Knisja tieghu li kienet qed tiggarraf.

Kien marid hafna, u kwazi ma kienx ghadu jara xejn.  L-ezamijiet medici li ghamlulu ma swew ghal xejn, u sahhtu kienet dejjem sejra ghall-aghar.  F’San Damjan mar izur lil Kjara, u qaghad hemm biex jistrieh. 

Lejl minnhom fir-rebbiegha ta’ l-1225, huwa rcieva weghda divina li kien se jikseb il-hajja eterna (il-premju tal-genna).  Ir-rakkont ta’ din id-dehra nsibuh ukoll fil-Legenda perugina:

“Lejl minnhom, huwa u jahseb fuq it-tbatijiet tieghu, gietu hasra minnu nnifsu u karab f’qalbu: ‘Sinjur, ejja ghinni fil-mard tieghi, biex inkun nista’ ngarrbu bis-sabar!’  U malajr sema’ min jghidlu: ‘Hija, ghidli: jekk wiehed, biex ihallsek ghall-mard u t-tbatijiet tieghek, kellu jaghtik tezor kbir u prezzjuz, li jaghmel mill-art kollha deheb pur, u mill-gebel bicciet prezzjuzi, u mill-ilma fwieha: ma kontx thossok xejn, hdejn tezor bhal dak, l-art u l-gebel u l-ilmijiet?  Ma kontx tkun ferhan hafna?’

Wiegeb Frangisku: ‘Sinjur, dan kien ikun tezor tassew kbir u uniku, prezzjuz u ta’ min ihobbu u jixtiequ’.  Il-lehen spicca: ‘Mela, hija, ifrah u thenna fil-mard u t-tbatijiet tieghek; mil-lum ’il quddiem ghix fis-sliem, daqslikieku digà tinsab fis-Saltna tieghi’” (LP 43).

Kien fl-ghodwa ta’ wara li huwa ddetta l-Ghanja tal-Hlejjaq

Anki dwar dan xi storici huma dubjuzi, ghax hemm fosthom li jishqu li San Frangisk beda l-Ghanja tal-Hlejjaq fi Rieti u mhux f’San Damjan.

[10] Dan ikompli jikkonferma l-weghda li Frangisku kellu l-lejl ta’ qabel ma kiteb l-Ghanja tal-Hlejjaq, meta Alla wieghdu l-hajja eterna tas-sema (ara ref. 9).

[11] Thomas Moore, Jiena Frangisku, Malta 1997, pp. 53-54.

[12] Meta kellu xi ghoxrin sena, f’Novembru 1202, Frangisku (mimli bi spirtu patrijottiku) mar jiggieled mas-suldati ta’ Assisi kontra Perugja, wara kwistjoni li nqalghet bejn iz-zewgt ibliet.  Dik il-battalja baqghet maghrufa bhala ta’ Collestrada jew Ponte San Giovanni, ghax l-armata ta’ Assisi stazzjonat ruhha kemm fuq l-gholja (colle) u kemm fit-triq (strada).  Il-battalja spiccat b’telfa ghal ta’ Assisi, u z-zaghzugh Frangisku spicca fil-habs ta’ Perugja, fejn irrifletta hafna dwar is-sejha tieghu u l-valur tal-hajja (wara li hareg mill-habs spicca biex marad ukoll).  Kien l-ewwel pass...

[13] Michael de la Bedoyere, Francis of Assisi: The Man who found perfect joy, USA 1999, p. 294.

[14] Il-knisja ta’ Santa Marija ta’ l-Angli, maghrufa bhala l-Porzjunkola, kienet id-dar generali ta’ l-Ordni fi zmien San Frangisk.  F’Settembru 1226, mill-palazz ta’ l-isqof, il-qaddis ittiehed f’dan il-kunvent, li kien tant ghal qalbu.

[15] Ara Apk 2:11: “Min ghandu widnejn, ha jisma’ x’jghid l-Ispirtu lill-knejjes.  Lir-rebbieh ebda hsara ma hi se taghmillu t-tieni mewt”; u Apk 20:6: “Hieni u qaddis min ghandu sehem fl-ewwel qawmien ta’ l-imwiet: it-tieni mewt ma ghandha l-ebda setgha fuq dawn...”.

[16] Ara W. Bader, The Prayers of Saint Francis, USA 1996.

[17] Joseph (Ernest) Renan (1823-92), filosfu u teologu franciz.  Wiehed mill-aqwa xoghlijiet tieghu li baqa’ maghruf mad-dinja kollha hu l-famuz Life of Jesus (1863).

[18] Michael de la Bedoyere, op. cit., pp. 291-294.

[19] Thomas Moore, op. cit.

[20] Il-Papa Gwanni Pawlu II hatru patrun ta’ l-ekologisti fl-1979.

[21] Thomas Moore, op. cit.

[22] Ibid.

[23] Ibid.

[24] Ibid.

[25] Francesco uomo di Dio e fratello di tutti, suppliment fir-rivista San Francesco, Assisi, n. 6, Giugno 2002.

[26] Mill-Prefazju tat-Talba Ewkaristika II tal-Quddiesa.

◄◄|werrej|►►

Ghalfejn nippruvaw infittxu lil Alla f’elf haga

u ma nippruvawx insibuh

fl-opri ta’ jdejh?

 

Din hi

t-taghlima li jaghtina Frangisku

ta’ Assisi

fl-Ghanja  

tal-Hlejjaq tieghu.

Din it-talba

hi meqjusa bhala l-aktar maghrufa ta’ san Frangisk.  Anki

ghall-istudjuzi ta’ l-istorja

tal-Lingwa Taljana

ghandha valur kbir, ghax

hi l-ewwel poezija

li nkitbet

fl-Ilsien Taljan.

 

ara wkoll:

Ghanja

tal-Hlejjaq