L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Ferh u Hena taghna


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Habbek Alla, O Marija,

riedek dejjem biss ghalih;

hwejjeg kbar mar jaghmel mieghek

int imkabbra kont sew bih.

 

Is-setghani lilek heles

fit-tnissil, 'il bogh'd mid-dnub;

lejk inharsu kollok sbejha,

farag kbir ta' kollha l-qlub.

 

Hekk int sirt Omm il-Messija,

x'haga kbira bhalha qatt!

Mieghu ghext, qsamt ukoll mieghu,

ferh u hena bhalek hadd.

 

Meta l-kors tal-hajja tieghek,

hawn fuq l-art kellu jintemm,

gejt imtellgha gewwa s-sema

fejn ghal dejjem tinsab hemm.

 

Fittex ghinna, O Marija,

biex Gesù jwassalna hdejk,

f'dan il-post li hu hejjielna,

ghall-imhabba l'ghandu lejk!

 

 

Rabat - Ghawdex

20 ta' Ottubru 2004


Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur.

Valletta: 16.11.2004


 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.