Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


Talb lil Iben ta' Alla

Talb mis-Sermones ta' sant'Antnin


maqlub ghal Malti minn

Patri Edmund Teuma OFMConv


 

1.

Mulej Gesù,

ag]mel minna hamrija ghammiela u tajba

biex tilqa’ z-zerrieg]a tal-grazzja tieghek,

u aghmel li hi taghti frott l-indiema,

biex bil-ghajnuna tieg]ek

ikun jisthoqqilna nghammru ghal dejjem

fis-sebh tieghek,

li int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/37)

 

2.

Mulej Gesù,

aghmel li nitilghu l-gholja ta’ hajja qaddisa

u nitbieghdu minn dan il-wied tad-dmugh,

biex, ahna u nixbhu lilek fil-Passjoni,

tinzera’ fina l-hlewwa, tikber fina l-hniena,

u ddur madwarna shaba kollha dawl,

waqt li nisimghu lehen mimli hena jghid:

“Ejjew, imberkin minn Missieri,

Hudu b’wirt taghkom is-saltna

li thejjiet ghalikom

sa mill-holqien tad-dinja.”

Tieghek il-gieh, il-glorja u l-qawwa,

il-kobor u d-dwiem

ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/101)

 

3.

Mulej Gesù,

la ta]bix wiccek minna,

la titlaqx minn go qlubna,

u la ssejhilniex biex taghmel haqq minn dnubietna.

Ixhet fuqna l-grazzja tieghek,

ahfrilna htijietna,

ehlisna mill-mewt ta’ dejjem,

u dahhalna f’saltnatek

fejn ingawdu jum l-eternità

flimkien ma’ Abraham, Izakk u Gakobb.

Dan jista’ jsehh biss bil-ghajnuna tieghek.

Int jisthoqqlok kull gieh u kull qawwa,

kull kobor u tifhir ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/183)

 

4.

Nitolbuk, Mulej qaddis,

issejhilna bil-biza’ u b’imhabbtek

fil-Knisja mqaddsa tieghek;

igbidna lejk minn dat-turufnament.

Aghmel minn ruhna darek, Sultan taghna,

biex ahna nigu nixbhu ’t-tfal iz-zg]ar

li inti tant habbejt f’din l-art,

u naslu f’dar il-hena ta’ bla tmiem

- Gerusalemm qaddisa -

biex lilek infahhruk, inberkuk u nsebbhuk.

Dan jista’ jsehh biss bil-ghajnuna tieghek.

Lilek il-glorja u l-gieh ghal dejjem.  Amen.

 

5.

Mulej Gesù Kristu,

sawwab fuqna l-grazzja tieghek,

biex minnek nitolbu u minnek nircievu

l-milja tal-hajja vera.

Itlob lill-Missier ghalina

biex jaghtina l-fidi vera,

u b’hekk nidhlu fil-hajja ta’ dejjem.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek,

li int il-bidu u t-tmiem,

jisthoqqlok kull tifhir, Alla tal-ghageb,

li hadd ma jista’ jfisser,

ghal kemm itul iz-zmien.  Amen.

 

(Sermones I/350-351)

 

6.

Mulej Gesù Kristu,

hallina nirkbu d-dghajsa ta’ Xmun Pietru

moghnija bl-ubbidjenza.

Mexxi ’l hajjitna ’l boghod

mir-rbit ta’ din id-dinja

lejn l-gholjiet tal-kontemplazzjoni;

ghinna nixhtu x-xbiek

biex naqbdu qabda ta’ ghemejjel tajba

u naslu ghandek, Alla kbir u tajjeb,

li fil-glorja ssaltan ghal dejjem ta’ dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/503-504)

 

7.

Mulej Gesù Kristu,

aghmel li jkollna l-imhabba tieghek u ta’ ghajrna,

aghmilna wlied id-dawl,

harisna mid-dnub u mit-tihrib tal-hazin,

biex ikun jisthoqqilna naraw id-dawl glorjuz ta’ wiccek.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek u msebbah ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/26)

 

8.

