![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Lil Sidtna Marija Kewkba tal-Bahar ta' Oliver Friggieri
I MINN QALBI NFAHHAR LILL-MULEJ "Magnificat"
Minn qalbi nfahhar lill-Mulej U nifrah bih ghax Hu l-hellies, Hu xehet fuqi l-hars t'ghajnejh, U 'l qalbi mlieha b'hafna ferh.
Hu ghamel mieghi hwejjeg kbar U l-isem tieghu hu qaddis, Tinfirex hnientu tul iz-zmien Fuq min bil-biza' lilu jhobb.
Hu wera l-hajja ta' dirghajh U xerred f 'qalbhom 'l-imkabbrin, Mit-tron nizzilhom lill-kburin U flokhom tella' n-nies iz-zghar.
Bil-gid Hu xebba' l-imgewhin U l-ghonja baghathom barra b'xejn. Ha hsieb l-ulied ta' Israel Ghax ftakru l-hniena tal-Mulej.
Din hija l-weghda li l-Mulej Kien ghamel darba tul iz-zmien, Il-weghda tieghu 'l Arbaham U lill-bnedmin li jigu wrajh.
II BHAL ULIED MISSIER WIEHED
Bhal ulied Missier wiehed nifirhu Ghaliex ohtna li twieldet fiz-zmien U l-omm t'Alla u tal-bniedem li dineb Bdiet il-hajja tar-ruh bil-helsien.
Il-Mulej ried ilibbes lil bintu Bid-dawl abjad tas-safa tar-ruh, U jahtarha l-gharusa sabiha Li taf taghder u thobbna fid-dmugh.
III SULTANA TAL-BAHAR
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
Sa mill-bidu taz-zmien l-omm bla tebgha Kienet tghammar fil-hsieb tal-Mulej.
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
Kienet tnisslet minn qabel ma l-ibhra, l-art u s-sema infirxu flimkien.
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
Fi twelidha l-holqien haj sellmilha, Hi berkitu bl-imhabba ta' l-omm.
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
U mal-milja tas-snin wild il-bniedem Fittex fiha s-sliem kollu tal-qalb.
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
Iberikha l-Mulej gholi taghna Fost in-nisa u fost il-bnedmin.
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
Ebda htija ma tidher f Marija, Hija safja bhal sema kahlan.
Nifirhulek, Sultana tal-bahar, nifirhulek.
Inberkuha ghaliex fiha l-kburija, Fiha t-tama tan-nisel uman.
Nifirhulek, Sultana tai-bahar, nifirhulek.
IV INTI ISBAH
Inti isbah mil-lejl mimli kwiekeb U mill-fwieha ferrieha tai-ward, Ghaliex Alla, l-Missier li halaqna, Riedek tkun is-Sultana ta' l-art.
Infahhruk ghall-gmiel tieghek, Marija, L-isbah mara mill-gens tai-bnedmin. Ghalkemm qatt ma rajniek ahna nafu Li ghalik ahna lkoll mahbubin.
V INTI L-KEWKBA
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna.
Isma' l-kelma, Marija, li hierga Biex tittallab minn ghandek il-hniena.
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna.
Int tilqaghha kelmitna ghaliex bhalna Taf xi jfisser il-vjagg f din id-dinja.
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna
Nistennew lejl u nhar li nitilghu Fuq ix-xatt fejn hemm int tistenniena.
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna
Nitolbuk li tismaghna w taghtina Kull kuragg li nehtegu f'dal-bahar.
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna
Inti tifrah kull meta nifirhu, U titnikket kull meta nitnikktu.
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna
Ahna wliedek imsejkna w min jista' Jisma' talbna malajr ahjar minnek?
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna
Insellmulek, omm taghna hanina Li tharisna sa l-ahhar mill-gharqa.
Inti l-kewkba li ddawwal hajjitna Din il-poezija dehret fuq il-Programm tifkira ta' Akkademja Muziko-Letterarja, Knisja ta' San Frangisk, Valletta, 9 ta' Dicembru 2004, p.9-12 Valletta: 10.12.2004 |
![]()
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|