Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


Talb lill-Ispirtu s-Santu

Talb mis-Sermones ta' sant'Antnin


maqlub ghal Malti minn

Patri Edmund Tewma OFMConv


 

1.

Spirtu Mqaddes, nar ta’ mhabba,

ejja strieh fuq kull wiehed minnha,

hejjilna lsienna biex jistqarr htijietna,

biex ahna u nghidu kollox bla ma nahbu xejn,

niksbu l-hajja tal-genna

biex hemm nissiehbu ghal dejjem fit-tifhir

flimkien ma’ l-angli.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek,

int li tghix u ssaltan ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/381)

 

2.

Spirtu Mqaddes,

int l-imhabba tal-Missier u l-Iben,

ha tghatti mhabbtek il-kotra ta’ dnubietna.

Lilek kull gieh u glorja

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/364)

 

3.

Spirtu Mqaddes,

nitolbuk issawwab il-balzmu tal-hniena tieghek

fuq il-griehi ta’ ruhna,

bhalma ghamel is-Samaritan it-tajjeb.

Orbothom bil-faxex tal-grazzja tieghek,

u bhalma hu ghabba l-migruh fuq il-hmar tieghu,

hekk ghabbi lilna int fuq l-ubbidjenza,

wassalna sal-kenn tal-konverzjoni,

hallina f’idejn l-indiema tal-qalb,

biex taht il-harsien tieghek nistriehu ghal zmien twil,

sakemm nirbhu mill-gdid il-fidwa taghna

bil-munita tas-soghba.

Hekk kif nirbhuha,

aghmel li jkollna l-hegga

naqbdu mill-gdid it-triq li tasal ghandek.

Dan bil-ghajnuna tieghek

li tghix u ssaltan mal-Missier u ma’ l-Iben

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/191)

 

4.

Spirtu Mqaddes,

bl-umiltà u d-devozzjoni

nitolbuk issawwab il-grazzja tieghek fuqna,

biex il-festa tieghek niccelebrawha

billi nzommu l-kmandamenti u rrazznu s-sensi.

Imliena b’indiema sinciera,

itfa’ fuqna d-dawl tal-prezenza tieghek

biex fid-dija tieghek

naraw lil Alla li jista’ kollox

fis-sebh tal-qaddisin tieghek.

Dan jista’ jsir bil-ghajnuna tieghek,

Alla Wiehed-u-Tlieta,

li int imbierek ghal dejjem.  Amen

 

(Sermones I/385)

 

 

◄◄|werrej|►►

 

Sant'Antnin

ta' Padova