Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


Talb lill-Imqaddsa Vergni Marija

Talb mis-Sermones ta' sant'Antnin


maqlub ghal Malti minn

Patri Edmund Teuma OFMConv


  

1.

Nitolbuk, Sidt u tama taghna,

li int il-kewkba tal-bahar,

dawwal lil uliedek li jinsabu f’dal-bahar ta’ dnubiet;

mexxina lejn il-port tas-salvazzjoni,

biex intemmu b’wicc il-gid il-vjagg ta’ hajjitna

taht il-harsien tieghek.

Bil-ghajnuna wkoll ta’ dak

li int garrejt go gufek u reddajt;

lilu l-gieh u l-glorja

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/163)

 

2.

Nitolbuk, ja Sidtna,

li int il-kewkba ta’ filghodu,

dewweb b’dawlek

ic-cpar ohxon tal-gibda ghall-hazen

li bih ruhna mimlija.

Bhalma jaghmel dawl il-qamar,

imla l-vojt taghna

u kecci d-dlamijiet ta’ dnubietna,

biex niksbu l-milja tal-hajja ta’ dejjem

u d-dawl tas-sebh li ma jintemmx.

Dan jista’ jsir bil-ghajnuna

ta’ dak li ghamlek dawl g]alina,

u ghad li twieled minnek, tak il-hajja.

Lilu l-gieh u l-glorja

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/108)

 

3.

Sidtna Marija, unika tama taghna,

dawwalna bid-dawl jiddi tal-grazzja tieghek,

naddafna bil-bjuda leqqiena tas-safa tieghek,

ferrahna bis-sebh mixtieq tal-prezenza tieghek,

habbibna ma’ Ibnek

biex tkun tisthoqqilna l-glorja tieghu.

Dan jista’ jsir bil-ghajnuna

ta’ dak li ha gismu msebbah minghandek,

u ried jghammar f’gufek ghal disa’ xhur shah.

Lilu l-gieh u l-glorja

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/114)

 

4.

Sidtna Marija, Omm Alla,

ismek bhal torri b’sahhtu

li fih isib kull midneb il-kenn u l-helsien.

Ismek tassew helu,

hu l-farag tal-midinbin.

Ismek inissel fina tama qaddisa.

Int, Vergni, tinsab fl-qalba ta’ qalbna.

Ismek bhal dawl li jiddi;

bhal toghma helwa go fommna;

bhal ghanja ferrieha f’widnejn uliedek.

 

 (Sermones I/162)

 

5.

O Marija, inti tron

li fuqu hemm il-glorja tal-Missier.

Fuq dan it-tron

Gesu’ Kristu, l-Gherf veru, ha postu.

Hu s-sebh innifsu,

ferm akbar mill-angli.

Hu gie jghammar fid-dinja

f’gisem bhal taghna.

Int, Marija, sirt it-tron ta’ dik il-Glorja,

li hi Kristu,

lilu l-gieh u l-glorja

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/141)

 

◄◄|werrej|►►

 

Sant'Antnin

ta' Padova