Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


Is-Sabar

Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin


maqluba ghal Malti minn

Patri Edmund Teuma OFMConv


IS-SABAR

 

Il-ghadab huwa tqanqil bil-goff tal-qalb kontra l-ohrajn. Jekk dan it-tqanqil bla mahsub ma nahkmuhx isir tempesta.

 

Is-sabar jikber u jirfina bis-sahha ta’ min jippersegwitana. Is-sabar veru jiehu gost bl-imgiba iebsa. Ma tantx nistghu nsaffu ruhna fost it-tbatjiet ta’ din id-dinja minghajr ma jibqghalna xi tebgha xi nnaddfu fil-purgatorju.

 

A]na l-proxxmu taghna jsehhilna nhobbuh tassew u nissaportu l-insulti li jaghmlilna, meta fis-satra ta’ mohhna noqoghdu nahsbu dwar il-hazen kollu li ghamilna. Tabilhaqq, l-insulti li jaghmlulna narawhom hwejjeg zghar jekk nirriflettu u naraw li haqqna aghar minn hekk. Ghalhekk jehtieg li l-offizi naghrfuhom u mhux nitbekkew bihom, biex quddiem Alla, li hu l-imhallef taghna, titnaqqsilna jew tinhafrilna ghal kollox il-piena.

 

Nahseb li l-virtù ewlenija hi t-tliggim ta’ l-ilsien. Hemm bzonn li lsienna nsikktuh: dan hu l-uniku rimedju kontra kull hazen.

 

Is-sudditu gwejjed jixbah lil hamiema, li l-gwienah taghha huma l-kliem tas-superjur. Il-kliem igaghlu jtir. Izda joqoghdu attenti s-superjuri biex jinqdew dejjem bi kliem imzejjen bl-umiltà ta’ Kristu huma u jikkmandaw lis-sudditi bit-tjieba u l-hlewwa, bi kliem f’waqtu u mimli bil-hniena, ghax fil-ghadab u l-ghajat m’hemmx il-Mulej.

 

Min jaghdab hu dghajjef. L-imrar ta’ go fih ikebbislu l-ghadab li bih ma jistax jittama fil-gustizzja ta’ Alla.

 

Is-sabar huwa s-sur qatt mirbuh tar-ruh, li jharisha minn kull periklu. Ir-ruh maghquda ma’ l-Ispirtu s-Santu hi umli u fqira ghall-ahhar, u ghalhekk toqghod aktar ghall-ubbidjenza bis-sabar. Minghajr sabar m’hemmx ubbidjenza.

 

Jekk trid tigi fis-suq tat-tbatijiet, fejn jinsab il-ghana veru, l-ewwel ara sewwa jekk ghandekx mahzun tezor ta’ sabar bizzejjed biex bih taghmel xirjiet tajbin. Jekk ma ghandekx, naghtik parir li ma tersaqx lejn it-tbatijiet volontarji, ghax terga’ lura b’idejk vojta. Imma jekk trid tonfoq hafna sabar, ejja u taghtix kas tad-diffikultajiet, ghax min jixrob mill-kies tat-tbatija jtieghem hafna mrar. Izda meta tixorbu, thossok ferhan, ghax titqieghed fil-lemin tal-Mulej, fejn hemm il-hajja li ma tintemm qatt.

 

Min ma ghandux sabar f’nofs it-tahbit m’huwiex deheb imma hadid imdieheb. Ma ghandux il-virtù vera imma virtù artificjali. Meta jhabbtu fuq il-hadid, dan ma jaghtix hoss sabih; hekk ukoll min m’huwiex sieber, il-persekuturi jsawtuh u hu jaghdab u ma jaghmel xejn.

 

Hares lejn il-bniedem mghaddab u ara kemm isir ikrah: gbinu jitkemmex, wiccu jibjad, harstu tikrieh, xofftejh jiggebbdu, snienu jithezhzu, idejh jixxejru. Ma jibqax bniedem, imma jsir dbiba.

 

Il-ghadab idallam il-mohh u ma jhallix lil dak li jkun jara r-realtà, iharbat il-fakultajiet kollha tar-ruh, u juri minn barra l-bidla li ssir fil-gewwieni tal-bniedem. Tant hu hekk, li l-ggajnejn jiccajpru, l-ilsien jixkatta bit-theddid u l-idejn jithajru wkoll jintrefghu. U hekk il-karità tintilef.

 

Min hu mdorri jikkuntempla lil Kristu sieber huwa u jilqa’ t-tbatija, ma jibqax jingibed mill-ferh u l-pjaciri tad-dinja. Meta tinzel ix-xemx kollox jitlef lewnu. Gesù, ix-xemx taghna, inin fit-tbatija tas-salib ixejjen il-gibdiet kollha tad-dinja. Filwaqt li bil-ghajnejn tal-fidi nilmah lil Alla tieghi jbati fuq is-salib, minfud bl-imsiemer, misqi l-morr u l-hall, inkurunat bix-xewk, kull haga ta’ hawn isfel ma nibqax in]ossha tigbidni u tabilhaqq inhoss ix-xejn tieghi.

 

L-Appostlu ghandu jkun dejjiem u sieber: ghandu jibqa’ jxandar, bla ma qatt jieqaf, il-Kelma ta’ Alla, u ghandu jzomm is-sabar meta l-klieb juruh snienhom. Is-sabar veru ma jistriehx fuq il-pjaciri tal-bnedmin jew fuq il-biza’ minnhom, imma jistrieh biss fuq l-imhabba. Min-naha l-ohra, is-sabar falz minhabba r-rispett uman u l-biza’, aktar milli ghall-imhabba ta’ Alla, joqghod lura u ma jithallasx ghad-deni li jsirlu.

 

F’nofs it-tahbit is-sabar jitbissem.

 ◄◄|werrej|►►

 

Sant'Antnin

ta' Padova