Qaddisin Frangiskani                         

 

 

|werrej|


Qaddisin Frangiskani

matul Jannar



3 ta’ Jannar

L-ISEM IMQADDES TA’ GESÙ


L-Isem imqaddes ta’ Gesù kien dejjem meqjum u mweggah fil-Knisja sa mill-bidu tat-twaqqif taghha.  Imma kien biss fis-seklu XIV li bdiet issir il-festa liturgika tieghu.  San Bernardin ta’ Siena, meghjun minn Frangiskani ohra, bhall-Beatu Albert ta’ Sarteano u l-Beatu Bernardin ta’ Feltre, xerred kemm felah u b’hegga li ma bhalha din il-qima lejn l-Isem imqaddes ta’ Gesù.  Fl-1530 il-Papa Klement VII ta s-setgha lill-Ordni Frangiskan li jibda jiccelebra l-ufficcju ta’ l-Isem imqaddes.

 


4 ta’ Jannar

BEATA ANGLA TA’ FOLIGNO

 (1248-1309)


Angla twieldet Foligno mhux tant ‘l boghod minn Assisi, fl-Italja tan-nofs, fl-1248 fi hdan familja nobbli.  F’zghozitha ntelqet wara l-frughat tad-dinja, izda meta sfat armla qassmet il-gid li kellha lill-foqra u xxierket mat-Tielet Ordni Franíiskan.  Wara l-konverzjoni kabbret fiha devozzjoni qawwija lejn il-passjoni tal-Mulej u kienet thobb timmedita hafna dwarha.  Halliet bosta kitbiet importanti dwar il-hajja spiritwali li sawrulha isem fost il-mistici l-kbar.  Mietet fl-4 ta’ Jannar 1309 u tinsab midfuna fil-knisja ta’ San Frangisk ta’ Foligno.  Il-qima lejha bhala beata wettaqha l-Papa Klement XI.

 


12 ta’ Jannar

BEATU BERNARD TA’ CORLEONE

(1605-1667)


Filipp Latino, kif kien jismu l-beatu qabel dahal patri, twieled fis-sena 1605 f’Corleone, fi Sqallija.  Qabel dahal fil-hajja religjuza kien suldat u Terzjarju Frangiskan u sa minn dak iz-zmien kien mixhut b’ruhhu u gismu fl-opri tal-hniena mal-foqra, mal-morda u mal-maghkusin.  Imbaghad thajjar jidhol Kapuccin.  F’dak l-Ordni malajr dehret fih il-hegga tieghu ghall-hajja religjuza.  Kien ihares b’reqqa kbira l-hajja regolari u mohhu kien biss filli jsir jixbah dejjem izjed lil Gesù msallab.  Hajtu kienet imkebbsa bl-imhabba Nisranija u kien jaghmel penitenzi mill-aktar horox.  Miet Palermo fl-1667 u fil-15 ta’ Mejju 1768 il-Papa Klement XII kitbu mal-Beati.

 


14 ta’ Jannar

BEATU ODORIK TA’ PORDENONE

(1265-1331)


Odorik twieled Villanova di Pordenone fis-sena 1265.  Dahal Frangiskan u sar sacerdot.  Ghadda hajja iebsa u ezemplari u kellu hegga kbira ghas-salvazzjoni ta’ l-erwieh.  Kien wiehed mill-aqwa missjunarji ta’ l-Ordni Frangiskan.  L-ewwel mar fil-pajjizi ta’ l-Asja z-Zghira, imbaghad ghadda ghall-inhawi tat-Tartari.  Mar sahansitra jipprietka l-Vangelu fic-Cina u fl-Indja.  Hafna pagani sabu lil Kristu bil-hidma ta’ Odorik, l-aktar fic-Cina, tant li sthaqqlu jikseb it-titlu ta’ Appostlu tac-Cina.  Miet Udine fis-sena 1331 meta gie fl-Ewropa biex jgharraf lill-Papa bil-qaghda tal-missjonijiet tal-Knisja fil-Lvant Imbieghed.  Il-qima lejh bhala beatu wettaqha l-Papa Beneditt XIV fl-1755.

 


16 ta’ Jannar

SAN BERARDU U SHABU

PROTOMARTRI FRANGISKANI


Berardu, Pietru, Akkursju, Adjutu u Ottone kienu l-ewwel hames missjunarji li baghat San Frangisk lejn l-artijiet tal-missjoni.  Kif dawn waslu Spanja ma tawx kas tal-periklu u qabdu jippritkaw il-Bxara t-Tajba tal-Vangelu fil-moskej tal-Musulmani.  Malajr qabduhom u haduhom quddiem is-sultan u dan amar li jixhtuhom il-habs.  Imbaghad keccewhom lejn il-Marokk, izda qalulhom biex ma jibqghux jippritkaw izjed id-duttrina Nisranija.  Imma huma xorta wahda baqghu jaqdu dmirhom bi qlubija kbira.  Ghalhekk regghu qabduhom, tawhom bosta torturi horox u qatghuhielhom ghall-mewt.  Il-qaddisin hadu l-martirju ta’ qtugh ir-ras nhar is-16 ta’ Jannar 1220.  Meta San Frangisk sema’ b’dan il-martirju msebbah qal: “Issa nista’ nghid b’wicci minn quddiem li ghandi fl-Ordni tabilhaqq hames Patrijiet Minuri.”  L-igsma tal-Martri ttiehdu lejn Coimbra fil-Portugall, u meta Sant’Antnin ta’ Padova, li sa dak iz-zmien kien ghadu Kanonku Agostinjan, sema’ l-grajja ta’ dawn il-hames Frangiskani, qataghha li jsir Frangiskan huwa wkoll biex, jekk tkun ir-rieda ta’ Alla, bhalhom imut martri.  Il-Protomartri Frangiskani kitibhom fl-album tal-qaddisin il-Papa Frangiskan Sistu IV fl-1481.

 


27 ta’ Jannar

SANT’ANGLA MERICI

(1470-1540)


Angla twieldet Desenzano sul Garda, fl-Italja ta’ fuq, lejn is-sena 1470.  Ta’ età zaghzugha dahlet fit-Tielet Ordni Frangiskan u gabret maghha xi tfajliet li bdiet tghallimhom u tharrighom fl-opri tal-hniena u l-imhabba Nisranija.  Fl-1535 waqqfet fi Brescia istitut tas-sorijiet taht il-protezzjoni ta’ Sant’Orsla.  Hidmet is-sorijiet taghha, li jissejhu Orsolini, hi li jghallmu lit-tfajliet fqar jghixu l-hajja Nisranija.  Il-qaddisa mietet fl-1540.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Beata Angla

ta' Foglino

1248-1309