Spiritwalita' Frangiskana                  

◄◄|werrej|►►


L-Omm ta' Alla

Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin


maqluba ghal Malti minn

Patri Edmund Teuma OFMConv


L-OMM TA’ ALLA

 

Marija hija l-kewkba tal-bahar. Jekk fuqek ma tiddix din il-kewkba, int aghma u tinsab miexi bl-addocc. Il-mirkeb li qieghed fuqu jinsab mahkum mill-maltemp u int dalwaqt sa ssib ruhek qalb il-halel.

 

Kienet maghluqa f’darha Marija meta l-anglu dahal ghandha. Billi kienet gewwa sthaqqilha titbierek. Dawk li jibqghu barra ma jisthoqqilhomx jircievu t-tislima ta’ l-anglu, u minflok ma jintqalilhom Sliem ghalikom, jintqalilhom Gwaj ghalikom!  Min jibqa’ barra, f’nofs l-istorbju u t-tixrid tal-mohh, ma jisthoqqlux jircievi t-tislima ta’ Alla u ta’ l-anglu – dawn ihobbu s-skiet.

 

Kif semghet it-tislima ta’ l-anglu, Marija thawdet. gralha hekk ghax semghet lil min jaghtiha certi kwalitajiet li hi ma kinitx temmen li kellha. Il-qdusija kbira taghha baqghet mistura f’dik stess li kienet imzejna biha. Ma tantx issibha virtù bhal din!

 

Dik ir-ruh li fiha Marija taghmel l-ghamara taghha hi mimlija bil-fwieha ta’ kull virtù. Minnha tohrog il-fwieha helwa ta’ l-umiltà u tas-safa. Minnha twieled Gesù Kristu, li jimla d-dinja kollha bi fwieha li tghaxxaq.

 

Il-Mulej halaq l-Gheden u fih qieghed il-bniedem biex jahdmu u jharsu. B’xorti hazina Adam hadmu hazin u harsu hazin. Ghalhekk kien mehtieg li Alla jwaqqaf Gheden iehor bil-wisq isbah minn ta’ l-ewwel: il-Madonna. Lejha jistghu jersqu dawk il-bnedmin li tkeccew mill-ewwel Gheden. F’dan it-tieni Gheden tqieghed Adam il-Gdid, Gesù. Hemm hu ghamel hwejjeg kbar u harsu biex ma jitniggisx. Mill-art, li Alla sehetha, jinbet ix-xewk u l-ghollieq; izda l-Vergni Marija, l-art imwieghda taghna, tat il-frott imbierek tal-guf taghha, is-Salvatur tad-dinja.

 

Mir-rakkonti tal-Vangelu ta’ San Luqa u ta’ San Gwann nigbru sitt espressjonijiet li hargu minn fomm il-Vergni mbierka.

 

L-ewwel: “Kif sa jsir dan, la ma naghrafx ragel?” – b’din turina l-intenzjoni taghha li tghix il-vergnità b’mod shih

 

It-tieni: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ha jsir minni skond kelmtek” – b’din taghtina ezempju kbir ta’ ubbidjenza u ta’ umiltà.

 

It-tielet: “Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej!…” – b’din turi l-ferh taghha ghall-gid kbir li sar maghha meta ntghazlet biex tkun Omm Alla.

 

Ir-raba’: “Ibni, ghala ghamiltilna hekk…?” – f’din naraw l-inkwiet taghha ghal binha mitluf.

 

Il-hames: “Ma ghandhomx inbid” – din turina l-kompassjoni jew solidarjetà taghha ma’ haddiehor.

 

U fl-ahharnett, is-sitta: “Aghmlu kull ma jghidilkom hu” – din turina c-certezza taghha fis-setgha ta’ Binha, li hu Alla.

 

L-anglu ma qalx: “Sliem ghalik, Marija”, izda: “Sliem ghalik, ja mimlija bil-grazzja!”  Imma ahna nghidu: “Sliem ghalik, Marija.”  Marija, jigifieri Kewkba tal-Bahar. Ahna ninsabu bejn sema u ilma, imhabbtin bl-imwieh, maqbudin f’tempesta, u ghalhekk insejhu lill-Kewkba tal-Bahar, biex bil-ghajnuna taghha naslu fil-port tas-salvazzjoni ta’ dejjem. Hi tehles mill-maltemp u turi t-triq u tmexxi lejn il-port lil dawk kollha li jsejhulha. L-angli ma ghandhomx htiega li jinhelsu mill-gharqa, ghax huma jinsabu ghall-kenn fid-dar tal-genna u d-dawl ta’ Alla jdawwalhom. Ahna msejknin, izda, mitlufin fil-bahar, imbeghdin minn Alla, imhabbtin kull waqt bit-tempesti, resqin lejn xifer il-mewt, nghajtu dejjem: “Sliem ghalik, Marija!”

Kemm int sabiha fir-ruh, kemm tiddi fil-gisem, fil-hlewwiet tal-hajja ta’ dejjem, ja Omm tieghi!  F’din id-dinja l-Vergni mbierka kienet fqira u hadd ma kien jafha, izda fil-genna hi tinsab glorjuza u sabiha, is-Sultana ta’ l-Angli.

 

Halliha thennik dejjem u f’kull zmien!  Jalla tkun int mahkum minn imhabbitha!  Biex int u tintrabat maghha, izzeblah il-pjaciri qarrieqa tad-dinja u tistmerr il-gibdiet tal-gisem.

 

Sib il-kenn tieghek fiha, ja midneb, ghax Marija hija l-belt tal-kenn. Nafu li Mosè bena tlitt ibliet tal-kenn, li fihom seta’ jistkenn min kien joqtol bla ma jrid lill-proxxmu tieghu, u ried isalva hajtu. Illum il-hniena ta’ Alla waqqfet il-kenn taghha, Marija, ghal dawk ukoll li jaghmlu l-hsara ghax iridu. L-isem ta’ Marija hu torri qawwi; hi taghti kenn lill-midneb u tqawwih.

 

Ja kiefra suppervja, li trid titla’ sa tilhaq lil Alla, inzel minn hemm, nitolbok, ghax Gesù nizel!

 

Ha jisthi s-supperv bla qalb, ha tbaxxi rasha sal-art l-arroganza minfuha biha nfisha, ghax l-Gherf ta’ Alla nizel!  Imsejken bniedem, li titkaxkar fuq idejk u riglejk, int trid toghla ’l fuq fil-gieh filwaqt li Gesù qaghad jistenna lit-twajba Ommu tfakkru fil-missjoni feddejja tieghu. Din kien bdieha fit-Tempju meta kellu tnax-il sena, imma biex jissoktaha qaghad jistenna sa ma ghalaq it-tletin.

 

O Sultana taghna u tama taghna, int li int il-Kewkba tal-Bahar, iddi fuqna li ninsabu mhabbtin bit-tempesti, mexxina lejn il-port!  Xhin tasal l-ahhar siegha, farragna bil-harsien tieghek, biex bla biza’ naharbu minn dan il-habs u nitilghu henjin fil-ferh bla tmiem.

 

◄◄|werrej|►►

Sant'Antnin

ta' Padova