![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
L-Aktar Ħienja ta' Patri Thomas Calleja OFMConv
L-aktar ħienja fost in-nisa Int Marija, Imbierka, Mimlija bil-Grazzja Magħżula, msejħa biex tnissel f’ġufek safi bla tebgħa w immakulat lil Iben ta’ Alla l-Għoli bil-ħidma ta’ l-Ispirtu Qaddis.
L-aktar ħienja fost in-nisa Int Marija, Ħieni miegħek u fik Il-frott ta’ gufek safi: Ġesù
Multinational Village – Filippini 14 ta’ Awwissu 1997 Festa ta' San Massimiljan Kolbe
Din il-poeżija inkitbet waqt li Fr Thomas kien missjunarju fil-Filippini Valletta: 10.10.2004 |
![]() Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. . |
|