Spiritwalita' Frangiskana |
|
Missierna Kummentarju ghat-talba tal-“Missierna” ta' San Frangisk Anton Fasani Maqlub ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv
Missierna
Mulej Alla tal-hajja tieghi, int Missierna li nissiltna, ahna tieghek ghax int hlaqtna. Ahna minn dejjem tieghek, izda int nissiltna fiz-zmien u hlaqtna xbieha u xebh tieghek. Missierna, Missier kulhadd, ghax int hallieq ta’ kollox, kemm ta’ dak li jidher u kemm ta’ dak li ma jidhirx, tal-hlejjaq ta’ taht l-art, ta’ l-art u tas-sema. Missierna, mhux biss ghax int missier kulhadd, imma ghax thobbna bi mhabba specjali. Int bis-sahha tal-fidi vera sawwabt fi qlubna l-Ispirtu ta’ Ibnek, li jghajjat: Abba, Missier.
Missier tajjeb, Missier qaddis, Missier helu, Missier hlejju u hanin, Missier setghan fuq kollox u gharef, Missier bla tarf u ta’ kobor bla tmiem, Missier ta’ dejjem l-aktar gholi, l-aqwa u l-eqdes Missier. Aghmel, Missier, li ahna wkoll, uliedek b’adozzjoni specjali, li biha ghamiltna werrieta, nirtu sewwasew lilek, o Alla, u nsiru werrieta flimkien ma’ Kristu.
Missier qaddis, kif stajt tghollini f’dil-glorja, biex insir ibnek, meta jien lanqas biss jisthoqqli nissejjah hliqa tieghek? Minhx jewwilla midneb, qaddej tad-dnub u lsir tax-xitan? Mela kif nista’ nkun iben ta’ Alla b’adozzjoni?
O Missier, Missier, Missier il-hniena, Missier il-mahfra, Missier ta’ tjieba bla qjies! Ah, bluha ta’ wlied Adam! Dawn jaharbu mill-hakma hielsa ta’ Alla l-Missier u ma jqisu xejn l-adozzjoni ta’ wlied Alla, waqt li jintelqu minn jeddhom fil-jasar tax-xitan. Ah, xi bluha, xi frugha, x’hazen, x’ingratitudni bla tarf!
Mulej, Missier qaddis, ikollok hniena minni, ghax dnibt hafna mela kont mahkum mill-hazen. O Missier, Missier mahbub, la titlaqnix.
Missier qaddis, nitlob l-ghajnuna tieghek, nitlobhielek bla waqfien, biex int issalva lili, ibnek, u tqawwini bl-imhabba tieghek ta’ Missier. Aghmel, Missier qaddis, li jien ingib ruhi ta’ iben, naghraf u nifhem ta’ iben, biex nigi hdejk, Missier, fis-sebh bla tmiem. Amen, amen, amen.
Li inti fis-smewwiet
Jekk Alla, minhabba l-kobor tieghu bla tarf, jinsab kullimkien bl-essenza u bil-qawwa kollha tieghu, ghala nghidu li jinsab fis-smewwiet? Alla, li jinsab kullimkien, nghidu li jinsab b’mod specjali fis-smewwiet fejn il-qaddisin jarawh wicc imb’wicc u jikkuntemplawh. Jinsab ukoll fis-sema, jiíifieri fl-erwieh tat-tajbin u tal-qaddisin, b’mod differenti hafna minn kif jinsab fost il-midinbin. Fil-qaddisin hu prezenti bl-imhabba, ghalhekk hu jqaddes ir-ruh tal-bniedem tajjeb u jghammar fiha; mhux hekk izda fil-midinbin. San Girgor jghid li dan tghallmu l-Iskrittura. Fis-smewwiet l-ghamara tieghi, jghid il-Mulej b’fomm il-Profeta, u Salamun jghid: Ir-ruh tal-bniedem gust hi tron tal-Gherf. Hekk ukoll jistqarr San Pawl: Kristu huwa l-Qawwa u l-Gherf ta’ Alla.
Jekk, mela, Alla huwa l-Gherf, ruh il-gust hija t-tron tal-Gherf, mela ruh il-gust hija t-tron ta’ Alla. Jekk ruh il-gust hija t-tron ta’ Alla, is-sema hu r-ruh tal-gust, ghax is-sema hu t-tron ta’ Alla. Din hi t-tifsira cara tal-kelmiet: li inti fis-smewwiet, jigifieri fil-qaddisin u fl-erwieh tat-tajbin.
Ha jifirhu, mela, l-erwieh tat-tajbin. Huma ghandhom f’qalbhom mhux biss id-dhul ghal ghand Alla, izda sahansitra l-post fejn jghammar Alla.
Ahseb ftit, ruh tieghi, x’haga kbira hi dik li jkollok is-sebh ta’ Alla jghammar fik bl-imhabba. Qis daqsxejn x’xorti qaddisa, x’ferh, x’hajja hienja hi dik li jkollok lil Alla jghammar fik bl-imhabba. Kemm hi kbira l-hbiberija ta’ Alla! Kemm hu kbir u hieles is-sebh ta’ Alla! Ruh il-midneb, li kienet bejta tas-serpent, issa saret bi grazzja tron tal-Gherf; kienet kollha kemm hi ta’ l-art, issa saret tas-sema, anzi saret sema, bil-grazzja ta’ Alla.
U ruh il-bniedem gust tissejjah sema bi dritt. Is-sema hu semplici u safi; ruh il-gust m’hijiex imhallta mal-passjonijiet tad-dinja, hi semplici bi hsiebha dejjem f’Alla.
