Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Pietru ta' Alcantara (1499-1562) 19 ta’ Ottubru Pietru twieled Alcantara fi Spanja fl-1499. Kif temm l-istudji f’Salamanca, dahal Frangiskan. Meta sar sacerdot qeda bosta ufficcji importanti fl-Ordni u fl-1554 kiseb il-permess li jerga’ jgib xi kunventi ta’ l-Ordni lejn osservanza aktar regolari tar-Regola Frangiskana. Minn dak il-waqt inghaqdu mieghu hafna patrijiet u hekk twieldet ir-riforma Frangiskana Alkantarina, imsejsa fuq il-penitenza u faqar mill-aktar iebes. Ghamel il-qalb u ghen lil Santa Tereza ta’ Gesù biex tissokta tmexxi ’l quddiem ir-riforma ta’ l-Ordni Karmelitan. Huwa kiteb ukoll xi trattati li fihom gabar l-esperjenza axxetika u mistika li ghadda minnha f’hajtu. Bil-kitba tieghu juri x’devozzjoni kbira kellu lejn il-Passjoni ta’ Kristu. Miet Arenas, qrib Avila, fit-18 ta’ Ottubru 1562. Kien il-Papa Klement IX li hatar lil Pietru ta’ Alcantara qaddis.
Pariri lil lil Santa Tereza mill-kitbiet tal-qaddis
Minn ittra li l-qaddis kiteb lil Santa Tereza hadna s-silta li gejja; fiha jheggigha tibqa’ ghaddejja b’hidmitha u jghidilha li l-pariri ghandha tehodhom minghand l-imgarrbin.
Bqajt mistaghgeb mhux ftit b’kif int bicca xoghol bhal din tlaqtha f’idejn nies ta’ l-ittra, izda li ma jifhmux f’dal-qasam. Meta jiguna kazijiet tal-kuxjenza tkun haga tajba li nfittxu l-parir tal-guristi u tat-teologi u nimxu fuqu, imma meta hemm fin-nofs il-hajja tal-perfezzjoni ghandna nfittxu biss lil dawk li jghixuha. Huma biss jistghu jithaddtu fuq das-suggett bl-awtorita’, ghax huma din l-esperjenza kisbuha bil-ghajxien u bit-tigrib.
Dwar il-kunsilji evangelici, imbaghad, ma tehtieg tistaqsi lil hadd, imma biss garrab lilek innifsek biex ta`certa ruhek mis-sejha ta’ Alla u mill-hila tieghek li tharishom, biex ma tmurx taqa’ fil-periklu ta’ l-infedelta’.
Il-parir ta’ Alla ma jistax ma jkunx hlief tajjeb, u jidher tqil biss ghal dawk li ma jemmnux jew li ghandhom tama ckejkna f’Alla, u li jemmnu li fil-hwejjeg spiritwali wieged ggandu jimxi fuq il-pariri tal-prudenza umana. Dawn jehtieg jifhmu li min jaghti l-parir jaghti flimkien mieghu l-qawwa biex wiehed iwettqu, ghax min jaghti d-doni huwa l-quccata tal-qawwa u tat-tjieba. Jekk, mela, xi hadd irid jimxi fuq il-parir ta’ Kristu waqt li jhaddan hajja ta’ perfezzjoni akbar, dan ghandu jaghmlu mimli bit-tama. Il-Mulej dan il-parir jaghtih lil kulhadd, irgiel u nisa, minghajr ma joqghod jaghzel. Imma mbaghad ghandek tiehu ]sieb ukoll li tibqa’ fidila ghal dak li jkun heggek taghmel, hekk kif ghamlu hafna ohrajn.
Meta nilmhu xi difetti fil-monasterji tas-sorijiet, malajr nifhmu li dan jigri ghax dawn jidhlu ghall-hajja tal-faqar kontra qalbhom u minghajr sejha minn Alla. Jien ma rridx infahhar il-faqar fih innifsu, izda nfahhar biss dak il-faqar li ahna nitghabbew bih bis-sabar kollu ghall-imhabba ta’ Gesu’ msallab u ghall-imhabba tieghu nixtiequ nghixuh u nhaddnuh minn jeddna. Ghalhekk henjin insejjah - kif jaghmel il-Mulej innifsu - il-foqra fl-ispirtu, dawk li huma foqra ghax ghazlu jkunu hekk minn jeddhom.
Il-Mulej jaghtik dawl kotran biex tkun tista’ tifhem dil-verita’ u tghixha fil-prattika. U temminx lil dawk li jghidu l-kuntrarju. Dan jaghmluh jew minhabba nuqqas ta’ dawl fil-gewwieni taghhom, jew minhabba nuqqas ta’ fidi, jew ghax qatt ma garrbu kemm hu helu l-Mulej ma’ min ihobbu u ma’ min cahad il-gid ta’ din id-dinja ghall-imhabba tieghu.
Il-Mulej izommok shiha f’din il-verita’, u tmurx tiehu l-pariri jekk mhux minghand dawk li haddnu l-kunsilji evangelici bis-serjeta’ kollha. Ghalkemm il-parir tal-ghorrief jista’ jkun tajjeb, huwa wisq ahjar minn taghhom il-parir ta’ Gesu’ Kristu. Hu jaghtina l-grazzja nimxu fuq il-parir tieghu u fl-ahhar jaghti l-premju lil dawk li jqieghdu t-tama kollha taghhom fih.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Pietru ta' Alcantara
|