L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Lil Marija Omm il-Knisja


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Hsiebi fik dejjem, Imqaddsa Marija,

ma nehda qatt inressaq talbi lilek,

waqt li nurik dak li hemm mistur fija;

int tismaghni ghax taf li jiena tieghek

 

Minn qalbi nixtieq li tinqeda bija,

biex dawk hutna tal-boghod tressaqhom qribek;

inhoss li dan mhux hlief unur ghalija

meta nilmah bosta li saru wliedek.

 

Din hija sena li l-Knisja qed tfakkar

il-Mija w Hamsin wahda b'ferh id-Domma

ta' l-Immakulata, filwaqt li tfahhar

 

B'dak il-kliem helu li johrog minn fommha,

u l-kobor tieghek, Marija, ixxandar;

b'hekk hija taghrfek li tassew int Ommha!

 

Rabat - Ghawdex

7 ta' Ottubru 2004


Din il-poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur.

Valletta: 14.10.2004


 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u

l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu

s-Santu.

s-Santu.