Mulej Gesù,

orbotna bl-imhabba mieghek u ma’ ghajrna;

aghmel li qlubna qatt ma jitbieghdu minnek,

aghmel li r-ruh ma tkun imqarrqa qatt,

aghmel li l-mohh ma jiggenninx wara l-frughat tad-dnub,

biex minn imhabbtek qatt ma mmorru ’l boghod.

B’hekk ahna nhobbu lilek u lil ghajrna bhalna nfusna

bil-qawwa, bl-gherf u l-hlewwa.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/168)

 

9.

Mulej Gesù,

ghollina fuq il-gwienah tal-virtù ’l boghod mill-hemm tad-dinja,

libbisna s-safa, biex nissaportu d-dghufijiet ta’ hutna

kif ghamilt int, Mulej,

u jisthoqqilna naslu ghandek.

Dan bil-ghajnuna tieghek,

li int imbierek minn dejjem ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/241)

 

10.

Mulej Gesù,

ibqa’ fidil mar-rabta

li ghamilt b’demmek ghal uliedek.

Aghmel li l-hazin ma jiblaghniex.

Aghmel li kliemek inlissnuh bit-tama.

Titlaqx l-erwieh tal-qaddejja tieghek li int fdejt,

li ghajrek m’ghandhom xejn fiex jittamaw.

Wezinna, o Mulej, bl-ghaslug tal-qawwa tieghek

ghaliex ahna fqajrin.

Mexxina u la titlaqniex,

ghax minghajrek nizbaljaw.

Mexxina lejn it-tmiem,

aghmilna perfetti bhalek

biex naslu ghandek, ghax fik hi t-tama taghna.

Qum, Mulej, la taghmilhiex tar-rieqed,

tharisx lejn id-dnubiet izda lejn l-indiema,

aghzel il-qamh mis-sikrana,

ifred in-niedma minn dawk li huma hziena:

ghalihom taht Pilatu int batejt.

Int imbierek u msebbah ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/102)

 

11.

Mulej Gesù,

newwel lejna idejk tal-hniena

u ohrogna mill-hama tad-dnub.

Fejjaqna mix-xehwa u mir-reghba

bl-umiltà u l-faqar tieghek.

Rawwem fina l-ghaqda ta’ l-ispirtu

biex ninghaqdu mieghek

li mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu,

intom tlieta f’Mulej wiehed.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/287)

 

12.

Mulej Gesù Kristu,

aghmel li nersqu lejn il-festa ta’ l-Inkarnazzjoni

bil-fidi u l-umiltà,

biex niccelebraw il-ghaqda tal-penitenza,

u bil-ghajnuna tieghek,

inkunu prezenti fic-celebrazzjoni hienja

tal-glorja tas-smewwiet.

Int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/337)

 

13.

Mulej Gesù Kristu,

razznilna l-wicc b’iehor u s-suppervja bl-umiltà,

aqtghalna l-kilba bil-faqar,

berrdilna l-ghadab bis-sabar,

u xejjen id-dizubbidjenza taghna

bl-ubbidjenza tal-passjoni tieghek,

biex ikun jisthoqqilna nifirhu dejjem mieghek.

Dan jista’ jse]hh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/321)

 

14.

Kristu Mulej,

bl-umiltà nitolbuk:

igborna taht gwienah imhabbtek,

zommna hajjin bl-ilma ta’ l-indiema,

bl-arja tal-kontemplazzjoni,

bin-nar ta’ l-imhabba,

bil-hamrija ta’ l-umiltà,

biex ikun jisthoqqilna ninghaqdu mieghek,

li int il-hajja nfisha.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/394)

 

15.

Iben ta’ Alla,

meta jasal l-ahhar jum ta’ hajjitna,

ehlisna miz-zeblih tal-hazin.

Jalla ninghaqdu mieghek fil-hena ta’ dejjem

imsehbin mill-angli.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/468)

 

16.

