Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


Talb lil Alla Missier

Talb mis-Sermones ta' sant'Antnin


maqlub ghal Malti minn

Patri Edmund Teuma OFMConv


 

1.

Missier, hares lejna;

Kristu Ibnek miet minhabba fina.

Kif ghallimna hu, f’ismu nitolbuk

taghtina lilek innifsek

ghax ahna minghajrek ma nghixux.

Int imbierek u msebbah ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/335)

 

2.

Missier, la tharisx lejn dnubietna,

izda hares lejn il-wicc ta’ Kristu miksi bil-bzieq

u sfigurat bid-daqqiet u d-dmugh,

li hu xerred ghal htijietna

biex ihabbeb lilna l-midinbin mieghek.

Hu lilek juri wiccu biex inti thenn ghalina,

ghax kien minhabba fina li hu miet.

Int imbierek u msebbah ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones II/159)

 

3.

Kemm hi kbira l-hniena ta’ Alla!

Kemm hu bla tarf is-sabar tal-Missier!

Kemm hu profond il-misteru tar-rieda ta’ Alla!

Min hu li jista’ jgharblu?

Missier, int rajt lil Ibnek il-wahdieni, li hu daqsek,

marbut ma’ kolonna qisu kriminal,

imsawwat bhallikieku kien qattiel.

Kif stajt iggerrghu dan?

Nirringrazzjawk, Missier Qaddis,

ghax it-tbatijiet u s-swat ta’ Ibnek il-mahbub

helsuna mill-ktajjen tad-dnub

u minn qawwet il-hazen.

Lilek il-glorja ghal dejjem.  Amen.

 

(Sermones I/53)

 

4.

Irroddulek hajr, Missier Qaddis,

g]ax fil-qierah tax-xitwa

nebbitt ghalina r-rebbiegha.

Fil-ksieh tax-xitwa tajtna nifs gdid

- nifs ir-rebbiegha -

bit-twelid ta’ Ibnek Gesù.

Il-lum il-Vergni wildet l-Iben ta’ Alla,

bhal art imbierka li l-Missier stess hatarha

u hareg minnha ikel ghall-midinbin li jindmu.

Il-lum l-angli jkantaw: “Glorja lil Alla fl-gholi.”

Il-lum is-skiet u s-sliem regghu fid-dinja.

 

(Sermones II/122)

 

5.

O dar ta’ Alla!

O bieb tas-sema!

Stqarrija tad-dnubiet!

Hieni huwa dak li jghammar fik.

Hieni huwa dak li jghaddi minnek.

Hieni min icekken lilu nnifsu fik.

O hniena ta’ Alla!

O tjieba ta’ qalb niedma!

Dak li daru hi l-eternità ried jigi jghammar

fil-qalb imcekkna ta’ midneb niedem.

 

(Sermones I/78.66)

 

◄◄|werrej|►►

 

Sant'Antnin

ta' Padova