L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Nerga' nigi, O Marija

Quddiem il-Kwadru tal-Kuncizzjoni ta' Bormla


ta' Joseph R. Gatt


 

Kollni ferhan nidhol fit-tempju tieghek,

bil-mod il-mod nersaq lejk, o Marija,

b'harsti fissa fuq ghajnejk.

 

Ward u gilji sbieh kollha fwieha qed ingiblek,

u xemgha jixghel fuq altarlek ser inqieghed,

biex hajr inroddlok u qima naghtik,

ta' kemm fil-hemm tieghi Int farragtni u tbissimtli

tul mixjieti fuq din l-art.

 

Irrid fis-skiet nitlob f'dan il-maqdes tas-sliem,

ha niftah sew qalbi u niktellem bil-kwiet.

 

"Ghaliex kultant bhal ninsewk u wahdek inhalluk,

meta nafu li ahna l-hin kollu f'qalbek qeghdin?

Irrid inzommok dejjem f'mohhi u f'qalbi

biex nibqa' shih u qawwi.

Biex le nohrog minn taht mantarek.

U le naqa' u nithammeg,

u le mard fija jitrabba.

Ghall-kenn tieghek ibqa' zommni

u harisni minn kull hemm, o Marija."

 

"Ghax naf li int dejjem tisma' talbi,

jien nerga' u nerga' nigi f'darek, ja Omm Hanina.

U nerga' u nerga' ward u gilji sbieh ingiblek,

u nerga' u nerga' xemgha nixghel fuq altarek,

u nerga' u nerga' qima naghtik u hajr inroddlok,

b'tama kbira kbira fik, o Marija."

 

Sliem ghalik, o Vergni Regina, b'kull grazzja Int mimlija.

Bormla

 2004


Din il-poezija dehret fuq il-fuljett il-Paci Maghkom, Socjeta tal-MUSEUM, Dicembru 2004, Nru 20, p.2.

Valletta: 3.12.2004


 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.