Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Bernardin ta' Siena (1308-1444) 20 ta’ Mejju
Bernardin Albizzeschi twieled Massa Marittima fit-Toscana fl-1380 u studja fi Siena, fejn wara l-istudji tal-bidu, intefa’ b’ruhu u gismu ghall-istudju tal-Kotba Mqaddsa. Ta’ 22 sena dahal Frangiskan, u meta sar sacerdot beda jhabrek fil-ministeru tal-predikazzjoni. F’dil-hidma dar l-ewwel it-Toscana, imbaghad l-Italja kollha. Kien imfittex u mismugh minn kulhadd. Il-kelma tieghu semplici imma qawwija kienet tigbor gmieghi kbar ta’ nies. B’hekk sehhlu jizra’ s-sens tar-religjon f’qalb il-kotra u jgib il-ghaqda fejn kien hemm il-firda. Xerred kemm felah il-qima lejn l-Isem imqaddes ta’ Gesù u kien jishaq ma’ kulhadd fuq il-htiega ta’ din il-qima. Biex jghin ruhu fix-xoghol tal-predikazzjoni qabbad lil min ipingilu jew jiskolpilu fuq it-twavel il-monogramma ta’ l-Isem imqaddes ta’ Gesù (JHS) imdawra bid-dija ghamla ta’ xemx. Aktar ’il quddiem il-Gezwiti ghazlu din l-istess monogramma bhala l-istemma ufficcjali tas-Socjetà ta’ Gesù mwaqqfa minn Sant’Injazju ta’ Loyola. Baqghu hafna kitbiet minn tieghu, fosthom ghadd kbir ta’ prietki bil-Latin u bit-Taljan. Miet L’Aquila, fl-Abruzzi, fil-20 ta’ Mejju 1444. Il-Papa Martin V kkanonizzah sitt snin wara mewtu fl-1450. Fl-Ordni Franíiskan hu meqjus bhala wiehed mid-Dutturi l-kbar ta’ l-iskola Frangiskana flimkien ma’ Sant’Antnin, San Bonaventura u l-Beatu Gwanni Duns Skotu, waqt li flimkien ma’ San Gwann ta’ Capestrano u San Gakbu tal-Marche hu meqjus bhala kolonna ta’ l-Osservanza (fl-1430 sar l-ewwel Vigarju Generali ta’ l-Osservanti) ghad li f’hajtu baqa’ dejjem fidil lejn il-Frangiskani Konventwali u miet fil-kunvent taghhom ta’ L’Aquila.
l-Isem ta’ Gesu’ hu wiehed mis-sisien tal-fidi mill-kitbiet tal-qaddis
Is-silta li gejja hi mehuda mill-opra De Evangelio Aeterno (= l-Evangelju Etern) ta’ San Bernardin. Fiha l-qaddis jghd li l-Isem ta’ Gesu’ hu wiehed mis-sisien tal-fidi, ghax bih ahna sirna wlied Alla.
L-Isem imqaddes kien mixtieq mill-Patrijarki u l-Missirijiet il-qodma. Dawn kieni jistennewh b’herqa kbira; bit-tnehid u d-dmugh f’ghajnejhom kienu jitolbuh. Imbaghad fiz-zmien tal-grazzja dan kien moghti lilna bi hniena bla tarf. Ga jghib, ghalhekk, l-gherf tal-bniedem, ha jintemm l-ispirtu tal-vendetta, u ha jibqa’ biss l-ispirtu tal-gustizzja. Doqqli f’widnejja l-Isem ta’ Gesu’, ghax dak il-hin lehnek ikun tabilhaqq helu u wiccek jilbes sbuhija bla qjies.
L-Isem ta’ Gesu’ huwa wiehed mis-sisien il-kbar tal-fidi: permezz tieghu ahna sirna wlied Alla. Il-Fidi Kattolika hija msawra bil-gharfien u bid-dawl ta’ Gesu’ Kristu li huwa d-dawl li jdawwal ’il kull bniedem, bieb tal-hajja, sies tas-salvazzjoni ta’ dejjem. Min ma ghandux dan il-gharfien, jew min kellu u tilfu, hu bhal min jimxi bla dawl fid-dlamijiet jew f’imkejjen imwieghra b’ghajnejh maghluqa. Ghalkemm dan ikollu d-dawl tar-raguni, huwa jkun qieghed jimxi wara mexxej aghma meta joqghod fuq dak li tghidlu r-raguni dwar il-misteri tas-sema. Dal-bniedem ikun qisu dak li jindahal ghall-bini ta’ dar minghajr ma jaghti kaz tas-sisien; jew bhal dak li, wara li ma jkunx haseb ghal bieb, jipprova jidhol mill-bejt.
Is-sies huwa Gesu’; hu l-bieb u d-dawl li wera ruhu lill-mitlufin, li wera lil kulhadd id-dawl tal-fidi li biha wiehed jista’ jfittex lil Alla mohbi, u huwa u jfittxu jemmen fih, u huwa u jemmen fih isibu. Dan hu s-sies li jzomm il-Knisja mistrieha fuq l-Isem ta’ Gesu’. Dan l-Isem hu d-dawl tal-predikaturi ghax idawwalhom bil-kelma tieghu u jghinhom jisimghuha u jxandruha. Mnejn ta]seb li jigi d-dawl ta’ fidi herqana jekk mhux mill-predikazzjoni ta’ l-Isem ta’ Gesu’? U Alla ma sejhilniex ghad-dawl tieghu tal-ghageb bid-dawl u bil-hlewwa li johorgu mill-Isem imqaddes? Lil dawk li huma mdawlin b’dad-dawl l-Appostlu jghidilhom: “Intom darba kontu fid-dlam, imma issa tinsabu fid-dawl tal-Mulej; imxu, mela, ta’ wlied id-dawl.”
O Isem glorjuz, Isem helu, Isem mimli mhabba u virtu’! Bik jinhafru d-dnubiet, bik jinghelbu l-ghedewwa, bik jitfejqu l-morda, bik jissahhu u jithennew id-dghahfin. Inti l-gieh tal-fidili, l-imghallem tal-predikaturi, il-qawwa tal-haddiem, is-serhan tad-dghajfin. Ix-xenqiet jitkebbsu bix-xrar tan-nirien tieghek, bik jimtlew l-erwieh kontemplattivi, bik jissebbhu fil-genna l-erwieh glorjuzi. Maghhom, o Gesu’ helu, aghmel li nsaltnu ahna wkoll; dan nitolbuhulek minhabba l-Isem imqaddes tieghek. Amen.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Bernardin ta Siena
|