Qaddisin Frangiskani                         

 

 

|werrej|


Qaddisin Frangiskani

matul Frar



4 ta’ Frar

SAN GUZEPP TA’ LEONESSA

(1556-1612)


Guzeppi Desideri twieled Leonessa qrib il-belt ta’ Rieti, l-Italja tan-nofs, fl-1556.  Dahal mal-Frangiskani Kapuccini u maghhom ghadda hajja ta’ penitenza harxa.  Kellu wkoll hegga kbira ghax-xoghol appostoliku.  Kien missjunarju f’Kostantinopli fejn farrag kemm felah lill-ilsiera Nsara, u ghamel minn kollox biex jgharraf sahansitra lis-sultan bi Kristu.  Ghal ftit ma mietx martri.  Meta rega’ lejn pajjizu baqa’ jahdem bil-hegga ta’ qabel bhala missjunarju u appostlu.  Miet Amatrice nhar l-4 ta’ Frar 1612.  Il-Papa Beneditt XIV ghaddu mal-qaddisin tal-Knisja.

 


6 ta’ Frar

SAN PIETRU BATTISTA U SHABU

PROTOMARTRI TAL-GAPPUN


Pietru Battista twieled fi Spanja fis-sena 1542.  Dahal mal-Frangiskani Alkantarini u meta sar sacerdot intbaghat ixandar il-Vangelu lejn il-Lvant Imbieghed.  Hadem ghal bosta snin fil-Gzejjer Filippini.  Fl-1593 flimkien ma’ hames Frangiskani Alkantarini ohra: Frangisk, Martin, Frangisk Blanco, Filippu u Gonsalvo, ilkoll qaddisin ikkanonizzati, Pietru Battista ntbaghat lejn il-Gappun.  Hemmhekk dawn il-missjunarji ntefghu fix-xoghol ta’ l-evangelizzazzjoni u bnew knejjes u sptarijiet.  Imma kemm il-mexxejja religjuzi (Buddisti) kif ukoll dawk civili dehrilhom li ma kellhomx ihalluhom jahdmu izjed.  Ghalhekk dawn ir-religjuzi kollha flimkien ma’ tmintax-il Terzjarju Frangiskan inghataw il-martirju tat-tislib.  Dan sehh barra mill-belt ta’ Nagasaki fil-5 ta’ Frar 1597.  Flimkien ma’ dawn il-Frangiskani hadu l-martirju wkoll Pawlu Miki, Gakbu Kisai u Gwann Goto li kienu Gizwiti Gappunizi.  Dawn in-nies qalbiena huma l-Protomartri tal-Gappun, u kien il-Papa Piju IX li fl-1862 ghaddhom mal-qaddisin.

 


7 ta’ Frar

SANTA KOLETA TA’ CORBIE

(1381-1447)


Koleta twieldet Corbie, fi Franza, fl-1381.  Meta sfat iltima qassmet gidha kollu lill-fqar, libset il-libsa tat-Tielet Ordni Frangiskan u ghexet maghluqa u maqtuggha min-nies ghal tliet snin.  Imbaghad dahlet mal-Klarissi tat-Tieni Ordni minn fejn hadmet kemm felhet biex iggib lil xi kunventi tat-Tieni u ta’ l-Ewwel Ordni taht dixxiplina aktar regolari u primittiva skond l-ispirtu tal-hajja Frangiskana.  Kienet tinsisti hafna biex f’dawn il-kunventi tinghax hajja iebsa l-aktar fejn jidhol il-faqar u t-talb.  Ghalhekk fl-istorja Frangiskana isimha tnizzel ma’ tar-riformaturi ta’ l-Ordni.  Mietet f’Gand fis-6 ta’ Marzu 1447.  Il-Papa Piju VII kitibha mal-qaddisin vergni.

 


19 ta’ Frar

SAN KURRADU MINN PIACENZA

(+1351)


Kurradu twieled fi piacenza gewwa l-Italja. Darba minnhom waqt li kien ghall-kacca biegh kull ma kellu u flimkien ma' martu halla d-dinja. Libes l-abitu tat-Terz'Ordni Frangiskan u erhiela lejn Sqallija fejn ghex ghal erbghin sena f'hajja mrazzna u ta' penitenza.  Miet fis-sena 1351.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Santa Koleta

ta' Corbie

1381-1447