Is-sema ma jithassarx; ruh il-gust tinsab ’il boghod mit-tahsir tad-dnub. Is-sema hu mzejjen bil-kwiekeb u jiddi bid-dawl; ruh il-gust hi mzejna bil-virtù u tiddi bid-dija tal-grazzja ta’ Alla.
Is-sema jaffettwa l-hajja tad-dinja; hekk ukoll ir-ruh tal-gust, bl-ezempju ta’ hajja tajba u bit-taghlim ta’ dixxipulat qaddis, tolqot lill-ohrajn u taffettwahom spiritwalment. O ruh tieghi, jekk minn bejta tas-serpent sirt post fejn jghammar Alla, u jekk minn art sirt sema, la tintelaqx, rodd hajr lil Alla li wera mieghek hniena daqshekk kbira.
Mulej Gesù Kristu, hniena bla tarf u tjieba ta’ ruhi, int tajtni l-grazzja l-kbira li din il-bejta tas-serpent issir ghamara tieghek u li din l-art mishuta ssir sema mbierek.
Mulej, int li bl-indiema ghintni nibda tajjeb, aghmel li nibqa’ miexi ’l quddiem bla waqfien u wettaqni fil-perseveranza sa ma nasal ghall-perfezzjoni, nissokta nkun sema u nikseb is-sema tal-glorja tieghek. Amen, amen, amen.
Lilek is-sebh, it-tifhir u l-gieh, il-barka u r-radd ta’ hajr ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.
Jitqaddes Ismek
Ikun imbierek isem is-sebh tieghek li hu qaddis u jisthoqqlu t-tifhir, li hu glorjuz u msebbah ghal dejjem. Ismek qaddis bit-tjieba, ghax int Alla li ma tridx hazen; jisthoqqlok it-tifhir minhabba s-setgha tieghek bla tarf, ghax int biss taghmel hwejjeh tal-ghageb. Ismek imsebbah bil-gherf, ghax int tissejjah kbir, Mulej, u l-virtù u l-gherf tieghek huma daqshekk kbar li ma jistghux jitkejlu. Ismek imsebbah fuq kollox minhabba l-kobor tieghek bla tarf, ghax is-smewwiet u l-art mimlija bid-dija tal-glorja tieghek.
Dan l-isem, mela, qaddis u meqjum, bla tmiem u tal-biza’, ha jitqaddes minn kulhadd b’kull mod. Jitqaddes bil-fomm, jitqaddes bil-mohh, jitqaddes bil-qalb, jitqaddes bl-ghemil u bil-virtù, jitqaddes kullimkien u dejjem u ghal dejjem ta’ dejjem.
O Alla kbir u tal-biza’, jisghobbija ghal kemm-il darba ma qaddistx ismek. Ghalhekk nitlob il-ghajnuna dejjiema tieghek fuqi, biex jitqaddes ismek kemm jekk nahseb, kemm jekk nixtieq, kemm jekk irrid, kemm jekk ma rridx, kemm jekk niekol, kemm jekk nixrob… ha jitqaddes ismek bis-sensi tieghi kollha gewwinin u barranin. Jitqaddes ismek bid-dawl ta’ ghajnejja, bix-xamm, bit-toghma, bis-smigh u bil-mess. Jitqaddes ismek fil-predikazzjoni u s-sahriet tieghi, fl-istudji tieghi, fil-hidmiet u l-kitbiet tieghi. Jitqaddes ismek meta nimxi, meta nistrieh, meta nahdem u meta norqod. Jitqaddes ismek b’kulhadd u f’kulhadd. U kif nitlob ghalija nnifsi, hekk ukoll nitlob ghall-Knisja Mqaddsa, l-gharusa tieghek. Nitlob ukoll ghal dawk kollha li rcevew l-Ordnijiet sagri, ghall-Ordni Serafiku li tieghu jien membru, ghall-irgiel u n-nisa f’kull kundizzjoni, ghal ommi u missieri, ghal qrabati u hbiebi, u ghal uliedi spiritwali. Nitlob ghal dawk kollha li jitolbu ghalija u ghal dawk li qaluli biex nitlob ghalihom. Nitlob ghal dawk li tajthom skandlu, ghall-ghedewwa tieghi kollha u ghad-dinja kollha, biex kulhadd jaghraf ismek, iqimu, jadurah u jqaddsu, ghax jisthoqqlu kull tifhir, sebh u gieh, barka, qdusija u qima. Ghax ismek hu Alla, Tlieta u Wiehed, li jghix qabel kull zmien u ghal dejjem. Amen. Amen.
Tigi Saltnatek
Mulej Gesù Kristu, inti ghidt li s-saltna tieghek m’hijiex ta’ din id-dinja. Ghalhekk jizbaljaw dawk l-Insara li jridu jsaltnu f’din id-dinja. Jekk tassew iridu jsaltnu ghandhom jitolbu l-migja ta’ saltnatek. U fejn hi s-saltna tieghek? Is-saltna tieghek hi saltna taz-zmenijiet kollha, li fiha l-qaddisin kollha jghixu u jsaltnu huma u jarawk wicc imb’wicc fil-hena.
