Spiritwalita' Frangiskana 

◄◄|werrej|►►


L-Indiema

Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin


maqluba ghal Malti

minn Patri Edmund Teuma OFMConv


L-INDIEMA

 

Ghad li mgharrqa fil-vizzji, ir-ruh il-mitlufa dejjem ikollha fiha mkebbsa xrara li tniggzilha l-kuxjenza.

 

Erga’ gib f’mohhok l-isbah jiem ta’ hajtek, meta kont ghadek innocenti, meta Alla kien idawwallek ruhek bil-grazzja, u kien ikellmek fit-talb, u kien imexxik u jharsek f’dak kollu li kont taghmel. Dak iz-zmien int kont tghix hieni mieghu fil-belt tieghu. Izda mbaghad ridt tohrog, u hebbew ghalik il-qattelin, imlewk bil-griehi, nezzg]uk minn kull gid. Ibki u tniehed ggall-hena li tlift, issa li tinsab mitluq nofsok mejjet fil-mizerja, bla hila li tqum.

 

Int trid taghti kont lill-awtur u d-difensur tal-ligi li int stess zeblaht. Imissek tieqaf bhala hati quddiem dak li jaf jhezhez l-univers, dak li quddiemu l-hziena jghajtu: “Igbla, aqghu fuqna, ordmuna hajjin, biex ma mmorrux narawh!”  Iva, il-Mulej baqa’ sieket u halla kollox ghaddej ghal zmien twil. Bhal haruf, halliek taghtih bil-harta u tobzoqlu, bi dnubietek, u ma ghamel xejn. Izda wiccu abjad, bla demm, kif kien fuq is-salib, ghad xi darba tarah mghaddab ghalik. Sa jkollok hila tissaporti l-harsa tieghu?

 

Ruh il-midneb, hekk kif taghraf il-hazen ta’ dnubha, ghandha tibda titlob hekk: “Mulej, bin David, ikollok hniena minni!  O Mulej, int li sirt bniedem fil-familja ta’ David, biex ixxerred il-grazzja u tnewwel idek bil-hniena lejn dawk li dinbu bhal David u bhalu jridu jergghu jinghaqdu mieghek!  Bin David, ikollok hniena minni!

 

O Verb tal-Missier, li tahlaq u zzomm kollox, li tmexxi u ggedded kollox, ghid imqar kelma lili, midneb niedem!  Int ma tistax twegibni, Mulej. B’fomm Isaija l-Profeta Missierek qal: ‘Il-kelma li tohrog minn fommi ma tergax tigi ghandi minghajr frott, izda taghmel dak kollu li rrid jien, u temmem dak kollu li ghalih inkun lissintha’ (Is 55: 11). U x’irid Missierek?  Bla dubju, iridek tilqa’ l-midneb niedem; iridek, bhala Salvatur, tghidlu xi kelma ta’ hniena. Mhux inti nnifsek ghidt li l-ikel tieghek hu li taghmel ir-rieda tal-Missier li baghtek fid-dinja?  Ghalhekk, ikollok hniena minni, bin David; aghtini kelmtek, Iben ta’ Alla l-haj!

 

O ghajn ta’ kumpassjoni u mahfra, li hrigt tgelgel mill-imqaddsa Vergni Marija, naddaf il-hmieg ta’ dnubieti. Ikollok hniena minni.”

M’hemmx dieqa akbar minn ta’ dik l-omm li titlef lil binha; u l-uniku iben tar-ruh hija l-imhabba ta’ Alla, li minghajrha l-fidi tmut. Ghalhekk, ibki, ja Nisrani, din it-telfa kbira.

 

Is-sakra bl-inbid ghandha tliet effetti: ittellef is-sensibbiltà, tbikki, u tohrog mill-fomm is-sigrieti tal-qalb. Dak li tabilhaqq jikkonverti wkoll, imqanqal mill-Ispirtu ta’ Alla, isir insensibbli ghall-pjaciri tad-dinja, jibki bin-niket li jhoss u jmur ifittex lil xi qassis biex quddiemu jistqarr dnubietu.

 

Ir-rikonciljazzjoni tal-midneb ma’ Alla tista’ tissejjah l-gherusija ta’ l-Ispirtu s-Santu mar-ruh niedma. Minn din il-ghaqda jitnissel in-Nisrani l-gdid, werriet tal-hajja ta’ dejjem.

 

Ejjew, mela, jekk ghandna bzonn, insejhu u mmorru b’girja nfittxu l-Gharus tas-sema, u nitolbu ’l Alla jahfrilna dnubietna. Dan nitolbuhulu permezz ta’ Gesù, huna l-kbir: o Gesù, ahna laham minn lahmek. Biex tifdi lill-bnedmin sirt bniedem. Mill-ugigh kbir li sofrejt ghalina tghallimt tikkumpatina. Lil anglu ma nistghux nghidulu: int laham minn lahmi. Dan nistghu nghiduh bil-haqq kollu lilek, li hadt in-natura taghna l-bnedmin u mhux dik ta’ l-angli. Ghalhekk, ikollok hniena mill-istess lahmek!  Qatt kien hemm xi hadd li baghad lil demmu?  Inti huna u ghalhekk ma tistax ma ssofrix il-mizerji ta’ hutek. Int u ahna ghandna Missier wiehed: tieghek huwa missier naturali, taghna adottiv. Ghalhekk int, bil-qawwa li ghandek quddiem Alla l-Gholi, ma tridx iccahhadna mill-wirt tas-sema.

 

Aktar ma l-midneb ikun ’il boghod meta jdur biex jerga’ ghal ghand Missieru, daqstant iehor dan jilqghu b’imhabba kbira.

 

Hadd ma jsir perfett f’daqqa wahda. Ghalhekk jehtieg li ninfatmu mid-dinja bil-ftit il-ftit, ahna u nistmellu l-ghana u l-pjaciri li toffrilna. Wiehed jehles minn drawwa billi jibda drawwa ohra bil-kontra. Wiehed filosfu tal-qedem jghid li l-vizzji jintemmu meta nitghallmu naqtghuhom.

 

Il-midneb midghi b’ilsienu jniggez isawwat u jghakkes lill-Insara, li huma l-membri ta’ Kristu. Bhalma jaghmel ix-xitan, huwa jixli lil wiehed bis-suppervja, jghajjar lil iehor rghib, u jakkuza lil haddiehor b’hajja mtajra biex hu jidher onest. Bhallikieku d-dnubiet ta’ haddiehor jistghu jiskuzaw tieghu.

 

Jekk wiehed irid jindem tabilhaqq, ma ghandux jistrieh fuq il-merti tieghu, ma jimliex rasu bil-gid li ghamel; izda, b’soghba u misthija, imur juri fil-qrar il-]azen kollu li ghamel. U mhux bizzejjed li jaghraf li hu midneb, izda jekk xi hadd icanfru ghal dnubietu ghandu joqghod gwejjed bl-umiltà. Jekk ma jaghmilx hekk juri li ma nidimx tabilhaqq.

 

Kemm hi kbira t-tjieba ta’ Alla!  Kemm xejn ma jista’ joqghod ]dejn id-dinjità tal-bniedem!  Min jghammar fl-eternità jinzel jghammar fil-qalb umli u fir-ruh niedma.

 ◄◄|werrej|►►

 

Sant'Antnin

ta' Padova