L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


8 ta' Dicembru 1854


ta' Marvin Sciberras


 

IX-XEMX nizlet f'Jum Dicembru s-Seba'

Il-qniepen dwew ma l-gholjiet b'lehinhom sabih

Fil-qlubna tkebbset dik ix-xrara ta' mhabba

Li ilha thabbat f'ta' ruhna tamiet.

 

Imma ghiduli ghaliex dan il-ferh kollu?

Ghaliex qed inkantaw il-Vesprijiet?

Jaqaw l-Eroj taghna waslu rebbieha?

Bl-unuri moghnija u mzejnin?

 

Le, le: ghax il-Pontifikat il-bibien fetah

Mhux ghar-rebbieh jew il-patrijott

Xena ferm isbah, wahda ta' Glorja

Biex bxara jghaddilna bla ebda kumplott.

 

L-ghodwa tat-tmienja fuq din l-art zernqet

U l-gnus sahhret bid-dija tal-Lvant

L-arja ferrieha b'kommozzjoni li tghaggeb

Folol ghal San Pietru mxew fost talb u kant.

 

Mal-Mixja tas-sekli dal-mument wasal

B'herqa mifli minn Dutturi u Qaddisin

Biex pubblikament, b'rikonoxximent jonora

Li Marija tnisslet bhala l-Gilju li qatt ma jnin.

 

Il-Qdusija Tieghu twaqqaf bil-herqa

B'emozzjoni li deghxet ghadd kbir ta' qalbu

Ipproklama lil Marija tlibbset bis-Safa

Li qatt ma ttiefset minn tebgha jew dnub.

 

Ma' dan it-tnehid l-ilhna f'salt qamu

It-Te Deum tkanta bla xejn mistrieh

It-tiri fuq Sant'Anglu wasslu t-tislima

Bla heda l-qniepen daqqaw ferhanin.

 

Kull rokna tad-dinja tghaxxqet b'dil-hbara

Minn xtut it-Tirberju sa qiegh il-widien

Id-Domma tal-Kuncizzjoni t'Ommna Marija

Dlonk ittajret fuq gwinhajn l-erbat irjieh

 

Miljuni laqghu dil-bxara hekk bnina

Iccelebrawha b'Solennità kullimkien

Miljuni ohra ssoktaw b'did-Devozzjoni

"Safja Marija Bhall-Gilju f'kull zmien".

L-Imqabba

 2004


Din il-poezija dehret fuq In-Nazzjon, l-Erbgha, 8 ta' Dicembru 2004.

Valletta: 10.12.2004


 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.