Spiritwalita' Frangiskana |
|
Il-Kelma ta' Alla Hsibijiet mill-kitbiet ta' sant'Antnin maqluba ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv IL-KELMA TA’ ALLA
Li wiehed ikun ihobb jisma’ l-kelma ta’ Alla huwa sinjal ta’ ghazla. Bhalma l-eziljat li jfittex jisma’ bil-herqa l-ahbarijiet ta’ pajjizu juri li jhobb lil art twelidu, hekk ukoll nistghu nghidu ghal min, minn dil-hajja, ghandu qalbu mdawra lejn is-sema. Dan hu n-Nisrani li jisma’ bil-herqa lil min qieghed ikellmu mid-dar tas-sema.
Illum il-foqra, in-nies semplici u umli, ix-xjuh huma dawk li ghandhom l-ghatx ghall-kelma tal-hajja u ghall-ilma tal-Gherf. Min-naha l-ohra, in-nies tad-dinja, li jiskru bil-kalci tad-deheb imfawwar bil-vizzju, l-ghorrief, il-kunsillieri tas-setghanin ta’ l-art… emmnuni, dawn ma jilqghuhx il-messagg ta’ Alla!
It-taghlim ta’ Kristu ma fihx kliem ta’ fsied li jdoqq helu fil-widna, ghax Kristu ma jqarraqx bil-midinbin, ma jweghedx gid materjali, izda jwissi u jghallem lill-bniedem irazzan lill-gisem u jistmell il-gibdiet tad-dinja. U ghalhekk it-taghlim ta’ Kristu ma jsibx min jisimghu bil-qalb.
X’tifhem id-dinja bil-kelma “gherf”? L-gherf skond id-dinja hu dak li jitfa’ l-qlub fil-qerq, li jdallam it-tifsira tal-kliem u t-tajjeb jurih hazin u l-hazin tajjeb. Huwa dik il-prudenza hazina li z-zghazagh jitghallmuha fil-hajja u t-tfal fl-iskola. Dawk li ghandhom minn dan il-gherf jimtlew bihom infushom u jkasbru lil min ma ghandux; dawk li ma ghandhomx joqoghdu gwejdin ghal min ghandu u jammirawh. Lil dawk li jimxu warajh, l-gherf tad-dinja jghallimhom ifittxu l-oghla unuri, jghallimhom igawdu l-frugha tal-hajja tad-dinja, jghallimhom iroddu deni b’deni, jghallimhom ma jcedux kemm wiehed jista’. U meta l-bniedem ma jkunx jiflah aktar, dak li mhux hobz ghal snienu jkollu jitqanna bih. Hu gherf mimli bis-suppervja, bil-frugha, bil-qerq.
Bhalma d-deheb jiswa wisq aktar minn metalli ohra, hekk ukoll it-taghlim ta’ Alla joghla ’l fuq minn kull gharfien iehor. Min ma jafx l-Iskrittura mqaddsa hu nieqes ghal kollox mit-taghlim.
Is-salmista jistedinna: “Ghannu lill-Mulej ghanja gdida!” L-gherf tad-dinja huwa ghanja qadima, ghanja stunata. It-Teologija biss hija ghanja gdida, li tinstema’ bil-hlewwa fil-widnejn ta’ Alla u theggeg ir-ruh. Din ghandha tkun l-ghanja taghna.
L-Iskrittura mqaddsa hija xmara ta’ ghasel li tfarrag il-qlub u ddawwal l-imhuh.
Fit-Testment il-Qadim u fit-Testment il-gdid hemm il-milja ta’ dak l-Gherf kollu li hu biss jista’ jaf u hu biss jaghmel lill-bnedmin ghorrief. Il-kliem ta’ dan il-Gherf jixbah il-gwienah mifruxa fuq l-Arka ta’ l-alleanza, ghax iharisna mill-hrara ghall-gid tad-dinja, mix-xenqa ghall-gibdiet tal-gisem, u mit-tixwix tas-sefsif tax-xitan. Dan wahdu hu l-gherf li jghallimna nhobbu ’l Alla, immaqdru d-dinja, u nahkmu l-passjonijiet.
Il-bniedem li jindem, fuq l-gholjiet ta’ hajja safja, jirgha bl-Iskrittura mqaddsa. Huwa u jaqra l-Kotba mqaddsa, jasal ghall-hena tat-talb devot.
Meta dduq lil Alla u ttieghem il-hlewwa tieghu, hu jnibbet fik ghadd kbir ta’ hsibijiet tajba.
Meta l-hsieb jintlaqat bir-raggi tax-xemx ireggaghhom lura. Hekk ukoll il-bniedem li jemmen, meta jiddawwal bid-dawl ta’ Kristu minnu johorgu raggi u xrar ta’ kliem u ta’ ezempji li bihom ikebbes lill-proxxmu tieghu.
Meta rikeb fuq id-dghajsa, Gesù kellem lill-gemgha dwar il-glorja tat-tajbin, l-indiema tal-midinbin, il-kastig tal-hziena, u l-Vigarju tieghu, il-Papa, kull jum jitkellem bla waqfien biex ixandar dan l-istess taghlim.
Min tabilhaqq jimxi wara l-Mulej, jixtieq li l-ohrajn isegwuh ukoll, ghalhekk huwa jdur lejn il-proxxmu tieghu bix-xewqa f’qalbu, bit-talb devot u bl-ahbar tal-Kelma ta’ Alla.
Il-predikazzjoni tista’ bil-haqq kollu tissejjah muzika. Din ghandha xi haga fiha li biha lil min issibu mnikket izzidlu n-niket, u lil min issibu hieni zzidlu l-hena. Hekk ukoll il-predikazzjoni: hi u tehodha kontra l-vizzju tkidd u ddejjaq lill-hziena, ghax tqanqal ir-rimors u tkattar it-toqol tan-niket li jhossu l-midinbin. Izda mbaghad il-predikazzjoni tferrag lit-tajbin li ghandhom il-kuxjenza f’postha u tfarrgilhom l-ispirtu.
Jitkellem tajjeb min jaghti xhieda b’ghemilu ta’ dak li jxandar bil-fomm. Min iqassam bil-fedeltà l-hobz tal-Kelma ta’ Alla u jaghti xhieda tal-verità, dan ikollu l-barka fuqu issa u ’l quddiem. Kristu jghid: “Jiena l-Verità.” Min ixandar il-verità jxandar lil Kristu; min jahbi l-verità jichad lil Kristu. Izda l-verità tigbed fuqha l-mibeggda; ghaldaqstant hemm x’uhud li biex ma jinbaghdux isikktu fommhom. |
Sant'Antnin ta' Padova
|