Ahna rridu din is-saltna u nitolbu biex tigi fostna. Jekk ma tistax tigi sakemm ghadna mlibbsin dan il-gisem li jmut, mela ha tigi bla ma titlajja meta nitbieghdu minn dan it-turufnament. B’danakollu, waqt li ghadna f’din l-art, ahna nitolbu bla waqfien li tigi saltnatek xorta wahda bhalma hi fis-sema. X’jaghmlu fis-sema dawk li dahlu quddiem il-kobor tieghek, jekk mhux igawdu d-dehra tal-glorja tieghek bla tmiem u jistghallu l-imhabba tieghek? Din hi s-saltna, din hi t-tgawdija: li wiehed jippossjedi u jikkontempla.
ghalhekk, ha tigi saltnatek, biex nikkontemplawk dejjem u ngawduk b’imhabba perfetta. Hemmhekk, fis-sema, kollox hu ghaqda, kollox armonija, ilkoll igawdu s-sliem bla xejn nuqqas; hawn fostna halli ma jkollna xejn li ma jaqbilx mal-ligi tieghek, xejn li ma jixbahx il-harsa ta’ wiccek. Jalla lkoll ingawdu, b’intenzjoni retta, is-sliem tas-sema. Mulej Gesù Kristu, ha tigi saltnatek, biex jiena jkolli lilek dejjem f’mohhi, biex inhobbok dejjem b’qalbi, biex dejjem ingawdi mhabbtek.
Mulej Gesù Kristu, kemm naghmlu hazin meta ngawdu minn dak li qieghed hemm biex jaqdina u meta ninqdew b’dak li qieghed hemm biex ingawduh! Jien dan ghamiltu u kont hazin, izda issa nindem minn dak li ghamilt. Ahfirli ghax ghamilt hazin, ghamilt haga mill-aktar hazina. Minn issa ’l quddiem jien sa ngawdi minn dak il-gid li qieghed hemm biex jitgawda - gid li m’hu xejn minghajrek u minghajr il-Missier u l-Ispirtu s-Santu, Alla Tlieta-u-Wiehed, li hu mbierek ghal dejjem. Amen.
Ikun dak li trid Int Kif fis-Sema hekkda fl-Art
O Alla, lilek it-tifhir u l-glorja, ghaliex int wahdek qaddis, qaddis, qaddis.
Int qaddis, l-ewwel u qabel kollox, ghax ma tistax trid il-hazen. Int qaddis ukoll ghax dak li trid hu t-tajjeb. Fl-ahharnett, int qaddis ghax it-tajjeb hu tajjeb ghax tridu int. Ghalhekk bil-jedd kollu ha jkun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art, ghaliex ir-rieda tieghek hi r-regola ta’ kollox li ma tinbidel qatt. Fit-tjubija taghha hi tajba bla tarf.
Mhux ta’ b’xejn il-Makkabin qaddisa talbu lill-Mulej ghal missirijiethom u qalu: Alla jberikkom… u jaghti lilkom ilkoll qalb biex tadurah u biex taghmel ir-rieda tieghu b’qalb kbira u ruh imhegga.
X’jigifieri, o ruh, b’qalb kbira u ruh imhegga, jekk mhux b’qalb li tixraq lil Alla u b’ruh daqshekk imhegga daqskemm mixtieqa li jkun jisthoqqilha tinghaqad ma’ Alla? U min jista’ jkollu qalb daqshekk kbira u ruh daqshekk imhegga li jkunu jixirqu lil Alla? M’hemm ebda proporzjon bejn dak li jintemm u dak li ma ghandux tmiem.
O kobor, fejn int? Mhux li kont tigi f’qalbna! O rieda li thobb it-tajjeb, li int ta’ min ihobbok ghax perfetta, fejn tghammar? Nistghu ahna nilqghuk biex naghmlu kif jixraq ir-rieda adorabbli ta’ Alla, safejn din nistghu naghmluha?
O ruh, x’ifisser Alla? U x’inhi r-rieda tieghu? Ghaliex mela din ma ssirx? U min hu dak li sa jqum kontra l-Hallieq tieghu? Min hu dak li jzomm sod kontra r-rieda tieghu? Min hu dak li jwiegeb lil Alla u jghidlu: ma naqdikx? Imsejken jien u msejknin il-midinbin kollha!
Mulej, Missier Qaddis, Alla kbir u tal-biza’! Jiena midneb u jisthoqqli ninzel sal-qiegh nett ta’ l-infern. Jiena naghraf id-dnub kbir tieghi, ghax ma ghamiltx ir-rieda tieghek u ma haristx il-precetti tieghek.
Missier qaddis, Missier ta’ kull hniena, ikollok hniena. Jiena naf li qaddej, li jaf x’inhi r-rieda ta’ sidu u ma jaghmilhiex, ikun haqqu s-swat sa ma jingerah; hekk ukoll haqqni jien. Kif, forsi minkejja l-ghadd kbir ta’ dnubiet jista’ jehles mill-griehi? Imma min helsek mill-griehi tieghek, Missier hanin, int li taghtini z-zmien u l-okkazjoni li nindem? Inroddlok hajr ghal dejjem u jalla ssebbah lilek il-hniena li wrejt mieghi. Minn issa ’l quddiem ha ssir ir-rieda tieghek fija f’kollox; u bhalma jsir fis-sema ha jsir hekk ukoll f’dawk kollha li jghammru fl-art. Dak li trid int hu onest, qaddis, utli ghalina; ghaliex, mela, ma ghandniex nilqghuh fil-ferh?
Ikun kif trid int mhux ghax hu utli, imma ghax hu qaddis. Ha jkun joghgobni dak li joghgob lilek, u dak li lilek ma joghgbokx ha jkun ma joghgobnix. Ha jkunu haga wahda dak li rrid u dak li ma rridx flimkien mieghek; u aghmel li nkun irrid u ma nkunx irrid dak biss li trid jew li ma tridx int.
O Mulej, naghtik il-helsien tieghi, ma rridx inkun hieles bçiex nidneb meta rrid, ghax kif jghidu l-Ghorrief qaddisin tieghek: Is-setgha li bniedem jidneb m’hijiex helsien. Irrid inkun hieles u hieles inkun jekk naghmel f’kollox ir-rieda tieghek.