Mulej Gesù Kristu,

aghmel li nghannu l-ghanja ta’ tifhirek,

nithennew fik biss,

nghixu hajja rzina,

nitilqu wara daharna dak kollu li jhabbatna,

u nghidu lilek biss dak li nehtiegu,

biex bis-sliem li taghtina nkunu nistghu nghammru

fis-saltna ta’ Gerusalemm tas-sema.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek;

int imbierek u msebbah ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/50)

 

17.

Mulej Gesù Kristu,

aghmel li r-raghajja tal-Knisja tieghek

iharsu kif jixraq lill-merhla tal-fidili tieghek,

biex huma jaslu ghandek minghajr xkiel,

ghax inti l-Ghid tal-qaddisin tieg]ek.

Dan jista’ jsehh bil-ghajuna tieghek;

int imbierek g]al dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/259)

 

18.

Helu Gesù,

hemm xi haha ohla minnek?

It-tifkira tieghek hi isbah minn kull haga ohra.

Ismek huwa ferh;

huwa l-bieb tas-salvazzjoni taghna.

X’tista’ tkun int, Mulej Gesù,

jekk mhux is-Salvatur taghna?

Kun il-Feddej taghna.

Aghtina l-virtujiet tat-Tama u l-Imhabba,

bhalma tajtna wkoll il-Fidi, l-ewwel ferh taghna.

Aghmel li nghixu u mmutu fihom

biex niksbu lilek.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek

u bit-talb ta’ Ommok;

int imbierek g]al dejjem.  Amen.

 

(Sermones III/112)

 

19.

Ghajnejn il-mahbub taghna

maghluqa fir-raqda tal-mewt!

Dak il-wicc,

li l-angli tant jitghaxxqu jharsu lejh,

issa sar abjad karti.

Dawk ix-xofftejn,

li bhal xehda ghasel

qattru l-kliem tal-hajja ta’ dejjem,

arahom issa kif khalu.

Dik ir-ras,

li l-angli quddiemha jirtoghdu,

issa mitluqa bla hajja.

Dawk l-idejn,

li l-mess taghhom kien ifejjaq il-lebruzi,

u jqajjem il-mejtin,

u jaghti d-dawl lill-ghomja,

u jharrab lid-dimonji,

u jkattar il-hobz -

jinsabu issa mtaqqbin bl-imsiemer

u mtebbghin bid-demm ghaziz!

 

(Sermones III/177)

 

20.

Imsejkna l-Knisja,

imhabbta bl-imwieh ta’ tempesta qalila,

bla ebda port li fih issib il-kenn!

Ixhet il-hemm tieghek fuq il-Mulej,

ghaliex hu nnifsu jghinek:

jisqik mill-ghajn ta’ princpijietek -

l-Appostli.

Huma kienu msahhin bit-taghlim ta’ Kristu

u bil-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu;

sib qawwitek fihom

biex int u tikber minn virtù ghal ohra,

int f’Sijon tara ’l Alla ta’ l-allat:

ghalih il-gieh u s-sebh matul iz-zmenijiet.  Amen.

 

(Sermones II/20)

 

21

Mulej Gesù Kristu, ahna rroddulek hajr

ghax int ilqajt bhala l-ewwel frott tal-fidi

d-doni tal-poplu tieghek,

li lilhom int waqqaft fil-Knisja tieghek.

Ghalik il-gieh u s-sebh matul iz-zmenijiet.  Amen.

 

(Sermones III/77)

 

22

 

Kristu Gesù,

int hrigt rebbieh fuq is-suppervja tal-hazin

bl-umiltà ta’ l-inkarnazzjoni;

aghmel li ahna wkoll

inkissru l-ktajjen tas-suppervja u l-arroganza

bl-umiltà ta’ qlubna,

biex ikun jisthoqqilna nidhlu fil-glorja tieghek.

Dan jista’ jsehh bil-ghajnuna tieghek -

int l-imbierek minn nisel ghal nisel.  Amen.

 

(Sermones I/145)

 

◄◄|werrej|►►

 

Sant'Antnin

ta' Padova