Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Frangisk ta' Assisi (1182-1226) 4 ta’ Ottubru Gwanni ta’ Pietru ta’ Bernardone - l-isem proprju ta’ San Frangisk - twieled Assisi qrib Perugia, l-Italja tan-nofs, fl-1182. Wara zghozija mtajra, fil-ghomor ta’ 24 sena, fil-knisja ckejkna ta’ San Damjan, hass is-sejha ta’ Kristu jistiednu jimxi warajh u jmur isewwilu d-dar tieghu. Ghalhekk inhall minn kull irbit tad-dinja biex jintrabat biss ma’ Alla, u minn dak il-hin ’il quddiem beda jithabat biss biex jghix skond il-ligi tal-Vangelu mqaddes, waqt li jsir jixbah f’kollox lil Gesù Kristu fqir u umli. Ohrajn inghaqdu mieghu f’dil-ghamla ta’ hajja, u dan wasslu biex fl-1209 iwaqqaf Ordni Religjug gdid, li hu b’sens ta’ umiltà beda jsejjahlu l-Ordni tal-Patrijiet Minuri. L-ewwel dar ta’ l-Ordni kienet dik ta’ Rivotorto, imbaghad dik ta’ Santa Marija ta’ l-Angli jew il-“Porziuncola” (= il-qasam ic-ckejken). Frangisk kiteb ukoll Regola ghall-patrijiet tieghu, li l-ewwel wettaqha bil-fomm il-Papa Innocenz III fl-1209, imbaghad wettaqha bil-kitba l-Papa Onorju III fl-1223. Frangisk u l-patrijiet tieghu marru kullimkien biex ixandru l-Vangelu, kemm fil-pajjizi Nsara kemm f’dawk pagani u “infidili”. Il-prietki taghhom kienu jsiru bi kliem semplihi izda li jqanqal il-qlub, imma fuq kollox bl-ezempju ta’ hajja qaddisa. San Frangisk, flimkien ma’ Santa Klara, waqqaf ukoll it-Tieni Ordni msejjah tan-Nisa Fqar ta’ San Damjan jew ta’ Santa Klara, u t-Tielet Ordni ghal dawk li jibqghu jghixu ta’ sekulari. Illum dan ta’ l-ahhar jissejjah l-Ordni Frangiskan Sekular. Sentejn qabel mewtu, fuq il-gholja tal-Verna, San Frangisk ircieva minghand Kristu nnifsu l-Pjagi mqaddsa tal-Passjoni, li ghamluh jixbah lil Kristu msallab fil-gisem ukoll. Il-Qaddis miet f’Santa Marija ta’ l-Angli, barra mill-belt ta’ Assisi, fuq il-qiegha ta’ l-art, fil-ghaxija tas-Sibt 3 ta’ Ottubru 1226, huwa u jerhi ruhu f’idejn il-hniena ta’ Alla bi kliem is-salm 141: “B’lehen qawwi l-Mulej insejjah...” Sentejn wara mewtu l-Papa Girgor IX stqarru b’qaddis, u fis-sena 1230 gismu ngarr lejn il-Bazilka l-gdida mibnija f’giehu fejn ghadu sallum jistrieh taht l-altar maggur taht il-harsien ta' uliedu l-patrijiet Frangiskani Konventwali. San Frangisk huwa l-patrun ta’ l-Italja.
Dawk li jridu jhaddnu din il-hajja u kif ghandhom jintlaqghu mill-kitbiet tal-qaddis
Mir-Regola Bullata ta’ l-1223 slitna t-tieni kapitlu: Dwar dawk li jridu jhaddnu din il-hajja u kif ghandhom jintlaqghu.
Jekk xi whud iridu jhaddnu din il-hajja u jigu ghand il-patrijiet taghna, dawn ghandhom jibaghtuhom ghand il-ministri provincjali tagchom, gcax lilhom biss u mhux lil ocrajn ingcatat is-setgca li jilqghu l-patrijiet. Il-ministri mbaghad jezaminawhom bir-reqqa f’dak li ghandu x’jaqsam mal-fidi kattolika u mas-sagramenti tal-Knisja. U jekk jemmnu f’dawn il-hwejjeg kollha u jixtiequ jistqarruhom u jharsuhom fedelment sa l-ahhar; u ma ghandhomx mara, jew jekk ghandhom, tkun diga’ dahlet f’xi monasteru jew tathom il-permess bl-awtorita’ ta’ l-Isqof tad-djocesi, wara li tkun ghamlet il-vot tas-safa; u n-nisa m’humiex ta’ dik l-eta’ li biha jista’ jqum xi thassib; il-ministri jghidulhom il-kliem tal-Vangelu mqaddes, li “jmorru u jbighu” kulma ghandhom u jaraw li “jaghtuh lill-foqra.” Jekk dan ma jistghux jaghmluh, bizzejjed ghalihom ir-rieda tajba.
U l-gwardjani u l-patrijiet u l-ministri taghhom ma ghandhomx juru interess fil-gid temporali taghhom, biex huma jiddisponu minnu bil-liberta’ kollha kif inebbahhom il-Mulej. Izda jekk huma jitolbu parir minghandhom, il-ministri jistghu jibaghtuhom ghand xi nies li jibzghu minn Alla biex bil-ghajnuna taghhom jaghtu gidhom lill-foqra. Imbaghad jaghtuhom l-ilbies tal-prova, jigifieri zewg tonok bla kapocc u l-kurdun u l-qalziet u l-kapparrun li jasal sal-kurdun, jekk lill-ministri, imnebb]in minn Alla, ma jkunx jidhrilhom mod iehor. Kif tintemm is-sena tal-prova jintlaqghu fl-ubbidjenza huma u jwieghdu li jharsu dejjem din il-hajja u r-Regola. U bl-ebda mod ma jkun xieraq li johorgu minn din ir-Religjon kif jamar id-digriet tal-Papa; ghax kif jghid il-Vangelu mqaddes: “min iqieghed idu fuq il-mohriet u jhares lura m’huwiex tajjeb ghas-Saltna ta’ Alla.”
Dawk li diga’ wieghdu l-ubbidjenza ghandu jkollhom tonka bil-kapocc u ohra minghajru, min iridha. Dawk li jkunu jehtiegu jistghu jilbsu z-zarbun. Il-patrijiet kollha ghandhom ixiddu lbies rozz li jistghu jraqqghuh bix-xkejjer u craret ohra bil-barka ta’ Alla. Lil dawn inwissihom u nheggighom li ma jmaqdrux u ma jiggudikawx lin-nies li jilbsu hwejjeg fini b’hafna lwien u li jiehdu ikel tajjeb u xorb delikat, imma kull wiehed ghandu aktarx jiggudika u jmaqdar lilu nnifsu.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Frangisk ta' Assisi
|