Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


Il-Foqra

Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin


maqluba ghal Malti

minn Patri Edmund Teuma OFMConv


IL-FOQRA

 

Il-foqra u l-umli biss huma dawk li jilqghu l-messagg ta’ Alla. Illum jinsabu ghatxanin ghall-Kelma tal-hajja u tal-gherf li jsalva l-foqra, in-nies semplici, dawk ta’ bla kultura, il-bdiewa, u x-xjuh; mhux in-nies tad-dinja, mimlijin bil-kliem u bil-gherf  ta’ hawn.

 

Kristu huwa l-verità; fi Kristu dehru fl-aqwa taghhom il-faqar, l-ubbidjenza u l-umiltà. Min jitfixkel minhabba dawn il-virtujiet ikun qed jitfixkel minhabba Kristu. Il-foqra veri ma jitfixklux, g]ax huma biss jitmantnu bil-verità tal-Vangelu u huma l-poplu ta’ Alla, il-foqra, in-nghag li hu jirgha.

 

Il-foqra fl-ispirtu huma l-poplu ta’ Alla. Huma nqatghu mill-hwejjeg tad-dinja u mill-gholjiet tal-faqar jikkuntemplaw lill-Iben ta’ Alla fil-misteri ta’ hajtu u fil-glorja tas-sema. Dawn huma dawk li l-Mulej ifarraghom. Huma ccahhdu mill-gid ta’ din id-dinja u hu jfarraghom bil-gid tieghu. U waqt li jaqa’ l-bini bil-kumditajiet tad-dinja, il-Mulej malajr jibni fihom id-dar tal-glorja tieghu. Huwa jbiddel in-niket tal-faqar f’hena ta’ hlewwa gewwiena.

 

L-ghana ta’ did-dinja l-Mulej isejjahlu “xewk”; il-faqar Isaija jsejjahlu “hena”. Bejn ix-xewk tad-dinja u l-hena tal-faqar hemm l-istess differenza li hemm bejn il-verità u l-gidba, bejn id-dawl u d-dlam, bejn il-glorja u l-kastig. L-ghana jwegga’, il-faqar jhenni. F’dan hemm is-sliem, f’dak hemm il-frugha u n-niket ta’ l-ispirtu.

 

Il-Mulej jghid: “L-hena tieghi hu li noqghod mal-bnedmin.”  Izda n-natura nisslet lill-bnedmin foqra: il-bniedem jitwieled gharwien u jmut gharwien. Mela l-foqra halaqhom il-hazen u min irid jistaghna jaqa’ fix-xibka tax-xitan. O faqar, tezor li wlied ix-xjaten joboghduk, il-hena li ggib mieghek jaghti toghma ta’ hlewwa li ma tintemmx lil dawk li jhobbuk!

 

In-nies tad-dinja li ghandhom fidi li tistrieh fuq il-kliem biss u jqieghdu t-tama taghhom fihom infushom u fil-gid li ghandom u li jafdaw biss fuq il-bniedem, ghandom reghba kbira ghall-hwejjeg tad-dinja u jgorru fuqhom l-intiena tad-dinja. Il-bniedem li ma ghandux il-fwieha tas-sema imma l-intiena ta’ l-art, li jghix mghaddas fil-hama tax-xehwa, jixbah lill-hmar, li dari kienu jorbtuh fis-sienja. Kienu jghammdulu ghajnejh u jsawtuh bil-hatar biex igaghluh idawwar ir-rota. Hekk hu l-bniedem tad-dinja, hu aghma fir-raguni u fl-intellett, imsawwat bix-xewqat u mgieghel ikarkar warajh it-toqol tal-frugha ta’ dil-hajja.

 

’Il boghod jaqghu fid-dnub dawk li ma jhossux gibda ghad-dnub, u malajr jergghu lejn il-grazzja dawk li fid-dinja ma ghandhom xejn biex jghaddu z-zmien. Ghalhekk, hienja t-tbatija li ddawwarna u tressaqna lejn hwejjeg aqwa!  Dawk li ma ghandhomx kotra ta’ gid tad-dinja, dawk li sahhithom dghajfa, l-istedina ta’ Alla jwehbuha aktar bil-heffa. Jista’ jkun li xi wiehed minn dawk li rabtu qalbhom sfiq mad-dinja, jigi fuqu waqt li fih ma jkunx jista’ jkompli jaqdi d-dinja – arahom imaqdruh u jitilquh. U jmur jilqghu Kristu, ghax hu johrog ifittex lil dawk li d-dinja tmaqdarhom u titlaqhom ghal rihhom, u jsejjahlu ghal imhabbtu u jitimghu l-Kelma ta’ Alla.

 

Dak li jgamma’ l-ghana hu ifqar mill-foqra, ghax mhux padrun tieghu nnifsu. Il-flus jikkmandawh. Jidher sinjur, imma fir-realtà s-sinjuri huma l-flus. Ghandu kemm ghandu, dejjem qisu ghandu ftit. Wiehed mill-filosfi tal-qedem kien jghid: min ma jixba’ qatt, anki jekk ikollu d-dinja kollha, huwa tallab fqir. Jghid ukoll: m’huwiex fqir min jikkuntenta b’li ghandu, anki jekk ftit.

 

]afna ssibhom lesti li jghixu f’faqar kbir ghal zmien twil, kieku jkunu certi li fl-ahhar jithallsu billi jinghataw is-saltna ta’ Franza jew ta’ Spanja. Izda hadd ma jrid jghix fil-faqar veru ta’ Kristu biex jikseb is-saltna tas-smewwiet.

 

Dejjem sa nibqa’ niftakar, o Iben ta’ Alla, fil-faqar tieghek. Tant kien kbir, li meta mitt ma kellekx lizar fiex ikeffnuk u qabar fiex jidfnuk, kieku dawn ma tawhomlokx b’att ta’ karità, bhallikieku kont tallab fqir.

 

Hafna huma dawk li, b’qalbhom maqtugha, jibku l-gid mitluf, jibku l-faqar furzat taghhom, u sikwit jitilfu l-fidi. Dawn fil-vini taghhom ma ghandom jigri d-demm nobbli ta’ Kristu, li jghallimna nifirhu anki fil-faqar.

 

Aktar ma l-bniedem ikabbar gidu, daqshekk iehor jickien, ghax jitlef il-helsien tieghu. Il-kluba ghall-ghana tjassru u hu jsir ilsir imsejken. Miskin hu min hu icken mill-gid li ghandu!  U hu icken mill-gid min ihalli l-gid jikkmandah minflok ma jikkmandah hu. Dan il-jasar jidher sewwa fid-deni u n-niket li jahkmu lill-bniedem meta dan jitlef gidu. Iva, il-helsien veru jinsab biss fil-faqar volontarju.

 

Min hu fqir veru hu dejjem hieni.

 ◄◄|werrej|►►

Sant'Antnin

ta' Padova