Ghalhekk, ikun li trid int, Mulej, kif fis-sema hekkda fl-art. Tkun maghmula r-rieda tieghek f’kull haga, b’kull mod; tkun maghmula ghalik biss, bhala ghan wahdieni u ahhari. Issa u dejjem u ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.
Hobzna ta’ Kull Jum Aghtina l-lum
Xi tghid, ja ruh, dwar l-imhabba ta’ Alla ghalina? Mhux biss inghatalna l-Iben il-Wahdieni ta’ Alla l-Missier, li twieled ghalina mill-Vergni bla tebgha, u waqt li ha l-ghamla ta’ qaddej u ha gisem bhal taghna sar ghalina l-prezz tal-fidwa taghna, imma sar ukoll l-ikel taghna. Bhala qaddej fih tiddi l-karità, f’dak li sar jixbah lill-midneb tiddi l-imhabba, izda f’dak li sar ikel jiddu bla qjies kemm il-karità u kemm l-imhabba. Fl-ewwel zewg aspetti hu cekken lilu nnifsu u sar sustanza bir-ruh; f’dan ta’ l-ahhar hu tnezza’ minn qawwitu u sar sustanza mejta u bla ruh.
Xi tghid, ja ruh? Ma tistaghgibx bil-karità ta’ Kristu? U int fis-sewwa twieíeb: nistaghgeb u nsejjeh l-angli kollha biex huma wkoll jistaghgbu. L-Iben il-Wahdieni ta’ Alla sar ghalina hobz! Hobz supersustanzjali! Hobz ta’ kull jum!
O Mhabba, o Karità! U ordnalna li fit-talba nitolbuh bhallikieku kien taghna, bhala ikel ta’ kull jum, hobz supersustanzjali. U billi nghidu “hobzna”, hu tana jedd fuqu nnifsu. Hu, li kien kollu kemm hu tieghu, ried isir taghna: ikel taghna, hobz taghna, hobz supersustanzjali, hobz ta’ kull jum.
O Mhabba, o Karità! O Karità, o Mhabba! Il-manna kienet tinzel fid-dezert bhal hobz mis-sema ghall-poplu Lhudi. Izda dak ma kienx hobz supersustanzjali, ma kienx hobz haj. Imma dan hu hobz supersustanzjali u haj, ghax jaghti lir-ruh l-ikel ghall-hajja ta’ dejjem. Dak kien hobz angeliku, ghax kienu jaghmluh l-Angli b’idejhom, izda ma kienx divin. Imma dan hu hobz divin, ghax Gesù Kristu hu veru Alla minn Alla veru.
Ghalkemm dan ukoll jissejjah angeliku, izda mhux angeliku ghax ghamluh l-Angli; hu angeliku ghax Gesù nnifsu, li hu l-hobz ta’ l-Angli, sar ikel ghalina li ghadna nterrqu. Dak ma kienx hobz ta’ kull jum, ghax nhar ta’ Sibt il-manna ma kinitx tinzel. Dan izda hu ta’ kull jum, ghax jigi kull jum. Dak kien ghal certu zmien u certu hin - fil-hinijiet shan tal-gurnata l-manna ma kinitx tidher aktar. Dan ma ghandux zmien, u la jum, u la hin; izda f’kull jum, f’kull zmien, issa u dejjem Kristu jinzel fis-Sagrament ghall-kelma tal-qassis li jrid jikkonsagra. Dak tema’ lill-poplu Lhudi ghal erbghin sena. Dan hu l-ikel spiritwali taæna sa l-ahhar taz-zmenijiet.
O Mhabba, o Karità! O Karità, o Mhabba!
Qed nifrah, ja ruh, narak milquta bil-ghogba. Jiena wkoll, sakemm tkellimt int, staghgibt fis-skiet. Izd’issa mill-ghogba ghaddejt ghat-tahwid. Ara kemm ilek titrejjaq b’dan l-ikel tas-sema u tibqa’ marbuta ma’ l-art. Kull jum trejjaqt bl-ikel divin u ghadek ma sirtx divina. Ara kemm ilek tiekol lil Kristu u ghadek ma nbdiltx fi Kristu. Ghaliex? Forsi l-hazen tieghek hu akbar mill-karità ta’ Kristu? U zgur li le! Mela jekk il-karità ta’ Kristu hi akbar, ha tirbah hi fuqek, ha tirbhek u trebbhek bl-imhabba, ha trebbhek bit-tjieba, ha torbtok bil-gratitudni. Ha tahkmek il-Karità bl-istess karità, biex int twiegeb bl-imhabba ghall-imhabba u tkun kollok ta’ Kristu li ried isir kollu tieghek.
Ejjew nitolbu, ja ruh, ghall-qassisin kollha u ghal dawk li jitqarbnu, biex dawn ma jiklux il-kundanna taghhom u ma jixorbux bla ebda ghazla d-Demm tal-Mulej. Izda l-hobz haj li huma jiehdu ha jkattar fihom il-grazzja f’din l-art u fil-hajja taz-zmien li gej fis-smewwiet. Amen, amen, amen.
Ahfrilna Dnubietna Bhalma ahna nahfru lil min hu hati ghalina
O Mulej, jien nghanni lill-hniena tieghek ghal dejjem u l-hniena tieghek tfahhrek, ghat-tifhir u r-radd ta’ hajr li jien naghtik ghal dejjem.
Mulej Alla l-Aktar Gholi, jiena rghextek f’hafna postijiet u b’hafna modi, hafna drabi u bil-kbir, tant li jien stess ninsab imhawwad u ma nistax nghodd kemm-il darba nqastek jew naghraf il-gravità ta’ dnubieti. U int, imrieghex, tamar lil min rieghxek jitlob mahfra u jghid: ahfrilna, ghax int trid thassar htijietna.
