Spiritwalita' Frangiskana |
|
It-Tjieba Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin maqluba ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv IT-TJIEBA
M’hemm xejn eghzez ghal Alla u ghall-bnedmin mill-umiltà. Ghal kull insult u weggha li jsirulek ghandek twiegeb bil-manswetudni u bl-umiltà. Jekk f’widnejk tasallek kelma li ma tixtieqx tisma’, oqghod attent biex ma thallihiex iddejjaqlek lil ruhek. Bejn widnejk u qalbek hejji triq wieqfa u mwieghra, biex dak il-kliem li jwegga’ jasal f’qalbek bla sahha u jekk iweggghek, iweggghek ftit jew xejn. Tassew jisthoqqlu jissejjah ragel biss dak il-bniedem li ma jhallix il-kliem jaqilbu ta’ taht fuq.
Hu twajjeb min ma ghandux imrar go qalbu. Il-fidi ghamlet qalb dal-bniedem tant semplici, li sar jiflah igerragh bis-sabar kull reghxa li ssirlu. Jekk haddiehor iqum kontrieh, il-bniedem twajjeb jibqa’ bil-paci f’qalbu. U ma jibzax li jkun imzeblah.
Ikun imbierek il-Mulej Alla taghna, li fih ahna, ulied il-Knisja, ghandna nifirhu minn qalbna, g]hax tana l-Ispirtu tal-grazzja. Hu jghallimna naghtu lil kull wiehed dak li hu gust u jaghtina l-indiema ghal dnubietna u jqanqal fina s-soghba ghad-dnubiet ta’ haddiehor. Min jibki bit-tjieba d-dnubiet ta’ ghajru, ihassar ghal kollox il-htijiet tieghu.
Meta trid tgholli lil haddiehor bit-tifhir, baxxi lilek innifsek. Trid tikber? Kull sebh u glorja aghtihom lil Alla u mhux lill-bniedem; lill-hallieq, mhux lill-hlejjaq. Tridhom ma jghidux bik? Nehhi minn qalbek l-imrar u kull ghamla ta’ ghira. Meta toqghod tlablab fuq l-ohrajn, inti stess tkun qed tigbed fuqek id-difetti taghhom.
Hu hanin dak il-bniedem li jhoss meta haddiehor ibati. Ftakar li bhalma l-hniena tal-Missier lejk hi bi tlieta, hekk ukoll bi tlieta ghandha tkun il-hniena tieghek lejn ghajrek. Fi zmien ikrah Alla jixhet il-grazzja tieghu li tahji lir-ruh u tahfer id-dnubiet. Barra minn dan, aktar ma jghaddi z-zmien il-hniena ta’ Alla aktar titwessa’, u fl-ahhar din tinkurunak bis-sebh ta’ dejjem. Int ukoll kun twajjeb ma’ ghajrek: ahfirlu jekk naqsek; ghallmu jekk tarah jitbieghed mis-sewwa; u jekk ikollu bzonn, ghinu. Kun, mela, hanin bhalma hu hanin Missierek.
Billi dak li issa narawh hazin ma nafux x’ghad ikun fil-gejjieni, qatt ma ghandna naqtghu qalbna li xi darba ghad jirranga, u lanqas ma ghandna nqisuh mitluf. Ma ghandux ikollna fiducja zejda fina nfusna u nharsu mill-gholi lejn haddiehor. Kultant xi hadd jaqa’ fid-dnub ghax ihossu bhal stordut htija tas-sensi; u jekk int, ta’ pruzuntuz li int, tazzarda tlablab kontra dan il-bniedem, kun af li Alla ghad jiggudikak. Ghax Gesù qal: “Tiggudikawx u ma tkunux iggudikati.”
Meta jmutilna xi habib qatt ma ghandna nifirhu imma nitnikktu u nibku. Hekk ghamel Gesù fuq is-salib, meta beka ghall-bniedem maqtul mid-dnub. Ibni, mhux li kont immut ghalik! Mhux li kienet tiswielek mewti! Donnu jrid jghid li hadd ma jrid ihalli lil Kristu jmut ghalih. Izda l-Mulej iqisu kbir id-don li l-midneb ihallih imut ghalih.
Nissaportu tajjeb l-offizi li jaghmlulna jekk f’mohhna, bla ma ndoqqu t-trombi, niftakru l-offizi li ghamilna lil haddiehor. Imbaghad in-niket jidher hafif quddiemna, ahna u nahsbu kemm kien haqqna aghar minn hekk. Ma ghandniex nirrabjaw g]al min jaghmlilna d-deni izda ghandna nibqghu nafuhulu, ghax b’din it-tbatija l-gustizzja ta’ Alla tidher aktar hanina. |
Sant'Antnin ta' Padova
|