![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Nifirhu fil-Festa tieghek ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
Wasal mill-gdid, l-Ghid tieghek, O Marija, Hieni l-Immakulat Koncepiment. Bil-ferh ifuru l-qlub gheziez ta' wliedek, Tifhir lilek f'kull hin u f'kull mument!
Jixraq li festi kbar flimkien naghmlulek Ghaliex mad-dinja kollha qed infakkru Il-Mija u Hamsin Sena minn tad-Domma, Unur, li lilek bih inkomplu nkabbru.
Kemm ferah bik il-Papa Piju Disgha! U mieghek ferhu wkoll f'kull post l-Insara X'hin din il-verita' dwarek ixxandret, Hekk kull mahluq seta' l-gmiel tieghek jara.
U bir-ragun kull ruh, wara l-proklamazzjoni, B'herqa akbar talbet, marret thares lejk. Mad-dinja kollha kif iddur l-Insara Hassewhom aktar qribek, anzi hdejk.
F'dawn is-snin kollha li ghaddew minn fuqna, Inti xerridt bil-qabda grazzji kbar U lilna wkoll harist, Ommi Marija, Bla ebda ghazla ghent lill-ghonja, l-fqar.
Kull hajr naghtuk, ghax dan tassew jixraqlek U jnissel fina l-ferh fil-festa tieghek; Berikna minn hemm fuq, minn dik il-glorja U zommna lkoll maghquda dejjem mieghek.
Biex meta l-Iben tieghek isejhilna Hemm ahna nigu hdejk biex ingawduk; Hemm fuq flimkien maghquda b'ferh tas-sema Nibqghu mal-Qaddisin hienja nfahhruk.
Rabat - Ghawdex 21 ta' Novembru 2004 Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur. Valletta: 2.12.2004 |
![]()
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.
|
|