![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
Oh, Kuncetta Immakulata! minn San Frangisk Anton Fasani maqluba ghall-Malti minn Patri Bonaventura M. Camilleri OFMConv.
Fost il-Kreaturi safja, Int Marija l-izjed sabiha; Fost in-nisa kollha Int biss imbierka msejha. Oh, Kuncetta Immakulata!
Int fost ix-xewk, il-Gilju Int ta' Gerico, r-Roza int l-Omm, il-Bint u l-Gharusa ta' dak Alla li tak il-hajja, Oh, Kuncetta Immakulata!
Int l-Omm imma wkoll il-Vergni, Wahdek Int u bhalek m'hawnx; Int il-Mahbuba u l-Maghzula; Oh, Kuncetta Immakulata!
Daqs ix-xemx Inti tiddi, u daqs il-qamar sabiha, Tieghek però id-dawl le jickien jew jonqos. Oh, Kuncetta Immakulata!
Fost l-ghanjiet helwin li l-qaddis Fasani kiteb ghad unur ta' l-Immakulata, fil-Knisja Frangiskana ta' Lucera ghadha titkanta din l-ghanja. Din dehret fl-artiklu ta' Patri Bonaventura M. Camilleri OFMConv, Qaddis Gdid Frangiskan: il-Beatu Frangisk Anton Fasani, fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Programm - Tifkira tal-Festa 1985, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex. Valletta: 5.10.2004 |
![]() Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |