Spirtu ta' Paci

◄◄|werrej|►►


Dekalogu ta’ Assisi

Impenn b’risq il-Paci


 

Xahar wara il-Laqgha ta’ Talb ghall-Paci li saret f’Assisi fl-24 ta’ Jannar 2002, il-Papa Gwanni Pawlu II baghat ittra bid-data ta’ l-24 ta’ Frar 2002 lill-Kapijiet ta’ l-Istati u tal-Gvernijiet kollha tad-dinja li fiha baghat id-Dekalogu ta’ Assisi l-impenn favur il-Paci. 

 

Fl-ittra il-Papa wera t-tama tieghu b’dan il-kliem: 

 

“Nittama li l-ispirtu u l-impenn ta’ Assisi jwasslu lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba lejn il-verità, il-gustizzja, il-helsien u l-imhabba biex kull bniedem ikun jista’  jgawdi d-drittijiet inaljenabbli tieghu u kull nazzjon igawdi l-paci.  Min-naha taghha, il-Knisja Kattolika, li tqieghed il-fiducja u t-tama taghha f’Alla ta’ l-imhabba u s-sliem (2 Kor 13:11), sa tissokta f’dan l-impenn biex id-djalogu leali, il-mahfra u l-ftehim reciproku jibqghu jmexxu lill-bnedmin f’dan it-tielet millenju”.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li nxandru l-konvinzjoni soda taghna li l-vjolenza u t-terrorizmu ma jmorrux flimkien ma’ l-ispirtu awtentiku tar-religjon, u ahna u nikkundannaw kull ghamla ta’ violjenza u ta’ gwerra f’isem Alla jew f’isem ir-religjon, nintrabtu li naghmlu minn kollox biex neqridu t-terrorizmu mill-gheruq.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li nrawmu lill-popli fil-qima u l-stima reciproka, biex b’hekk nghinu fil-holqien ta’ koezistenza pacifika u fraterna bejn popli ta’ gruppi etnici, kulturi u religjonijiet differenti.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li nharsu l-kultura tad-djalogu, biex b’hekk l-individwi u l-popli jifhmu aktar lil xulxin u jafdaw aktar f’xulxin, ghax dawn huma l-premessi tal-paci vera.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li niddefendu d-dritt ta’ kull wiehed li jghix hajja decenti fi qbil ma’ l-identità kulturali tieghu, u li jifforma familja tieghu fil-libertà.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna fi djalogu moghni bis-sincerità u s-sabar, filwaqt li ma nqisux id-differenzi ta’ bejnietna bhala xkil li ma jisghtax jingheleb, izda naghrfu li meta nilqghu d-diversità ta’ l-ohrajn naslu biex nifhmu ‘l xulxin ahjar.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li nahfru lil xulxin l-izbalji u l-pregudizzji ta’ l-imghoddi u tal-prezent, u li nghinu lil xulxin fl-isforz komuni biex neghlbu l-egojizmu u l-arrogranza, l-mibeghda u l-vjolenza, u li mill-imghoddi nitghallmu li l-paci minghajr il-gusitzzja m’hijiex paci vera.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li nzommu mal-foqra u d-dghajfin, li nitkellmu f’isem dawk li ma ghandhomx lehen u li nahdmu biex tabilhaqq inbiddlu dawn is-sitwazzjonijiet, ghax ninsabu konvinti li hadd ma jista` jkun ferhan wahdu.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li ninghaqdu mas-sejha ta’ dawk li ma jridux icedu ghall-vjolenza u l-hazen, u nixtiequ naghmlu kull sforz biex nittamaw lill-irgiel u lin-nisa ta’ zmienna fil-gustizzja u l-paci.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li ninkoraggixxu l-isforzi kollha li jsiru favur il-hbiberija bejn il-popli, ghax ahna konvinti li jekk il-popli ma jkunux solidali u jifhmu ‘l xulxin, il-progress teknologiku jwassal lid-dinja aktar u aktar lejn il-qirda u l-mewt.

 

  1. Ahna nimpenjaw ruhna li nhajru lill-mexxejja tan-nazzjonijiet jaghmlu kull sforz biex joholqu u jsahhu, fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, dinja moghnija bis-solidarjetà u l-paci msejsa fuq il-gusitzzja.

 ◄◄|werrej|►►


mehud mill-Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin

nru 7 – Gunju 2002.


“Nittama li

l-ispirtu u

l-impenn ta’ Assisi jwasslu lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba lejn

il-verità,

il-gustizzja,

il-helsien

u l-imhabba

biex kull bniedem ikun jista’  jgawdi

d-dritijiet inaljenabbli tieghu u kull nazzjon igawdi

l-paci."

 

Gwanni Pawlu II