Min hu dak li ma jifhimx il-hniena tieghek, Mulej? Min hu dak li sa jintilef fid-disperazzjoni? Min hu dak li ma jridx mahfra? Min hu dak li ma jridx jinhall minn daqstant dejn, meta jaf li biex jithallas jenhtieg li jinbiegh hu, martu, uliedu u kulma ghandu? Jigifieri li hu nnifsu, ruhu, kulma ghandu u kulma ghamel, sa l-anqas haga tajba, jispiccaw fl-infern? Min hu, mela, dak li ghal daqstant kobor ta’ hniena ma jwegibx: ahfrilna?
Mulej Gesù Kristu, tabilhaqq Missier il-hniena, jekk il-midinbin l-ohra jridu jibqghu midjunin, jien ma rridx. Quddiem il-hniena divina tieghek jiena nferragh dnubieti kollha u b’lehen gholi nlissen: ahfrilna. Ngholli lehni mill-qiegh ta’ qalbi u nghajjat quddiemek: ahfrilna.
Nistqarr li htijieti huma kbar fil-ghadd u fil-qjies, izda x’inhuma dawn hdejn il-hniena tieghek bla tarf? In-nuqqasijiet tieghi, ghalkemm bla ghadd, ma jistghux jidhru quddiem daqstant hniena u ma jithassrux. Forsi n-nuqqasijiet tieghi qeghdin hemm biex johorgu rebbieha fuq il-hniena tieghek? Dan ma jkun qatt!
Il-hniena tieghek hi daqshekk kbira li tista’ thassar in-nuqqasijiet kollha tal-midinbin. Dan jien nemmnu bil-fidi. Dan hu li jkebbes fija tama kbira: in-nuqqasijiet kollha tieghi quddiem il-hniena tieghek jisfghu fix-xejn, ghax ma jistghux jibqghu jezistu bla ma jisfghu fix-xejn. U ghaliex dan? Ghax int, kollok hniena, hekk ridt. Min iqieghed id-dejn ta’ dnubietu quddiem il-hniena tieghek, minnufih dak id-dejn jinhafer. U min hu dak li jqieghed id-dejn ta’ dnubietu quddiem il-hniena tieghek? Hu dak li jbati, li jbati tabilhaqq u bil-qalb u jindem tassew. Min imbaghad ma jindimx tassew, id-dnubiet iqeghedhom mhux quddiem il-hniena ta’ Alla, imma quddiem il-haqq tieghu, u jqeghedhom mhux biex jinhafrulu, imma biex jiehu l-kastig.
Izda jien, o Mulej, bil-ghajnuna tal-grazzja tieghek, nindem tabilhaqq u b’qalbi kollha, ghalçx reghextek, Alla tieghi. U jalla l-indiema tieghi tkun daqshekk kbira, li mmut bin-niket li tnissel fija. O Alla tieghi ta’ tjieba u kobor bla tarf! Min ma jibzax minnek? Min ma jhobbokx? Mela ghala reghextek? Jisghobbija li dnibt, jisghobbija li zbaljajt.
Alla tieghi, hniena u sabar bla tarf tieghi, ahfirli u ahfer id-dejn kollu ta’ dnubieti. Ahfirli kemm il-htija u kemm il-piena. Ahfirli l-htija ghax din tithallas bil-mewt ta’ dejjem. Ahfirli l-piena ghax din tithallas bi tbatija temporali jew f’din il-hajja jew fil-Purgatorju.
Qed nitlob hafna, Mulej, imma dal-hafna mhu xejn hdejn il-hniena divina tieghek. Mhux ghax ma rrid inbati xejn f’din id-dinja; irrid inbati, imma ha nbati ghall-kisba tal-mertu mhux ghall-hlas tad-dejn. Izda xorta nisma’ l-lehen helu tieghek jistaqsini: Ghaliex, jekk treghexni mill-gdid?
Mulej, int tixhet fuqi l-gudizzji tieghek u jiena x’nghid? Jekk thallini nitkellem, jien nitlob li int tahfer mhux biss id-dnubiet ta’ l-imgghoddi imma anki dawk tal-gejjieni. Ta’ l-ewwel jinhafru ghax ga saru, l-ohrajn jinhafru biex ma jsirux.
X’nista’ nistenna minni nnifsi, li ma niswa xejn, li ma ghandi hila naghmel xejn tajjeb, li nhossni migbud ghal kull hazen? Jien migbud fgall-hazen ghax il-hazen mhu xejn u jien ma jien xejn. Fejn insibha l-qawwa tieghi; mhux fik, Mulej? U fejn insibha s-sahha tieghi; mhux fik? U fejn sa nsib il-fiducja u l-perseveranza fit-tajjeb; mhux fik?
Int kollox ghalija u jien ma jien xejn; ahfer, ghalhekk, id-dnubiet kollha li ghamilt u dawk li ghandi mnejn naghmel. Id-dnubiet kollha li ghamilt u dawk li ghandi mnejn naghmel inqeghedhom quddiem il-hniena tieghek, il-hniena tieghek bla tarf, il-hniena tieghek ta’ dejjem, il-hniena tieghek ta’ kobor bla qjies, biex id-dnubiet li ghamilt u dawk li ghandi mnejn naghmel jisfghu fix-xejn.
Ahfrilna, mela, bhalma ahna nahfru lil min hu hati ghalina. Jekk hemm min hu hati ghalija nahfirlu u nahfirlu bil-qalb. U mhux lilu biss, jekk hemm, imma ’l dawk ukoll li ghad ikun hemm. U nitlob minghandek, int li tqassam kull gid, il-kotra ta’ kull grazzja u ta’ kull gid ghar-ruh u ghall-gisem, fil-qasam temporali, spiritwali u etern. Nahfer mhux biss bil-qalb, imma fejn nista’ bil-fatti wkoll.
Dan qed nghidu, o Mulej, ghax int qed thallini nghidu. Kulma jkun jinsab fil-qalb imbaghad jinghad bil-fomm, ha jsir ghemil bil-grazzja tieghek.
Ghalhekk, ahfrilna dnubietna bhalma ahna nahfru lil min hu hati ghalina. Jien ghidt, Mulej, jekk hemm min hu hati ghalija, ghax fis-sew la qatt kelli u lanqas ghandi. U kieku kien hemm jew ghad hemm min reghexni, dan x’dejn ghandu mieghi? Forsi m’hemmx miktub: Ghalhekk l-art kollha tissielet kontra l-boloh? Miniex midneb jiena wkoll? Miniex forsi bniedem bla ghaqal fost nies bla ghaqal? ghalik, mela, bil-haqq kollu, il-hlejjaq kollha huma kontra tieghi.
Min ressaqni lejn il-mewt? Min tefaghni f’qiegh l-infern? Jewwilla, hlasi m’huwiex l-infern? Iva, hekk jisthoqqli ghal eluf bla ghadd ta’ drabi, ghax bla ghadd ukoll kienu d-drabi li fihom sthaqqli l-ghadab tieghek billi jiena bqajt fid-dnub.
Min hu, mela, Mulej, dan li hu hati ghalija? Jien ma naf lil hadd li ghandu d-dejn mieghi ghax ghamilli xi hsara. Izda naf lil xi whud li b’nuqqas ta’ ghaqal wasslu lili, iblah, biex naghmel id-dnub. Ghalhekk bhalma nitlob ghalija nnifsi, nitlob ukoll ghalihom, biex int thassrilna d-dejn li ghandna mieghek. Mill-bqija, Mulej, m’hemm hadd hati ghaija, anzi hemm min ghandi d-dejn mieghu jien minhabba l-iskandlu li tajtu. M’hemmx min hu hati ghalija biex nahfirlu bhalma nixtieq li tahfer lili, ghax jiena nqast lill-kobor tieghek bla tarf.
Imma jekk hemm xi hadd, forsi ma jezistix l-Gherf Etern? U jiena u int indaqs? Huma ndaqs qaddej u Mulej, Hallieq u hliqa, Alla u midneb? O Alla, Alla, Alla, dan x’inhu? Hemm x’ghamilt? Xi trid tghallimna bl-amar: Ahfrilna dnubietna bhalma ahna nahfru lil min hu hati ghalina? Kieku ma wissejtniex bil-precetti tieghek u kieku ma kontx int li ghallimtna, min kien jazzarda jghid: ahfrilna dnubietna bhalma ahna nahfru lil min hu hati ghalina? Kemm hfirt djun, ja Missier il-hniena u Alla ta’ kull farag! Min hu dak, mela, li ma jridx jahfer biex jinhafer lilu? Min ma jridx jahfer il-htijiet iz-zghar, biex jinhafrulu l-kbar? Min ma jridx jahfer il-hfief, biex jinhafrulu t-tqal?
Mulej Gesù Kristu, kemm jizbaljaw dawk li ma jridux jahfru lill-ghedewwa! Inroddlok hajr ghal dejjem ghax int gharraftni u fehemtni dawn il-hwejjeg.
X’nista’ nghid aktar? Int li tahtaf il-qlub, int Tama wahdanija ta’ dawk li jehtiegu s-salvazzjoni! Ahfer, Mulej, ghax jien min-naha tieghi digà hfirt, u jekk hemm ohrajn hatjin ghalija jien ninsab lest li nahfrilhom. U jekk fil-gejjieni jkun hemm, minn issa stess nahfrilhom b’qalbi kollha.
Jiena reghextek, Missier Qaddis, Feddej imsebbah, Gesù, li ghandek tkun mahbub fuq kollox! X’ghamiltli hazin u liema gid ghamiltli? Ghaliex reghextek jien? Ghaliex dnibt kontriek biss? Ghaliex ghamilt il-hazen quddiemek?
X’ingratitudni, x’hazen, x’ingustizzja hi din! Ahfirli, Mulej, ikollok hniena minni ghall-hniena tieghek bla tarf. Saffini, ghax int biss tista’ ssaffini, int biss tista’ tahfer, int biss tista’ thenn. Ghax naghrafha l-htija tieghi, id-dnub tieghi huwa dejjem quddiemi u sa jibqa’ dejjem quddiemi u qatt mhu sa jkun kontrija. Jibqa’ quddiemi biex nindem, u nindem b’soghba biex naqla’ l-grazzja u nidhol fil-glorja bil-ghajnuna tal-hniena tieghek, o Alla, int li mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu tghix u ssaltan ghal dejjem ta’ dejjem. Amen. Amen. Amen.
U la ddahhalniex fit-Tigrib
Mulej, fil-gherf gust tieghek, int ghall-gid taghna ridt li hajjet il-bniedem fuq l-art tkun taqbida, izda din m’hijiex taqbida kontra d-demm u l-laham, imma kontra l-princpijiet u l-mexxejja tad-dlamijiet. Hija glieda bejn l-ispirti l-hziena u l-ispirti tas-sema. Imma, Mulej, min jista’ jzomm shih kontra x-xitan? Dak li kien mahluq biex ma jibza’ minn xejn, dak hu s-sultan ta’ wlied is-suppervja. U lkoll kemm ahna nintilfu, jekk ma tghinniex int, Mulej. Tkun imbierka, mela, dejjem il-hniena tieghek, ghax int dawwaltna, u ahna nitolbu l-ghajnuna minghandek, ahna u nghidu: u la ddahhalniex fit-tigrib.
In-nisel ta’ wlied Adam, Mulej, hu dghajjef, ma jiflahx u ma ghandux hila jissielet. Min-naha l-ohra, ix-xitan huwa hajjen, qawwi, ghandu elf isem, elf mod kif jaghmel il-hsara. Jaf jinbidel sahansitra f’Anglu tad-dawl biex iqarraq dejjem aktar. Min jista’ jaghraf il-hjiena tieghu? Min ghandu l-hila jzommlu shih? Jehtieg li nitolbu ghajnuna minghandek, int Gharef li tista’ kollox. Is-Setgha tieghek bla tmiem u l-Gherf tieghek bla qjies.
Ghalhekk billi ninsabu f’periklu kbir, jegtieg li nduru lejk u nghidu: u la ddahhalniex fit-tigrib. Ghidt, Mulej, li ninsabu f’periklu kbir, ghax dil-gwerra m’hijiex xi haga zghira izda haga kbira, anzi kbira ferm. Fiha m’hemmx il-mewt tal-gisem imma t-telfien tar-ruh; ma tintilifx saltna ta’ din l-art imma tintilef il-genna. Mulej, hemm fin-nofs il-gieh u l-glorja tieghek, il-ksur ta’ l-ordnijiet tieghek, iz-zeblih u t-tkasbir tal-kobor tieghek bla tarf.
Mulej, forsi jien ma nifhimx sewwa l-piz ta’ dil-kustjoni. Izda m’huwiex dan l-akbar hazen fost kemm hemm hazen? L-offiza kontriek hija l-akbar hazen; dan hu hazen fuq kull hazen iehor. Dan hu hazen li jisthoqqlu l-infern.
Mela jekk f’dil-battalja hemm fin-nofs haga tabilhaqq kbira u l-ghedewwa huma qawwijin u ahna dghajfin, ghandna dejjem nghidu: u la ddahhalniex fit-tigrib. Jegtieg nghidu hekk dejjem, anki jekk biss f’qalbna, ghax hi gwerra bla waqfien, hi battalja bla hedu. Il-gisem inghaqad max-xitan biex jehduha kontra r-ruh. Ir-ruh tissielet kontra l-gisem; izda r-ruh x’tista’ taghmel minghajrek?
Ghalhekk b’qalbi kollha nghajjat u ma niqafx nghajjat: O Alla, ejja ehlisni; Mulej, fittex ghinni biex ma ddahhalnix fit-tigrib.
Kemm hi haga sabiha tittama fil-Mulej, tghammar taht il-harsien ta’ l-Aktar Gholi u tghid lil Alla flimkien mal-Profeta: Inti l-ghajnuna tieghi u l-kenn tieghi.
Alla tieghi, jien nittama fil-ghajnuna tieghek, ghax bhalma digà glist, hekk int sa tkompli tegles mill-irbit tax-xjaten li l-hin kollu jnassu. U hekk ghad jasal il-helsien shih mis-sentenza iebsa tas-sahta ta’ dejjem.
Hu nnifsu jghattik b’kitfejh, jigifieri bil-protezzjoni tieghu, u taht gwenhajh li jghattuk int tissokta tittama. Il-fedeltà tieghu ddawrek bhal tarka, biex il-hajjen ma jqarraqx bik. Ma tibzax mill-biza’ tal-lejl, lanqas mill-vlegga li ttir fid-dlamijiet tat-tigrib mistur, lanqas mill-attakk miftuh tax-xitan f’nofsinhar.
Mhux sa jkun wiehed it-tigrib imma mkattar, ghax elf ruh jaqghu magenbek, imma xejn ma jista’ jahbtek.
U din hi r-raguni: ghax int, o Mulej, it-tama tieghi; u hu nnifsu jwiegeb: Inti tghammar ghall-kenn ta’ l-Aktar Gholi. Mela dawk li jittamaw jghammru fiz-zgur taht il-harsien ta’ Alla, ghax ghandhom bhala kenn taghhom lill-Aktar Gholi, u x-xjaten ma jistghux jersqu lejh biex jaghmlulu l-hsara. Jehtieg, mela, nittamaw fil-Mulej biex ma naqghux fit-tigrib.
Isma’, ja ruh, b’dehwa kbira: min jittama f’persuna jitlobha. Mela jekk tittama f’Alla, itolbu bla waqfien. It-tama ma tikbirx minghajr talb sincier. Kieku d-dixxipli, f’dak il-lejl tal-passjoni, talbu, ma kinux jaqghu fit-tigrib. Kien ghalhekk li Kristu wissiehom: Ishru u itolbu biex ma taqghux fit-tigrib.
Jehtieg li wiehed jfhem sewwa zewg kelmiet: sahra u talb. Jehtieg li nishru dejjem, ghax l-ghadu taghna, ix-xitan, dejjem jishar fuqna biex jaghmlilna l-hsara. Min jishar joqghod attent u jahrab mill-perikli. U t-talb ukoll hu mehtieg b’mod specjali, ghax ghalkemm l-ispirtu jrid, dan ghadu mirbuh mid-dghufija tal-gisem, li hu maghqud max-xitan li hu qawwi. Mela biex ir-ruh tirbah lill-gisem u lix-xitan, jehtieg li tilbes dik il-qawwa li gejja minn fuq. U din tinkiseb biss bit-talb. Fhimt, ja ruh?
Imma jahasra, kemm jitqarrqu l-bnedmin meta jahsbu li jistghu jkunu fiz-zgur bla ma jishru. Imorru fil-periklu u dlonk jaqghu. Hekk ukoll hemm dawk li jahsbu li huma qawwijin minghajr it-talb, izda mbaghad meta jinqala’ t-tigrib jintelqu f’idejn ix-xitan.
Jekk, mela, trid tassew tittama f’Alla tieghek, ishar, ahrab l-okkazjonijiet. Alla amar lill-angli tieghu biex iharsuk fi triqatu kollha, mhux fit-triqat li m’humiex tieghu. Il-perikli u l-okkazjonijiet m’humiex triqat tal-Mulej u min jistedinhom ikun igarrab lil Alla u ma jkunx qed jittama.
Ittama, mela, ittama bil-ghaqal, ghaliex Alla hu dak li jwieznek; hu l-kenn tieghek. U x’kenn kbir hu dan, ja ruh! Tant hu kbir dan il-kenn, li hu bla qjies.
Jekk ix-xjaten jinzlu jaghmlu l-hsara mill-gholi, Alla qieghed fil-gholi. Jekk il-hsara jitfghuha mill-baxx, Alla qieghed fil-baxx. Jekk jigu mix-xellug, Alla qieghed fix-xellug. Jekk joqorbu mil-lemin, fil-lemin hemm Alla. Jekk jigu minn wara, Alla jinsab fuq wara. Jekk jigu quddiemna, Alla jinsab quddiemna. Jekk minn barra jew minn gewwa jippruvaw jaghmlulek id-deni, Alla hu l-kenn tieghek minn barra u minn gewwa. U jekk Alla hu maghna, ja ruh, min jazzarda jkun kontra taghna? Nghidu ghalhekk bil-fiducja kollha: inti, Mulej, it-tama tieghi. Qeghedt il-kenn tieghek fil-gholi hafna. U kont int, o Mulej, il-kenn tieghi. Kemm-il darba kont imgarrab, u rgajt waqajt, izda int, o Mulej, zammejtni. Int il-qawwa tieghi u l-ghanja tieghi, Mulej, int is-salvazzjoni tieghi. Dawruni, minn kull naha ghalquni, imma f’isem il-Mulej irbahthom; bhan-nahal daru mieghi, bhan-nar tax-xewk madwari jheggu, imma f’isem il-Mulej irbahthom. Il-leminija tieghek, Mulej, sahhitni; il-leminija tieghek, Mulej, ghollietni. Ma mmutx, imma nibqa’ nghix, biex inhabbar l-ghemejjel tieghek, Mulej. Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, imma lil ismek sebbah.
Ghalhekk nittama li int ma ddahhalniex fit-tigrib; nittama li jkolli dejjem it-tama biex ikun jisthoqqli nisma’ dawn il-kelmiet imqaddsa: Billi ttama fija, jien nehilsu mill-ghedewwa, inharsu f’kull tigrib, ghax hu habb lil ismi. Hu jsejjahli fit-talb u jiena nwiegbu. Jien inwarrbu minn kull deni u naghtih il-glorja ta’ kull gid. Ghal kemm itulu z-zmenijiet jien naghmlu hieni u nurih is-salvazzjoni, lil Ibni l-Wahdieni, li mieghi u ma’ l-Ispirtu s-Santu, jghix u jsaltan, Alla wiehed, ghal dejjem ta’ dejjem.
Izda ehlisna mid-deni Amen.
O Alla, li int kull gid, eglisna mid-deni. Id-deni ma jistax jegles mid-deni, imma jkattru izjed u jsahhu. Mela l-hid biss jista’ jeqred id-deni u jehles minnu. U min hu tajjeb? Wiehed biss hu tajjeb, Alla. Inti mela l-uniku Gid u Tajjeb fik innifsek; inti tista’ tehlisna mid-deni.
Nitolbuk, mela, int li int il-Gid kollu, il-Gid bla tmiem, il-Gid li ma jinbidilx, kun ghalina l-Gid etern u l-Gid bla qjies.
Int mela, Gid wisq mahbub, ehlisna mid-deni. Int li bilfors tobghod il-hazen, minnek gej kull gid u minghajrek m’hemm ebda gid, ghax int il-Gid ta’ kull gid. Ehlisna mid-deni ta’ l-imghoddi, ta’ issa u tal-gejjieni: mid-deni li jbeghhedna minnek, li int il-Gid bla tmiem. U deni daqshekk kbir m’hemmx hlief id-dnub. U dak kollu li jwassalna ghad-dnub huwa wkoll deni u deni kbir, ghax hija l-gibda li twassalna ghad-dnub.
Mulej, jien ma naghmilx il-gid li nixtieq naghmel, izda d-deni li nobghod. Ir-raguni tridni nixtieq il-gid, izda dan ma jsehhlix intemmu, ghax il-gibda tal-gisem ma thallinix. F’gismi hemm ligi ohra li tissielet mar-raguni u lili zzommni lsir taht il-madmad tad-dnub.
Bniedem imsejken jien; min sa jehlisni minn dan il-hisem li jmut? Xejn hlief il-grazzja ta’ Alla b’Gesù Kristu Sidna, jghid l-Appostlu.
Mulej, int li tista’ tehlisna, ehlisna mid-deni tal-gibdiet il-hziena li jwassluna ghad-dnub, biex fina jsaltan l-Ispirtu hieles.
U s-sens, bhala qaddej ubbidjenti, ha jkun dejjem mahkum u jaqdi. Ejja, o ruh, biex tinheles mid-deni, ghix dejjem fil-gid: ghammar f’Alla bil-mohh, bir-rieda, bil-hsieb u bl-imhabba. Jekk tibqa’ hekk, int tinheles minn kull deni. Dan jaghtihulek Alla nnifsu li jghix u jsaltan, Wiehed u Tlieta, ghal dejjem ta’ dejjem. Amen. Amen. Amen.
|
San Frangisk Anton Fasani 1681-1743
|