Qaddisin u Beati Frangiskani                         

 

 

◄◄|werrej|►►


Beatu Egidju ta' Assisi

(1190-1262)

23 ta’ April


Egidju kien it-tielet sieheb ta’ San Franhisk u nghaqad mieghu fl-1208.  Ghadda hajja semplici u gwejda.  F’hajtu mar izur bhala pellegrin l-aktar imqades maghrufin ta’ zmienu, fosthom dak tal-Qabar ta’ Kristu f’Gerusalemm.  Kien jivvjagga bil-mixi u jaqla’ x’jiekol mat-triq billi jahdem ’l hawn u ’l hinn mal-bdiewa.  Dawn bi hlas kienu jitimghuh u jaghtuh xi ikel ghal mat-triq.  Meta temm il-pellegrinaggi qaghad fil-kunventi ta’ l-Umbria.  Miet fil-kunvent ta’ Monteripido, qrib Perugia, fit-23 ta’ April 1262.  F’hajtu kienu jfittxu l-pariri tieghu kemm Papiet kif ukoll Isqfijiet u prelati ohra.  Il-Papa Piju VI wettaq il-qima tieghu fil-Knisja bhala beatu.  Mill-kitbiet tieghu fadal il-“qwiel”, taghlimiet spiritwali mizghuda b’gherf qaddis tabilhaqq profond. 

 


Il-Qdusija  fil-Hajja Religjuza

mill-kitbiet tal-beatu


 

Mil-“Qwiel” tal-Beatu Egidju hadna din is-silta li fiha jinghad li hi haga kbira li wiehed jghix ta’ qaddis fil-hajja religjuza.

 

Naghzel li jkolli ftit grazzja u nibqa’ fil-hajja religjuza, milli jkolli hafna u nghix fid-dinja.  Ghax fid-dinja t-tweghir hu aktar qawwi, waqt li l-ghajnuniet spiritwali huma anqas qawwija.  Imma l-midneb jibza’ aktar mit-tajjeb li hemm fih milli mill-hazin; ghax il-midneb jibza’ jimmortifika ruhu u jghix il-hajja religjuza, waqt li  aktar jaghzel li jibqa’ mwa]hhal fid-dnubiet u jghix fid-dinja.

 

Jekk ragel fqir ghall-ahhar isir jaf li f’ghalqa miftuha ghal kulhadd hemm tezor, tahsbu li dan sa jmur jitlob il-parir ta’ xi hadd qabel ma jitlaq b’girja biex isibu u jzommu ghalih?  Kemm aktar ghandhom i]habirku l-bnedmin biex ifittxu johorgu ghad-dawl it-tezori tas-sema!

 

Hafna nies jidhlu fil-hajja religjuza, imma mbaghad ma jghixux skond il-virtujiet taghha.  Lil dawn inxebbahhom ma’ bidwi li, ghalkemm libes il-korazza ta’ Orlando, ma sehhlux jiggieled biha.  Ma nqisux mertu kbir li wie]ed jidhol il-qorti tar-re, u lanqas ma hi haga kbira li wiehed jaqla’ r-rigali minghand ir-re.  Nahseb li jiswa l-aktar hu li wiehed ikun jaf kif igib ruhu fil-qorti tar-re.  Il-hajja religjuza hija l-qorti tas-Sultan il-Kbir. M’hijiex haga ta’ importanza kbira li tidhol fil-hajja religjuza, jew li, kif tkun fiha, taqla’ xi rigali minghand ir-re. 

 

Ghix fir-religjon kif ghandek tghix u ibqa’ ghix fiha sa l-ahhar bid-devozzjoni - din hi tabilhaqq haga kbira.  Hu wisq ahjar li nghix fid-dinja jien u nitniehed b’xenqa qaddisa ghad-dhul fil-hajja religjuza, milli nidhol fiha u nibqa’ b’mohhi mxerred u nghix imdejjaq.

 

Nahseb li bl-ispiritwalita’ ta’ l-Ordni tal-Minuri Alla jrid jaghmel il-gid lill-bnedmin fid-dinja.  Ghajb ghalina, mela, jekk ahna ma ngibux ruhna kif imiss.  Jidhirli li l-komunitajiet tal-patrijiet Minuri huma f’waqt wiehed l-ifqar u l-oghna tad-dinja. Huwa ghani min jghix ta’ ghani, gharef min isir jaf daqs l-gharef, tajjeb min jaghmel mill-ahjar biex isir jixbah li xi hadd moghni bil-virtujiet, nobbli min ifittex li jixbah lin-nobbli, jigifieri lil Sidna Gesu’ Kristu.

 


Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


Beatu Egidju

ta' Assisi