L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


O, Immakulata

Omm Ħelwa


ta' Patri Thomas Calleja OFMConv


 

O, Immakulata,

Omm ħelwa Marija,

Sultana tal-qlub

Int waħdek bla tebgħa

Meħlusa mid-dnub.

 

O, Immakulata,

Omm ħelwa Marija,

Lejk niġi bil-ferħ,

int omm li tilqagħni

tagħnini bis-serħ.

 

O, Immakulata,

Omm ħelwa Marija,

Omm safja, omm pija,

Omm pura, omm vergni

bil-grazzja mimlija.

 

O, Immakulata,

Omm ħelwa Marija,

Omm Alla l-Feddej

Għalih biss il-Glorja

Għalissa w f’li gej!

 

Multinational Village – Filippini

17 ta’ Lulju 1997

 


Din il-poeżija inkitbet waqt li Fr Thomas kien missjunarju fil-Filippini

Valletta: 10.10.2004


Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u

l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu

s-Santu.

tu.