Spiritwalita' Frangiskana |
|
Il-Qaddisin Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin maqluba ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv IL-QADDISIN
Il-qaddisin jitniehdu u jbatu xhin jaraw il-hazen li jsir mad-dinja kollha.
“Harsu lejn il-gilji tal-ghelieqi,” jghid il-Mulej. Il-gilji huma l-foqra fl-ispirtu, dawk li f’qalbhom l-umiltà tirbah fuq is-suppervja, dawk li gisimhom jiddi bis-safa, dawk li minn hajjithom tohrog il-fwieha ta’ isem tajjeb. Dawn jissejhu gilji tal-ghelieqi, mhux tal-gnien jew tad-dezert. L-ghalqa hija d-dinja. Li wiehed ihares il-fjur tal-virtù fid-dinja hi haga glorjuza izda daqstant iehor difficli. L-eremiti jghixu u jikbru fid-dexert, ’il boghod mill-ghamara tal-bnedmin. Fi gnien maghluq jghixu u jikbru r-religjuzi tal-klawsura; dawn ukoll jinqatghu mid-dinja. Izda hi haga ferm aqwa li wiehed jikber u jghix fid-dinja, fejn il-ward bi sbuhitu malajr jista’ jidbiel.
Mhux ta’ xejn li Kristu jiftahar li hu fjur tal-ghelieqi. Hekk ukoll Marija, Ommu l-qaddisa, tista’ tiftahar, ghax hi qaghdet miftuha ghall-perikli tad-dinja, izda zammet il-fjur ta’ hajja qaddisa tfewwah bl-ezempju t-tajjeb. Marija ma ghexitx maqfula, ma dahlitx soru tal-klawsura, ghax gharfet kemm hi haga wisq kbira li tiffjorixxi fid-dinja minflok f’dezert jew gnien. Fid-dinja hemm gwerra bla waqfien, ghax il-gisem iqum biex jiehu tieghu, hekk ukoll id-dinja u x-xitan. Ghalhekk min irid izomm shih fost dawn il-perikli kollha u jibqa’ fid-dinja jehtieg li jkollu qdusija tabilhaqq b’qawwija. Ma ghandniex xi nghidu, ahjar tikber fi gnien jew f’dezert milli tidbiel fid-dinja; ahjar tahrab milli taqa’.
Fl-imriezaq tax-xemx jidher it-trab kollu li jinsab fl-arja; hekk ukoll in-nuqqasijiet taghna jidhru aktar fid-dawl li johrog mill-hajja tal-qaddisin. U ghaliex ahna, ghomja ghax irridu, ma narawhomx in-nuqqasijiet taghna? Ghal xejn aktar ghajr ghaliex ma nharsux lejn il-hajja tal-qaddisin.
Tiswa aktar ruh qaddisa wahda bit-talb taghha minn ghadd kbir ta’ midinbin bl-armi f’idejhom. It-talba tal-qaddis tinfed is-smewwiet!
Il-virtù tal-qaddisin tixbah lic-comba tal-bennejja. Kull ruh fidila tehtieg timxi fuq l-ezempju ta’ ]ajjithom. Mela kull darba li niccelebraw il-festi tal-qaddisin inkunu qisna qeghdin indendlu c-comba biex naraw jekk hajjitna hijiex dritta bhal taghhom. Ghalhekk niccelebraw u nwegghu lill-qaddisin fil-festi taghhom, biex minnhom niehdu mudell li fuqu nfasslu hajjitna. Ghaldaqstant hi haga tac-cajt li fil-festi tal-qaddisin minghalina li sa nwegghuhom billi naghmlu xi ikla tajba meta nafu li huma rebhu s-saltna tas-smewwiet bis-sawm. U jekk nibqghu nhobbu d-dinja u nfittxu l-glorja li taghti hi, jekk nibqghu inpaxxu ’l gisimna bil-pajciri u rrekknu l-flus, u ma nithabtux biex nimitaw il-hajja tal-qaddisin, l-istess qdusija taghhom tixhed li ahna haqqna l-kundanna.
Tul il-mixja ta’ did-dinja l-qaddisin ihossuhom imnikktin u mdejqin, ghax hawn mhux posthom! Hawn qeghdin f’pellegrinagg, u pellegrin hu dak li jinsab miexi u jivjagga barra minn pajjizu. A]na lkoll pellegrini, ilkoll hrigna ’l barra minn pajjizna, ghax waqajna f’dil-mizerja mill-hena tal-genna, u bhallikieku mkeccija minn quddiem Alla, qeghdin nghixu nittallbu. Jehtigilna naghzlu kull ghamla ta’ tbatija u mhux inbiddlu l-glorja tal-hajja ta’ dejjem mal-pjaciri tal-gisem. Jekk naghmlu hekk, id-dwejjaq taghna jinbidlu f’ferh. Il-hajja tal-bniedem tajjeb tixbah lil orgni li minnu tohrog il-melodija helwa ta’ isem tajjeb imhallta bl-armonija ta’ hajja qaddisa.
Meta xi hadd ifahhrek u jghidlek: “Kemm int bravu u kemm taf!” -int ghandek twiegbu: “Jien ma naf xejn, ma ghandi xejn tajjeb, imma nweggah lil Missieri. Kollox naf lilu, lilu rrodd hajr, ghax hu l-ghajn ta’ kull gherf, ta’ kull qawwa, ta’ kull gharfa.”
Il-hajja qaddisa hija qtugh mill-hwejjeg tad-dinja, hi xenqa ghall-hwejjeg li jibqghu ghal dejjem, hi hajja ta’ paci spiritwali u ta’ hlewwa fil-kontemplazzjoni.
Alla jistrieh f’dik ir-ruh li tinsab fil-paci, ghax kif jghidu l-Kotba mqaddsa: “Ir-ruh ta’ bniedem tajjeb hi tron tal-gherf.”
It-twelid ta’ qaddis hu ta’ gid ghal kulhadd u ghalhekk kulhadd jifrah bih. Il-qaddisin jitwieldu biex jaqdu lill-ohrajn, ghax il-gustizzja hi virtù socjali li ghandha titgawda minn kulhadd.
Nistaqsu lil Kristu: “Minn liema triq nghaddu ghal ghand il-Missier?” Hu jwegibna: “Mit-triq tas-salib.”
Kristu jorbot il-qaddisin bil-habel tal-providenza tieghu, biex ma jidhrux meta jridu huma, imma meta jrid hu. U hekk kif jisimghu l-kmand tieghu jidwi f’qalbhom, huma johorgu mis-satra tal-hajja kontemplattiva u jintefghu fl-attivitajiet mitlubin skond il-htiega. |
Sant'Antnin ta' Padova
|